Avviżi Mejju 2024
12/05/2024
L-EVANĠELJU
Il-Mulej Ġesù kien imtella’ s-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla. Mk 16:15-20
IL-ĦADD
Illum huwa Jum l-Omm: Iċ-Ċimiterju se jkun miftuħ matul il-jum sal-4:00 p.m., u fl-10:30 a.m. ikun hemm quddiesa b’suffraġju għall-Ommijiet mejta tagħna.
Illum hija l-aħħar ġurnata li fl-annexe hemm il-Bazaar miftuħ. Issibu diversi oġġetti għall-bejgħ marbuta ma’ Jum l-Omm. Grazzi ta’ kull għajnuna.
IT-TNEJN
Fil-Knisja Filjali tal-Kunċizzjoni fis-7:00 p.m. se jkun hemm laqgħa
soċjali għall-Ministri kollha tat-Tqarbin. Imħeġġa jattendu.
L-ERBGĦA
Fil-Knisja tal-Erwieħ, Ħal Tarxien fis-7:30 p.m. se jkun hemm serata
ta’ kant stil Taizѐ kif ukoll kant Gregorjan mill-Kor Jubilate Deo. Min jixtieq jiġi għandu jinkiteb fis-sagristija sa għada, it-Tnejn, ħalli norganizzaw it-trasport meħtieġ.
IL-ĦAMIS
Fl-Oratorju fid-9:30 a.m. se jkollna coffee morning kif ukoll ikla f’nofsinhar. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.
Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-grupp tal-Ħniena Divina u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.
IS-SIBT
F’dan il-weekend, il-kumitat ta’Festa qed jorganizza attività ta’ “car wash” b’risq il-Festa Marija Bambina, fl-Oratorju, nhar is-Sibt bejn
F’dan il-weekend, il-kumitat ta’Festa qed jorganizza attività ta’ “car wash” b’risq il-Festa Marija Bambina, fl-Oratorju, nhar is-Sibt bejn
l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m. u l-Ħadd bejn it-8:00 a.m. u 12:00 p.m.
IL-ĦADD
Niċċelebraw is-Solennità ta’ Pentekoste. Fis-Santwarju tal-Ħniena Divina jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Konfirmazzjoni għall-adolexxenti taż-żona.
NOTI
Neħtieġu animaturi biex jgħinu fil-kant waqt iċ-Ċelebrazzjoni tal-quddiesa. Jekk hawn min hu kompetenti u jista’ joffri dan is-servizz, javviċina lill-Arċipriet.
Nitolbu għall-erwieħ ta’ Tereża Brincat u Victoria Mamo, li mietu
matul din il-ġimgħa.
Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu fis-sliem. Ammen.