Avviżi Ottubru 2024
27/10/2024
L-EVANĠELJU
Mgħallem, agħmel li jiena nara. Mk 10:46-52
IL-ĦADD
Illum il-Kumitat tal-Festa qed jorganizza car wash fil-parkeġġ tal-Oratorju. Nikkoperaw magħhom.
IT-TNEJN
Fil-board room tal-annexe fis-7:15 p.m. se ssir laqgħa ta’ formazzjoni għall-koppji miżżewġa, imħeġġin jattendu.
L-ERBGĦA
Fl-annexe fis-7:00 p.m. se jkun hemm laqgħa tal-Kummissjoni Liturġija.
IL-ĦAMIS
Fil-MUSEUM tas-subien fid-9:30 a.m. ikun hemm il-laqgħa għall-irġiel, din id-darba tinkludi quddiesa għall-familjari mejtin tal-membri fil-grupp.
Fl-annexe fis-7:15 p.m. tibda l-laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali.
IL-ĠIMGĦA
L-1 ta’ Novembru: solennità tal-Qaddisin Kollha.
L-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ Adorazzjoni u jsir talb għall-vokazzjonijiet u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.
IS-SIBT
It-2 ta’ Novembru. Tifkira solenni tal-Mejtin Kollha.
IL-ĦADD
It-3 ta’ Novembru, fiċ-Ċimiterju fl-4:00 p.m. ikun hemm quddiesa,
wara jsir it-tberik tal-oqbra. Matul Novembru ċ-Ċimiterju jkun miftuħ matul il-jum kollu.
TFAKKIRA
Nhar is-Sibt 9 ta’ Novembru fl-4:30 p.m. ikun hawn quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Konfermazzjoni għall-adolexxenti tal-MUSEUM. Ma jkunx hawn quddiesa fil-Kolleġġjata fis-6:30 p.m.
L-għada l-Ħadd: l-10 ta’ Novembru fl-4:30 p.m. ikun hawn quddiesa
biċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Konfirmazzjoni għall-adolexxenti li ġejjin miż-żona Familja Mqaddsa Sgħajtar.
NOTI
Il-ħarġa ta’ In-Nieqa għax-xahar ta’ Novembru tinsab fuq in-notice boards, kif ukoll fuq il-mezzi soċjali tal-Parroċċa. Fost l-oħrajn issibu tagħrif kif jitħallsu l-ispejjeż enormi tal-Parroċċa.
20/10/2024
L-EVANĠELJU
Bin il-bniedem ġie biex jagħti ħajtu b’fidwa għall-kotra. Mk 10:35-45
IL-ĦADD
Illum niċċelebraw il-Ġurnata Missjunarja. Il-ġbir kollu li jsir fil-quddies ikun b’risq il-ħidma missjunarja.
Illejla, fl-iskola St Michael’s, se jsir seminar għall-adolexxenti li ser jirċievu l-Griżma tal-Isqof u wkoll għall-ġenituri u l-parrini. Inżommuhom fit-talb tagħna.
L-ERBGĦA
L-Għaqda Kulturali Wirt Naxxari ser ittella' taħdita kulturali bit-tema “Możajċi u Tapizzeriji”. Il-kelliem se jkun Fr Julian Cassar. It-taħdita se ssir fil-Media Room tal-annexe tal-Parroċċa, fis-7:15 p.m. Kulħadd mistieden.
IL-ĦAMIS
Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-membri tal-Azzjoni Kattolika u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.
IL-ĠIMGĦA
Fil-Media Room tal-annexe fl-10:00 a.m. se jkun hemm l-adorazzjoni li qabel kienet issir Loyola House għand il-Ġiżwiti. Kulħadd mistieden.
IS-SIBT
Fil-weekend li ġej il-Kumitat tal-Festa ser jorganizza “car wash” fil-bitħa tal-Oratorju; jibdew is-Sibt minn nofsinhar ’il quddiem. Aktar dettalji fuq in-notice board. Nikkoperaw magħhom.
Nitolbu għal ruħ Grace Caruana, li mietet matul din il-ġimgħa.
Agħtiha, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqha, tistrieħ fil-paċi. Ammen.
05/10/2024
L-EVANĠELJU
Dak li għaqqad Alla, ma għandux jifirdu l-bniedem. Mk 10:2-16
IL-ĦADD
Niċċelebraw il-festa tal-Madonna tar-Rużarju. Fil-5:00 p.m. quddiesa kantata bl-omelija u wara toħroġ il-purċissjoni. Nispiċċaw bil-benedizzjoni sagramentali.
Infakkru wkoll li, mil-lum, il-quddiesa tal-Ħadd filgħaxija tibda tkun fil-5:00 p.m.
IT-TNEJN
Ftuħ uffiċjali tas-sena kateketika. Għall-quddiesa ta’ filgħaxija qed nistiednu lit-tfal kollha li jattendu l-MUSEUM kif ukoll il-ġenituri tagħhom. Matulha l-katekisti jingħataw il-mandat tat-tagħlim.
L-ERBGĦA
Fil-Knisja ta’ Sta Luċija fid-9:00 a.m. ikun hemm laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani li tinkludi rużarju u quddiesa.
IL-ĦAMIS
Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-grupp tal-Ħniena Divina u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.
IL-ĠIMGĦA
Fis-Santwarju tal-Ħniena Divina fis-7:30 p.m. jibda l-kors ta’ tħejjija għaż-żwieġ għall-għarajjes, il-Kors ta’ Kana. Ngħidu grazzi lill-koppji-mexxejja u nawguraw lill-għarajjes li se jagħmlu dan il-kors. Fadal biss postijiet għal żewġ koppji.
IS-SIBT
Fil-Kappella tas-Seminarju r-Rabat se nitolbu għall-vokazzjonijiet.
Fis-6:00 p.m. quddiesa u fis-6:45 p.m. adorazzjoni bit-talba tar-rużarju u l-barka.
NOTI
Il-Qdusija Tiegħu Papa Franġisku jixtieq li nhar it-Tnejn 7 ta’ Ottubru jkun jum ta’ talb u sawm għall-paċi fid-dinja.
Infakkru li matul Ottubru, ir-rużarju jingħad kuljum quddiem Ġesù espost qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija.
Nhar it-Tlieta 15 ta’ Ottubru se jkollna Coffee Morning fl-Oratorju. Aħseb minn kmieni għall-biljetti.
Nitolbu għall-erwieħ ta’: Wendy Attard, Freddie Spiteri u Stephanie Bartolo li mietu din il-ġimgħa.
Agħtihom, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl jiddi fuqhom, jistrieħu fis-sliem. Ammen.