Avviżi - Diċembru 2024

 29/12/2024


L-EVANĠELJU
Il-ġenituri sabu lil Ġesù fit-tempju, bilqiegħda f’nofs l-għalliema. Lq 2, 41-52


IT-TLIETA
Il-31 ta’ Diċembru: l-aħħar jum tas-sena:

Fil-5:00 p.m. quddiesa bil-kant u bl-omelija u fis-6:30 p.m. konċelebrazzjoni solenni bil-kant tat-Te Deum wara t-tqarbin. Il-ġabra li ssir f’din il-quddiesa tkun b’risq id-Dar tal-Providenza.

L-ERBGĦA 
L-1 ta’ Jannar 2025. Solennità ta’ Marija Omm Alla u Jum il-Paċi.

Hija festa kmandata u hemm obbligu għas-smigħ tal-quddies. Il-ħin tal-quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd. Il-ġabra waqt il-quddies hija offerta / strina lill-parroċċa tagħna.

IL-ĦAMIS
Fil-MUSEUM tas-Subien fid-9:30 a.m. ikun hemm laqgħa għall-irġiel. Imħeġġa jattendu.

IL-ĠIMGĦA 
L-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni u jsir talb għall-vokazzjonijiet, u fis-6:30 p.m. quddiesa.

IS-SIBT 
L-4 ta’ Jannar 2025, fil-5:30 p.m. fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, quddiesa kkonċelebrata minn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna, għall-koppji li żżewġu matul is-sena 2024.


IL-ĦADD 
Niċċelebraw is-solennità tal-Epifanija.

NOTI
Il-Ħarġa ta’ In-Nieqa għax-xahar ta’ Jannar tinsab fuq in-notice board, kif ukoll fuq il-mezzi tal-midja soċjali tal-parroċċa.

Nhar it-Tnejn 6 ta’ Jannar fis-7:15 p.m. fl-Oratorju, se ssir ‘Get Together’ għall-ministri straordinarji tat-tqarbin, letturi, u animaturi. Inħeġġuhom jattendu.

We would like to invite our foreign or non Maltese members of our Naxxar community for a small Get Together drinks after 9:30 a.m. mass on Sunday 5th January at the annexe, at the back of our church. Please relay this message to your friends in Naxxar.

    22/12/2024


L-EVANĠELJU
U minn fejn ġieni dan li omm il-Mulej tiegħi tiġi għandi? Lq 1, 39-45


IT-TLIETA
L-24 ta’ Diċembru, lejlet il-Milied. Fil-5:00 p.m. u fis-6:30 p.m. ikun hawn il-quddies.

Fit-8:30 p.m. tibda l-Velja tal-Milied, li tinkludi Għanjiet tal-Milied, prietka mit-tfal, purċissjoni bil-Bambin u konċelebrazzjoni solenni.

L-ERBGĦA 
Il-25 ta’ Diċembru, is-solennità tat-twelid ta’ Ġesù Bambin.

Hija festa kkmandata u hemm obbligu għas-smigħ tal-quddies. Il-ħin
tal-quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd.

IL-ĦAMIS 
Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-grupp tal-Kelma tal-Ħajja u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.

IL-ĦADD 
Id-29 ta’ Diċembru, niċċelebraw il-Festa tal-Familja Mqaddsa. Nhar il-Ħadd 29 ta’ Diċembru, fil-5:00 p.m. tibda l-funzjoni li biha tiftaħ is-sena tal-Ġublew tat-Tama fid-djoċesi tagħna.

Tinkludi talb fil-Grotta ta’ San Pawl u pellegrinaġġ lejn il-Katidral tal-Imdina. Kif naslu tibda konċelebrazzjoni solenni.

NOTI
Fil-korsija tistgħu tapprezzaw il-ġmiel ta’ presepju li John Cachia għoġbu jarma fil-Knisja tagħna għal dan il-Milied.

Infakkru li ċ-ċimiterju huwa post qaddis u m'għandux iservi ta' waste serve biex nitfgħu ż-żibel tagħna u l-ħmieġ tal-annimali.

Nitolbu għall-erwieħ ta’ Ġużeppi Ellul u Rita Azzopardi li mietu din il-ġimgħa.

Agħtihom, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta' dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu fis-sliem. Ammen.

U aħna, x’għandna nagħmlu? Lq 3:10-18
IT-TNEJN : Tkompli n-novena ta’ Ġesù Bambin, fis-6:00 p.m. jingħad
ir-Rużarju, Kurunella lil Ġesù Bambin u Barka Sagramentali. Fis-6:30 p.m.
tibda quddiesa bis-sehem ta’diversi għaqdiet Reliġjużi li għandna fil-Parroċċa.
L-ERBGĦA: Fid-9:30 a.m. se jkun hawn quddiesa għat-tfal tal-iskola
primarja tan-Naxxar, wara huma se jkantaw għanjiet tal-Milied fuq
iz-zuntier tal-Kolleġġjata.
IS-SIBT : Wara l-quddiesa ta’filgħaxija jkun hawn Kunċert tal-Milied mil Kor
Gaudete in Domino, kulħadd huwa mistieden.
IL-ĦADD :Għall-quddiesa tad-9:30 a.m. qed nistiednu lit-tfal kollha
Għal-novena apposta għalihom, tajjeb iġibu magħhom l-presepji u
l-Bambini ħalli’ inbierkuhom.
Infakkru li llum hija l-aħħar ġurnata tal-Bazaar tal-Milied fl-Annexe
tal-Knisja. Grazzi ta’ kull għajnuna li tagħtuna.
Nitolbu għar-ruħ: Pietru Sammut, li miet din il-Ġimgħa mill-Parroċċa tagħna.
Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu, jistrieħ fis-sliem. Ammen.


 1/12/2024


L-EVANĠELJU
Il-fidwa tagħkom hi fil-qrib. Lq 21:25-28,34-36

IL-ĦADD 
Illejla fl-Oratorju mit-3:45 p.m. 'il quddiem se jkun hemm Afternoon Tea bit-tombla b’risq il-Knisja Filjali ta’ Santa Luċija. Biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.

IL-ĦAMIS 
Fil-MUSEUM tas-subien fid-9:30 a.m ikun hemm laqgħa għall-irġiel, imħeġġa jattendu.

IL-ĠIMGĦA  
L-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fis-6:00 p.m. jkun hawn ħin ta’Adorazzjoni u jsir talb ghall-vokazzjonijiet u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.

IS-SIBT 
Is-7 ta’ Diċembru, mit-8:00 ta’ filgħodu sa nofsinhar jiftaħ il-Bazaar tal-Milied fl-annexe tal-Knisja. Aktar dettalji dwaru ssibuhom fuq in-notice board.

IL-ĦADD 
It-8 ta’ Diċembru. Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni. Fil-Knisja Filjali tagħha fis-6:00p.m. ikun hemm quddiesa bil-kant u bl-omelija.

NOTI
Nhar is-Sibt 14 ta’ Diċembru fl-Oratorju mis-7:30 p.m. 'il quddiem se jkun hemm Pasta Night bit-Tombola b’risq il-Festa, organizzata mill-Kumitat tal-Festa. Aħseb min kmieni għall-biljetti.

Il-Ħarġa ta’ In-Nieqa għax-xahar ta’ Diċembru jinsab fuq il-mezzi tal-midja soċjali tal-Parroċċa, kif ukoll fuq in-Notice Board.

Il-voluntiera li kellna l-Ġimgħa l-oħra jiġbru għall-Missjoni fil-Kenja bagħtu jirringrazzjawna għal somma ta' 1,000 ewro.

Il-Kunċert tal-Milied fil-Kolleġġjata mill-Kor Jubilate Deo, se jsir nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Diċembru fit-8:00 p.m.

Infakkru li mil-lum iċ-Ċimiterju jerġa’ jibda jkun miftuħ fil-ħinijiet tas-soltu. Jiġifieri matul il-Ġimgħa minn 12:00 p.m. sal-5:00 p.m., fil-weekends jiftaħ filgħodu sa nofsinhar.

L-Għaqda Kulturali Wirt Naxxari, dan il-weekend qed tittella’ wirja ta' Artisti Naxxarin fil-Mitħna tal-Għaqba. Nhar it-Tlieta 3 ta’ Diċembru fis-7:15 p.m. se jkun hemm taħdita fl-annexe tal-knisja minn Paul Catania bit-tema ‘In-Naxxar u n-Naxxarin fis-seklu 16.’ Narawkom hemm, kulħadd mistieden.

Jekk jogħġbok innota li l-gruppi jew l-individwi kollha li joqogħdu fin-Naxxar, u jixtiequ li jkollhom avviż, fl-avviżi tal-knisja ta’ tmiem il-ġimgħa għandhom jagħmlu dan billi jingħataw lill-Arċipriet tagħna, ir-Rev. Fr David, sat-Tnejn filgħaxija jew mhux aktar tard
mit-Tlieta filgħodu. Grazzi.

Nitolbu għall-erwieħ ta’ Joseph Buhagiar u Nazzareno Bartolo,
li mietu din il-ġimgħa mill-parroċċa tagħna. 

Agħtihom, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta' dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu fis-sliem. Ammen.

L-AĦĦAR POSTS