Avviżi Ġunju 2024
23/06/2024
L-EVANĠELJU
Dan min hu, biex saħansitra r-riħ u l-baħar jisimgħu minnu? Mk 4:35-41
IT-TNEJN
L-24 ta’ Ġunju, solennità ta’ San Ġwann Battista. Fil-knisja filjali tiegħu fis-7:15 p.m. quddiesa kantata bl-omelija.
IL-ĦAMIS
Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-membri tal-Fokolari u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.
IS-SIBT
Id-29 ta’ Ġunju, solennità tal-martirju tal-Appostli Pietru u Pawlu. Xieraq li nieħdu sehem fil-quddiesa, il-ħin ikun bħal fost il-ġimgħa. Il-mobile unit tad-demm se jkun fil-parkeġġ tal-Pama filgħodu għal
dawk li jixtiequ jagħtu d-demm. Importanti li jkollkom il-karta tal-identità.
IL-ĦADD
Nhar il-Ħadd li ġej, 30 ta’ Ġunju, fl-annexe, fid-9:30 a.m. se ssir laqgħa għal dawk li jixtiequ jgħinu fl-armar tal-festa, u anke għal dawk li jixtiequ jerfgħu fl-istatwa tal-Bambina nhar it-8 ta’ Settembru.
Nitolbu għall-erwieħ ta’ Francis Zarb u Stephanie Bugeja, li mietu dil-ġimgħa.
Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu fis-sliem. Ammen.
16/06/2024
L-EVANĠELJU
Hi l-iċken fost iż-żrieragħ kollha, imma ssir l-akbar waħda fost il-ħxejjex kollha. Mk 4, 26-34
IL-ĦADD
Illum Jum il-Missier. Iċ-ċimiterju jkun miftuħ il-ġurnata kollha u fl-10:00 a.m. ikun hemm quddiesa b’suffraġju tal-missirijiet mejtin tagħna.
IL-ĦAMIS
Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.
IS-SIBT
Nhar is-Sibt 22 ta’ Ġunju ħdejn il-Knisja Filjali ta’ San Ġwann Battista se jkun hemm attività socjali mit-8:30 p.m. 'il quddiem. Kulħadd huwa mistieden.
NOTI
Dawk il-ġenituri li wliedhom ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina fis-sena 2025 iridu jmorru jirreġistrawhom fl-Uffiċċju Parrokkjali, fil-każ tas-subien iridu jmorru wkoll fil-qasam tal-MUSEUM. Importanti li jieħdu magħhom il-karta tal-identità kif ukoll ċertifikat sħiħ tat-twelid tat-tifel / tifla tagħhom.
Kif tafu, il-parroċċa daħlet għal proġett ambizzjuż sabiex id-damask tal-festa jsir mil ġdid għax dak eżistenti tqatta’. Se jiswielna 'l fuq minn 90,000 ewro. Għadna ħafna lura fil-flus. Grazzi lil dawk li tawna donazzjoni, iżda nappellaw mill-qalb lilkom ilkoll sabiex tgħinuna nwasslu dan il-proġett fi tmiemu.
Nitolbu għal ruħ: Carmela Farrugia, li mietet din il-ġimgħa
Agħtiha, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqha, tistrieħ fis-sliem. Ammen.
8/06/2024
L-EVANĠELJU
Ix-xitan wasal fit-tmiem. Mk 3, 20-35
IL-ĦADD
Mil-lum il-quddiesa tal-Ħadd filgħaxija tibda fil-5:30 p.m.
IT-TLIETA
Se jkollna coffee morning fl-oratorju li jibda fid-9:00 a.m. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.
L-ERBGĦA
Fil-Knisja Filjali ta’ Santa Luċija fid-9:00 a.m. ikun hemm laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani li tinkludi quddiesa bi ħsieb spiritwali u wara rużarju quddiem Ġesù sagramentat.
IL-ĦAMIS
Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-Grupp tal-Ħniena Divina u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.
NOTI
Nhar il-Ħadd li ġej infakkru Jum il-Missier. Iċ-Ċimiterju jkun miftuħ il-ġurnata kollha fil-weekend u l-Ħadd fl-10:00 a.m. ikun hawn quddiesa b’suffraġju tal-missirijiet mejtin tagħna.
Infakkru li fil-Kolleġġjata, kull nhar ta’ Erbgħa filgħodu jsiru laqgħat
għan-nisa tal-Azzjoni Kattolika, waqt li filgħaxija jsiru rehearsals għat-tfal tal-kor Pueri Cantores. Min jixtieq jista’ jattendi għal dawn il-laqgħat.
Nitolbu għal ruħ: Maria Concetta Borda, li mietet matul din il-ġimgħa.
Agħtiha, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqha, tistrieħ fis-sliem. Ammen.
L-EVANĠELJU
Dan hu ġismi. Dan hu demmi. Mk 14:12-16,22-26
IL-ĦADD
Niċċelebraw is-Solennità ta’ Corpus. Fil-5:00 p.m. quddiesa kantata bl-omelija u wara toħroġ il-purċissjoni bis-Santissimu Sagrament; jieħdu sehem it-tfal tal-Ewwel Tqarbina, il-fratelli, l-abbatini, il-kleru u l-poplu.
IT-TNEJN
Iċ-ċimiterju se jibda jkun miftuħ mis-7:00 a.m. sa nofsinhar. Nirringrazzjaw lil dawk li jagħtu servizz f’dan il-post qaddis.
L-ERBGĦA
Nibdew il-kwaranturi fil-parroċċa tagħna. Ġesù Ewkaristija jkun espost għall-adorazzjoni personali wara l-quddiesa tad-8:45 a.m. sa nofsinhar u mill-4:30 p.m. sa qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija. Xieraq insibu ħin u niġu nitolbu quddiem Ġesù espost.
IL-ĠIMGĦA
Niċċelebraw is-Solennità tal-Qalb ta’ Ġesù. Fis-6:30 p.m. quddiesa kantata bl-omelija u wara toħroġ il-purċissjoni bis-Santissimu Sagrament. Jieħdu sehem it-tfal tal-Ewwel Tqarbina, il-fratelli, l-abbatini, il-kleru u l-poplu.
Nhar il-Ġimgħa, 7 ta’ Ġunju mhux se ssir il-laqgħa fis-Santwarju tal-Madonna tat-Triq.
IL-ĦADD
Minn nhar il-Ħadd li ġej il-quddiesa tal-Ħadd filgħaxija tibda tkun fil-5:30 p.m.
NOTI
Nhar it-Tlieta 11 ta’ Ġunju se jkollna coffee morning fl-oratorju li jibda fid-9.00 a.m. Biljetti jinkisbu mingħand il-helpers. Il-ħarġa ta’ In-Nieqa għax-xahar ta’Ġunju tinsab fuq il-mezzi tal-midja soċjali
tal-Parroċċa, kif ukoll fuq in-notice boards.
Nitolbu għall-erwieħ ta’ Victoria Ciappara, li mietet matul din il-ġimgħa.
Agħtiha, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqha, tistrieħ fis-sliem. Ammen.