Avviżi April 2024
28/04/2024
L-EVANĠELJU
Min jibqa’ fija u jiena fih, dan jagħmel ħafna frott. Ġw 15, 1-8
IL-ĦADD
Illejla fl-Oratorju fit-3:30 p.m. se jkollna Afternoon Tea bit-tombla. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.
IL-ĦAMIS
Fil-MUSEUM tas-subien fid-9:30 a.m. se jkun hemm il-laqgħa għar-irġiel. Inħeġġuhom jattendu.
Fil-MUSEUM tal-bniet fil-5:30p.m., ser issir l-aħħar laqgħa għall-ġenituri li wliedhom ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina fis-26 ta' Mejju li ġej.
IL-ĠIMGĦA
L-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni u jsir talb għall-vokazzjonijiet u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.
Mis-7:00 p.m. sad-9:00p.m. se ssir Healing Mass u adorazzjoni fis-Santwarju tal-Ħniena Divina .
IS-SIBT
Nhar is-Sibt 4 ta’Mejju, sal-Ħadd 12 ta’ Mejju f’nofsinhar, fl-annexe jiftaħ il-bazaar. Ikun hemm diversi oġġetti għall-bejgħ marbuta ma’ Jum l-Omm. Bix-xiri tagħkom tkunu qed tgħinu l-Kolleġġjata tagħna. Grazzi bil-quddiem tal-appoġġ tagħkom.
IL-ĦADD
Il-5 ta’ Mejju, niċċelebraw il-festa ta’ San Ġużepp. Fil-5:00 p.m. quddiesa bil-kant u bl-omelija u wara l-purċissjoni bl-istatwa tal-qaddis.
NOTI
Nhar is-Sibt 11 ta’ Mejju fil-Kolleġġjata fil-quddiesa fis-6:30 p.m. issir l-Ewwel Tqarbina għat-tfal taż-żona Familja Mqaddsa Sgħajtar.
Infakkru li fis-sagristija ssibu flixkun bl-ilma imbierek kif ukoll is-santa bit-talba tat-tberik.
Il-ħarġa ta’ In-Nieqa għax-xahar ta’ Mejju tinsab fuq il-mezzi tal-midja soċjali tal-parroċċa kif ukoll fuq in-notice boards.
Skont l-aħħar statistika tal-NSO (2021), il-parroċċa tan-Naxxar tħaddan fiha 16,912-il resident; dawn jammontaw għal 4,300 familja.
Issa tifhem aktar għaliex b’żewġ saċerdoti biss full time ma kienx possibbli li jibqa' jsir it-tberik fil-forma tradizzjonali tagħha.
Minkejja kollox, xorta qed inkomplu biż-żjajjar fil-familja t-tberik.
Grazzi ta' kemm tilqgħuna fi djarkom.
Nitolbu għall-erwieħ ta’ Lorry Falzon u Alda Vella, li mietu matul din il-ġimgħa.
Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu fis-sliem. Ammen.
14/04/2024
L-EVANĠELJU
Kif hemm miktub fl-Iskrittura: il-Messija kellu jbati u jqum mill-imwiet fit-tielet jum. Lq 24:35-48
IT-TLIETA
Mis-7:00 p.m. sat-8:00 p.m, fil-MUSEUM tas-subien se ssir il-laqgħa dwar il-Kelma t’Alla. Kulħadd huwa mistieden.
IL-ĦAMIS
Fis-6:00 p.m ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-grupp tal-abbatini u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.
NOTI
Infakkru li fis-sagristija ssibu flixkun bl-ilma mbierek kif ukoll is-santa bit-talba tat-tberik.
Il-magazine Flimkien ta’ dawn ix-xahrejn jinsab ħdejn il-bibien tal-Knisja. Ħudu kopja magħkom intom u ħerġin.
Nitolbu għall-erwieħ ta’ John Borg u Marija Sammut, li mietu matul din il-ġimgħa.
Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu fis-sliem. Ammen.
07/04/2024
L-EVANĠELJU
Tmint ijiem wara ġie Ġesù. Ġw 20:19-31
IL-ĦADD
Festa tal-Ħniena Divina: Illejla fis-Santwarju tagħha fil-5:00 p.m. se jkun hemm espożizzjoni tal-ewkaristija, rużarju u kurunella tal-Ħniena Divina u barka sagramentali.
Fil-5:30 p.m. quddiesa bil-kant u bl-omelija.
L-ERBGĦA
Fl-Oratorju jkollna coffee morning b’risq il-Knisja Filjali tal-Kunċizzjoni. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.
Fil-Knisja Filjali ta’ Santa Luċija fid-9:00 a.m. ikun hemm laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani li tinkludi quddiesa u rużarju.
IL-ĦAMIS
Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-Grupp tal-Ħniena Divina u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.
IL-ĦADD
L-14 ta’ April, niċċelebraw Jum il-Karità. Għaldaqstant, il-ġbir kollu li jsir fil-quddies tal-weekend ikun b’risq l-istituti tal-karità li l-Knisja għandha f’Malta.
NOTI
Fis-sagristija ssibu flixkun bl-ilma mbierek u s-santa bit-talba tat-tberik. L-Arċisqof iħeġġeġ sabiex il-kap tal-familja jiġbor jew tiġbor il-familja ta’ madwaru/a j/titlob u j/tbierek lil dawk preżenti.
Nitolbu għall-erwieħ ta’ Joseph Apap, Walter Debono u Emanuel Falzon, li mietu matul din il-ġimgħa.
Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu fis-sliem. Ammen.