Avviżi - Jannar 2025
26/01/2025
L-EVANĠELJU
Din il-kitba seħħet illum. Lq 1:1-4; 4:14-21
IT-TLIETA
Fl-annexe fis-7:15 p.m. se jkun hemm taħdita mill-Prof. Joe Friggieri bl-isem In-Natura fil-Letteratura Maltija. Kulħadd huwa mistieden.
IL-ĦAMIS
Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-grupp Kariżmatiku u fis-6:30 p.m. quddiesa.
IL-ĦADD
It-2 ta’ Frar, festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej fit-Tempju. Fid-9:30 a.m. isir it-tberik tax-xemgħa, purċissjoni fil-knisja u quddiesa animata mit-tfal.
Nitolbu għall-erwieħ ta’ Vicky Dimech u Frances Ellul, li
mietu din il-ġimgħa.
Agħtihom, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl jiddi fuqhom, jistrieħ fil-paċi.Ammen.
19/01/2025
L-EVANĠELJU
Dan li għamel Ġesù f'Kana tal-Galilija kien l-ewwel wieħed fost is-sinjali tiegħu. Ġw 2, 1-11
IT-TLIETA
Fil-MUSEUM tas-subien fis-7:15 p.m. ikun hemm laqgħa dwar il-Kelma t’Alla, min jixtieq jista’ jattendi.
IL-ĦAMIS
Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-Leġjun ta’ Marija u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.
IL-ĠIMGĦA
Fis-6:30 p.m., fil-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi se jiġi ċċelebrat il-Ġublew ma’ Aħwa Nsara minn Knejjes oħra, bit-tema meħuda minn San Ġwann 11:26 “Temmen inti dan?”.
IS-SIBT
Il-25 ta’ Jannar. Il-festa tal-Konverżjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl.
NOTA
Il-ġenituri li wliedhom se jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof, din is-sena jridu jmorru jirreġistrawhom fl-uffiċċju parrokkjali fil-ħinijiet tal-ftuħ.
12/01/2025
L-EVANĠELJU
Ġesù tgħammed u waqt li kien qiegħed jitlob, is-smewwiet infetħu. Lq 3:15-16, 21-22
IT-TLIETA
Fl-Oratorju jkun hemm Coffee Morning wara l-quddiesa ta’ 8:45 a.m. Biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.
IL-ĦAMIS
Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni miċ-ċentru soċjali tal-anzjani u fis-6:30 p.m. quddiesa.
NOTI
Il-ġabra li saret fil-quddiesa ta’ filgħaxija fl-aħħar jum tas-sena b’risq
id-Dar tal-Providenza hija ta’ 2,000 ewro, waqt li l-ġabra li saret fl-ewwel jum tas-sena, li hija strina lill-parroċċa, tammonta għal 1,621 ewro. Grazzi tassew.
Nitolbu għall-erwieħ ta’ Mikiel Vella u Nina Muscat li mietu matul din il-ġimgħa.
Agħtihom, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu fil-paċi. Ammen.
05/01/2025
L-EVANĠELJU
Ġejna mil-Lvant nagħtu qima lis-Sultan. Mt 2, 1-12
IT-TNEJN
Fl-Oratorju fis-7:15 p.m. jibda Get-Together għall-ministri tat-tqarbin, il-letturi kif ukoll l-animaturi.
L-ERBGĦA
Wara l-quddiesa tad-8:45 a.m, jerġgħu jibdew il-laqgħat organizzati mill-Azzjoni Kattolika, inħeġġu lin-nisa jattendu għal dawn il-laqgħat ta’ formazzjoni.
IL-ĦAMIS
Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-grupp tal-Ħniena Divina u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.
IS-SIBT
Fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-5:30 p.m., ikkonċelebrata mill-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali Mons. Joseph Galea Curmi għall-koppji għarajjes li se jiżżewġu matul is-sena 2025.
IL-ĦADD
Niċċelebraw il-festa tal-Magħmudija tal-Mulej. Fid-9:00 a.m. jiġi ċċelebrat is-sagrament tal-magħmudija u fid-9:30 a.m. quddiesa għat-tfal kollha.
NOTI
Min jixtieq jixtri kalendarju tas-sena ġdida maħruġ mill-kumitat tal-festa jistaqsi fis-sagristija.
L-Arċisqof Charles Scicluna għażel il-Kolleġġjata ta’ Marija Bambina Naxxar bħala waħda mill-knejjes li fihom tista’ tirbaħ l-indulġenza plenarja, dejjem skont ir-rekwiżiti meħtieġa matul din is-sena tal-Ġublew tat-Tama. Il-Knisja tgħallem li d-dnubiet jinħafru permezz tal-qrar waqt li l-indulġenza teħilsek mill-pwieni tagħhom.
Nhar it-Tlieta 14 ta’ Jannar se jkollna Coffee Morning fl-Oratorju. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.
Nitolbu għal ruħ Patri Charles Delia S.J., li miet din il-ġimgħa mill-parroċċa tagħna.
Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu, jistrieħ fil-paċi. Ammen.