Avviżi Settembru 2024
01/09/2024
L-EVANĠELJU
Intom twarrbu l-kmandamenti ta’ Alla biex tħaddnu t-tradizzjonijiet tal-bnedmin. Mk 7:1-8,14-15,21-23
IL-ĦADD
Fil-11:00 a.m. quddiesa għaż-żgħażagħ kollha, inklużi dawk taż-żewġ każini. Filgħaxija, fis-6:30p.m. (u mhux fil-5:30p.m.) konċelebrazzjoni solenni li matulha rroddu ħajr lil Alla għad-don ta' 50 sena saċerdozju ta’ Fr Michael Agius u ta’ Dun Karm Tanti.
IT-TNEJN
Il-quddiesa tas-6:30p.m. tan-novena tkun bis-sehem ta' diversi koppji li qed ifakkru anniversarju speċjali miż-żwieġ tagħhom. Fl-aħħar tal-quddiesa tingħata tifkira lil dawn il-koppji.
IT-TLIETA
Fl-10:00a.m. quddiesa apposta għall-morda u l-anzjani tagħna bis-sehem tal-Kummissjoni Djakonija.
Filgħaxija, għall-quddiesa tas-6:30p.m. qed insejħu lil dawk il-ġenituri li kellhom tarbija din l-aħħar sena. Matul il-quddiesa ssir ukoll il-preżentazzjoni ta’ dawn it-trabi lil Marija Bambina.
L-ERBGĦA
Nibdew it-Tridu Mqaddes ta’ Marija Bambina. Għall-quddiesa tas-6:30p.m. qed insejħu lill-familja ta' dawk li ġarrbu t-telfa tal-għeżież
tagħhom mill-festa l-oħra sal-lum.
IL-ĦAMIS
Għall-quddiesa tan-novena mistiedna l-ħafna voluntiera li jagħtu servizz f’diversi oqsma tal-parroċċa tagħna.
IL-ĠIMGĦA
Filgħaxija n-novena tkun bis-sehem tal-membri kollha fid-diversi għaqdiet u kummissjonijiet reliġjużi li tħaddan il-parroċċa tagħna.
IS-SIBT
7 ta’ Settembru: lejlet il-festa.
Fit-8:45a.m. quddiesa bil-kant tat-Te Deum.
Fil-5:00p.m. quddiesa bl-omelija u fis-6:30p.m. tibda t-Translazzjoni mill-Knisja tal-Vitorja fi Triq Santa Luċija lejn il-Kolleġġjata fejn isir il-kant tas-Salve, l-antifona u l-Għasar kantat. Nagħlqu bil-barka sagramentali. Fit-7:45p.m. tibda quddiesa oħra.
IL-ĦADD
8 ta’ Settembru: Solennità tat-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija.
Il-ħin tal-quddiesa filgħodu jkun: fis-6:00, fis-7:00 u fit-8:00. Fid-9:30a.m. Pontifikal Solenni mmexxi mill-E.T. Mons. Savio Hon Tai Fai, Nunzju Appostoliku għal Malta.
Jinseġ il-Paniġierku Mons. Brandan Gatt. Filgħaxija l-programm se jkun hekk:
Quddiesa tal-5:15p.m., Għasar kantat fis-6:00p.m. u fis-7:00p.m. toħroġ il-purċissjoni bl-istatwa ta’ Marija Bambina. Mad-dħul tal-purċissjoni fl-10:30p.m. tingħata l-benedizzjoni sagramentali.
NOTI
L-għada tal-festa, it-Tnejn filgħodu, l-ewwel quddiesa tkun fis-7:00 a.m. u l-oħra fit-8:45a.m. Dawn isiru fis-Santwarju tal-Madonna tat-Triq għand il-Ġiżwiti.
Nhar il-Ħadd 15 ta' Settembru għeluq l-ottava tal-Bambina. Fis-6:30p.m. quddiesa bil-kant u bl-omelija. Wara l-quddiesa, l-istatwa tal-Bambina titwassal sa ħdejn in-niċċa tagħha.
Tistgħu takkwistaw il-ktieb tal-festa mis-sagristija u napprezzaw id-donazzjoni tagħkom.
Kif tafu, Fjuri li ma jinxfux hija t-tema li qed nissuġġerixxu għal din is-sena, biex minflok bukkett fjuri lil Marija Bambina tagħtu donazzjoni għad-damask. Il-fjuri jinxfu u jintremew, id-damask huwa opra li tibqa' magħna snin twal.
Il-ħarġa ta’ In-Nieqa għax-xahar ta’ Settembru issibuha fuq in-notice boards kif ukoll fuq il-mezzi tal-midja soċjali tal-parroċċa. Hemm messaġġ li jġib l-isem: "L-Arċipriet ma ssibu qatt".
Nitolbu għall-erwieħ ta’ Ġużeppi Falzon u Vinċenza Galea:
Agħtihom, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem,
id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu fis-sliem. Ammen.