Avviżi Lulju 2024
28/07/2024
L-EVANĠELJU
Qassam, u kulħadd ħa kemm ried. Ġw 6:1-15
IL-ĠIMGĦA
It-2 ta’Awwissu: l-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni u jsir talb għall-vokazzjonijiet u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.
NOTI
Il-ħarġa ta’ In-Nieqa għax-xahar ta’ Awwissu tinsab fuq il-mezzi tal-midja soċjali tal-parroċċa, kif ukoll fuq in-notice boards.
Id-damask il-ġdid ġej jiswa 92,000 ewro. S'issa ġbarna 5,660 ewro. Dan ifisser li għad jonqosna niġbru aktar minn 86,000 ewro biex inħallsuh. Avviċinawna nies li jixtiequ jixtru partijiet mid-damask l-antik, b'hekk tkunu qed tgħinuna ntaffu din l-ispiża. Min hu interessat jinformana fis-sagristija.
Nitolbu għall-erwieħ ta’ Ġanni Cilia, Nikolina Chircop u John Mary Camilleri li mietu matul din il-ġimgħa.
Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu fis-sliem. Ammen.
21/07/2024
L-EVANĠELJU
Kienu qishom nagħaġ bla ma għandhom ragħaj. Mk 6, 30-34
IL-ĦAMIS
25 ta’ Lulju: Festa ta’ San Ġakbu Appostlu. Fil-Knisja Filjali tiegħu fis-7:00 p.m. rużarju u quddiesa bl-omelija.
Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-grupp tal-abbatini u
fis-6:30 p.m. il-quddiesa.
IS-SIBT
27 ta’ Lulju: ir-raba’ Sibt tal-Bambina. Fis-6:00 p.m. rużarju, kurunella, Salve u antifona. Fis-6:30 p.m. quddiesa bl-omelija.
NOTI
Dawk l-għarajjes li jridu jagħmlu l-Kors ta’ Kana fil-parroċċa tagħna li jibda fil-11 ta’ Ottubru li ġej iridu japplikaw online fil-website tal-moviment ta’ Kana.
Donnu mhux kulħadd jaf li la hu rispett lejn id-dar t’Alla, u lanqas
lejn xulxin li hawn ġew ikun hawn nies jomogħdu ċ-chewing gum, jew lebsin ċertu lbies jew aħjar nuqqas ta’ lbies. Ejjew nibżgħu għad-dar ta’ Alla u għal xulxin.
Nitolbu għal ruħ Frans Falzon, li miet matul din il-ġimgħa.
Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu, jistrieħ fis-sliem. Ammen.
14/07/2024
L-EVANĠELJU
Il-missjoni tal-appostli. Mk 6, 7-13
IL-ĦAMIS
Il-grupp tal-irġiel se jorganizza l-ħarga għal Għawdex. Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-Grupp tad-Djakonija u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.
NOTI
Infakkru lill-ġenituri li wliedhom ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina fis-sena 2025 li jridu jmorru jirreġistrawhom fl-uffiċċju parrokkjali u
jieħdu magħhom il-karta tal-identità. Fil-każ tas-subien iridu wkoll
imorru fil-qasam tal-MUSEUM.
Filwaqt li nirringrazzjaw lil dawk li tawna għotja b’risq id-damask,
nappellaw bil-ħerqa lil min għadu ma taniex ħalli nkunu nistgħu nħallsu din l-opra. Għall-festa ta’ din is-sena se nżanżnu l-parti tal-korsija.
Nitolbu għal ruħ Carmelo Abela, li miet matul din il-ġimgħa.
Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu, jistrieħ fis-sliem. Ammen.
07/07/2024
L-EVANĠELJU
Ebda profeta ma hu bla ġieħ jekk mhux f’pajjiżu. Mk 6:1-6
IL-ĦAMIS
Il-11ta’ Lulju, fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-Grupp tal-Ħniena Divina u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.
IS-SIBT
It-13 ta’ Lulju: it-tieni Sibt tal-Bambina. Fis-6:00 p.m. rużarju, kurunella, Salve u antifona. Fis-6:30 p.m. quddiesa bl-omelija. Fil-Knisja Filjali tal-Kunċizzjoni fis-6:00 p.m. ikun hemm il-quddiesa. Dakinhar se jkun hemm ukoll għall-venerazzjoni tal-pubbliku r-relikwa tal-Beatu Carlo Acutis li din il-ġimgħa l-Papa aċċetta li jiddikjarah qaddis.
Fis-7:15 p.m. fil-parkeġġ tal-Oratorju se jkun hemm pasta night bit-tombla b’risq il-festa, imtellgħa mill-kumitat estern. Biljetti jinkisbu mingħand mill-membri tal-kumitat jew mis-sagristija.
NOTI
Il-ħarġa għal Għawdex mill-grupp tal-irġiel ġiet posposta, issa se ssir nhar il-Ħamis 18 ta’ Lulju.
Nitolbu għall-erwieħ ta’ Francesco Cini, Rose Caruana u Joyce Schembri li mietu matul din il-ġimgħa.
Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu fis-sliem. Ammen.