Avviżi - Frar 2025
02/02/2025
L-EVANĠELJU
Għajnejja raw is-salvazzjoni tiegħek. Lq 2, 22-40
IT-TNEJN
Fis-7:15 p.m. se jkun hemm laqgħa ta’ formazzjoni fl-annexe għall-koppji miżżewġa.
IL-ĦAMIS
Fil-Museum tas-Subien fid-9.30 a.m. jkun hemm il-laqgħa
għar-irġiel, imħeġġeġ jattendu.
IL-ĠIMGĦA
Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni u jsir talb għall-vokazzjonijiet u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.
NOTI
Il-ħarġa ta’ In-Nieqa għax-xahar ta’ Frar tinsab fuq il-mezzi tal-midja
soċjali tal-Parroċċa kif ukoll fuq in-notice boards.
Nhar it-Tlieta 11 ta’ Frar se jkollna Coffee Morning fl-oratorju, il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.
Il-Little Sisters of the Poor bagħtu jirringrazzjawna għas-somma ta’
2,672 ewro li ġabru l-weekend li għadda.
Il-proċess tad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta f’Settembru 2025. Applikanti minn skejjel tal-Gvern u Indipendenti jistgħu japplikaw
online bejn l-4 u s-27 ta’ Frar. Informazzjoni dettalja tinkiseb minn-fuq is-sit www.knisja.mt. Ikklikkja fuq Skejjel tal-Knisja.
Nitolbu għall-erwieħ ta’ Salvu Borg u Josephine Zarb, li mietu din
il-ġimgħa.
Agħtihom, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl jiddi fuqhom, jistrieħ fil-paċi. Ammen.