Avviżi tal-Parroċċa
Frar 2025
09/02/2025
L-EVANĠELJU
Telqu kollox u marru warajh. Lq 5:1-11
IT-TNEJN
L-10 ta’ Frar, solennità tan-Nawfraġju ta’ San Pawl. Għalkemm mhux festa kmandata, xorta waħda hemm l-obbligu għas-smigħ tal-quddies. Il-ħin ikun bħal nhar ta’ Ħadd.
Il-mobile unit tad-demm se tkun fil-parkeġġ ta’ Pama Supermarket bejn it-8:30 a.m. u s-1:00 p.m. Importanti li wieħed jieħu miegħu l-karta tal-identità.
IT-TLIETA
Se jkollna Coffee Morning fl-Oratorju. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.
L-ERBGĦA
Fil-quddiesa tas-6:30 p.m. se jingħata uffiċjalment il-mandat lil-letturi u lill-animaturi dwar is-sehem tagħhom fiċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi li jsiru fil-Kolleġġjata.
IL-ĦAMIS
Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-Grupp tal-Ħniena Divina u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.
NOTI
Infakkru li ċ-ċertifikati tal-Magħmudija ta’ minuri taħt is-sittax-il sena jistgħu jinġabru biss mill-ġenituri tagħhom. Dawn iridu jmorru l-Uffiċċju Parrokkjali u jieħdu magħhom il-karta tal-identità tagħhom.
Nhar is-Sibt 17 ta’ Mejju l-Quddiesa Tfal Naxxar ser jorganizzaw safra lejn Noto, hemmkekk iżuru l-Infiorata u postijiet oħra ta’ interess edukattiv u kulturali. Il-bookings miftuħin għal kulħadd, kbar u t-tfal. Aktar informazzjoni mill-paġna tal-Quddiesa Tfal tan-Naxxar jew ikellem lil Fr. Mark Spiteri.
Id-dati taċ-Ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof din is-sena huma dawn:
Fis-Santwarju tal-Ħniena Divina: il-Ħadd, 8 ta’ Ġunju fil-5:30 p.m.
Fil-Kolleġġjata għall-adolexxenti tal-MUSEUM: is-Sibt, 8 ta’ Novembru fl-4:30 p.m., waqt li għall-adeloxxenti tas-Sgħajtar il-Ħadd 9 ta’ Novembru fl-4:30 p.m.
Nitolbu għal ruħ Mary Cauchi, li mietet din il-ġimgħa.
Agħtiha, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl jiddi fuqha, tistrieħ fil-paċi. Ammen.