Avviżi Marzu 2024

    31/03/2024


L-EVANĠELJU
Kristu kellu jqum mill-imwiet. Ġw 20:1-9


IL-ĦADD  
Il-qawmien ta’ Kristu mill-mewt. Fil-5:00 p.m. quddiesa kantata u wara tibda ħierġa l-purċissjoni bl-istatwa tal-Irxoxt.

Matul din il-Ġimgħa, tkompli n-Novena tal-Ħniena Divina.

IL-ĦAMIS 
Fil-MUSEUM tas-subien, fid-9:30 a.m. issir laqgħa għall-irġiel kollha. Imħeġġa jattendu.

IL-ĠIMGĦA 
Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.

Fil-Kolleġġjata se jsir kunċert ta’ mużika sagra. Kulħadd mistieden.

IL-ĦADD  
Is-7 ta’ April - il-festa tal-Ħniena Divina. Fis-Santwarju tagħha fid-9:30 a.m. quddiesa mill-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi. Din tixxandar fuq TVM

Fil-5:00 p.m., fl-istess Santwarju ssir espożizzjoni tal-ewkaristija, rużarju u kurunella tal-Ħniena Divina u barka sagramentali. Fil-5:30 p.m. quddiesa bil-kant u bl-omelija.

NOTI
Fis-Sagristija ssibu flixkun bl-ilma mbierek kif ukoll is-santa bit-talba tat-tberik. L-Arċisqof iħeġġeġ sabiex il-kap tal-familja jiġbor il-familja madwaru, jitlob u jbierek lil dawk preżenti.
Il-ħarġa ta’ In-Nieqa għax-xahar ta’ April tinsab fuq il-mezzi tal midja soċjali tal-parroċċa u fuq in-Notice Boards.

Nhar l-Erbgħa, 10 ta’April, fl-Oratorju mid-9:00 a.m. 'il quddiem se jkun hemm coffee morning bit-tombla b’risq il-Knisja Filjali tal-Kunċizzjoni. Il-biljetti jistgħu jinkisbu mingħand il-helpers.

Nitolbu għal ruħ Maria Assunta Galea, li mietet matul din il-ġimgħa. 

Agħtiha, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqha, tistrieħ fis-sliem. Ammen.

  


24/03/2024


L-EVANĠELJU
Il-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu skont San Mark Mk 14:1–15:47

IT-TNEJN 
Nibdew it-Tridu tal-Ġimgħa l-Kbira. Il-quddiesa tas-6:30 p.m. tkun bil-kant u wara l-Vanġelu ssir riflessjoni qasira dwar il-Passjoni ta’ Ġesù.

IL-ĦAMIS 
Ħamis ix-Xirka: Jum it-twaqqif tas-Saċerdozju u tal-Ewkaristija. Fis-6:30 p.m. konċelebrazzjoni solenni li matulha jsir ir-rit tal-ħasil tar-riġlejn. Wara t-tqarbin issir it-trasport tal-Ewkaristija lejn l-artal tar-repożizzjoni. Fit-8:30 p.m. jibdew il-Viżti u fl-10:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni kominitarja.

Fis-Santwarju tal-Ħniena Divina, ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni bejn it-8:00 p.m u l-10:00 p.m.

IL-ĠIMGĦA 
Tifkira solenni tal-mewt ta’ Kristu. Programm tal-Ġimgħa l-Kbira:

- 06:30 a.m. - Viżti
- 07:30 a.m. - Viżti
- 08:30 a.m - Talb tas-Salmi, isir il-kant tal-Uffiċċju u ta’ Sbieħ il-Jum.
- 09:45 a.m - adorazzjoni għat-tfal
- 10:30 a.m. - Viżti
- 03:00 p.m. - tibda t-tifkira solenni tal-mewt ta’ Kristu
- 05:30 p.m. - tibda ħierġa l-Purċissjoni.

Infakkru li hemm obbligu għas-sawm u l-astinenza.

IS-SIBT 
Il-Vġili tal-Għid. Fis-7:30 p.m. tibda l-funzjoni li tinkludi t-tberik tan-nar u l-ilma, il-kant tal-Exultet, il-qari mill-Kotba Mqaddsa, iċ-ċelebrazzjoni tal-Magħmudija u l-Ewkaristija.

IL-ĦADD 
Il-qawmien ta’ Kristu mill-mewt.

Fil-5:00 p.m. quddiesa kantata bl-omelija u wara tibda ħierġa l-Purċissjoni bl-istatwa tal-Irxoxt.

NOTI
Programm dettaljat bil-kulur tal-Ġimgħa Mqaddsa tqassam f’kull familja: aqrawh u segwu dak li hemm fih.

Illum issibu għall-bejgħ il-figolli kif ukoll rigali marbutin ma’ dawn il-festi. Grazzi ta’ kull għajnuna.

Poġġejna nota mal-kaxxi li hemm ħdejn il-bibien tal-knisja sabiex nagħtu offerta ta’ flus b’risq is-segretarjat tal-assistenza soċjali matul din il-ġimgħa ta’ sagrifiċċju.

Il-ġenituri li wliedhom ser jieħdu sehem fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira jidħlu dejjem mill-bieb ta’ wara tal-annexe, kemm qabel kif ukoll wara l-purċissjoni, u jridu jippreżentaw il-biljett mogħti lilhom mill-ushers.

Aktar dettalji issibuhom fuq il-mezzi tal-media soċjali tal-Parroċċa tagħna. Nitolbokum taqrawhom u ssegwu dak li hemm.

 


 17/03/2024


L-EVANĠELJU
Jekk il-ħabba tal-qamħ, li taqa’ fl-art, tmut, hi tagħmel ħafna frott. Ġw 12:20-33


IT-TNEJN 
Fil-MUSEUM tas-Subien fid-9:30 a.m. jibda kors ta’ eżerċizzi għall-irġiel minn kelliema differenti. Se jkun hemm ukoll xi konfessuri għall-qrar.

Fil-Kolleġġjata, fis-7.30 p.m., se jkun hawn kunċert mill-Kor Jubilate Deo. Matulu se jsiru riflessjonijiet mill-grupp Naxxar Teens. Min jixtieq jista’ jattendi.

Il-quddiesa tas-6:30 p.m. issir fis-Santwarju tal-Madonna tat-Triq għand il-Ġiżwiti.

IT-TLIETA 
Is-solennità ta’ San Ġużepp. Il-ħin tal-quddiesa jkun bħal fost il-Ġimgħa.

L-ERBGĦA 
Fid-8:45 a.m. jitlaq it-trasport mill-pjazza għal dawk li ġejjin il-pellegrinaġġ għar-Redentur tal-Isla. Il-programm jinkludi talb privat, Via Sagra u quddiesa.

Fil-Knisja Filjali tal-Kunċizzjoni fis-7:00 p.m. se jkun hemm lejla Mużiko-Letterarja bl-isem ta' Triste Ricordo. Min jixtieq jista’ jattendi.

IL-ĦAMIS 
Fis-5:45 p.m. ikun hawn ċelebrazzjoni penitenzjali komunitarja u jkun hawn ħin għall-qrar, u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.

Fil-MUSEUM tal-bniet fis-5:45 p.m. se ssir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal bniet bi preparazzjoni għall-Ġimgħa Mqaddsa bit-tema Wiċċ ta’ Kristu.

IL-ĠIMGĦA 
It-tifkira ta’ Marija Addolorata taħt is-Salib. Il-ħin tal-quddies filgħodu jkun bħas-soltu; filgħaxija fil-5:00 p.m. quddiesa bil-kant; fis-6:00 p.m. toħroġ il-purċissjoni, ma' tmiem il-purċissjoni tingħata l-benedizzjoni fil-pjazza. Wara tibda quddiesa oħra fil-Kolleġġjata.

IL-ĦADD 
Ħadd il-Palm u l-bidu tal-Ġimgħa Mqaddsa. Fl-10:30 a.m. ninġabru fejn il-Knisja Filjali ta’ Sta Luċija għat-tberik tal-palm u taż-żebbuġ, nimxu proċessjonalment sal-Kolleġġjata fejn tibda quddiesa kantata.

NOTI
Infakkru lil dawk li għadhom ma tawx offerta b'risq il-festa tal-Bambina.

Grazzi lil dawk li taw l-offerta tagħhom.

Illum il-membri tal-fundraising għandhom għall-bejgħ il-figolli. Grazzi ta' kull għajnuna.

Nitolbu għal ruħ Victor Azzopardi, li miet matul din il-ġimgħa.

Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu, jistrieħ fis-sliem. Ammen.

  

  10/03/2024


L-EVANĠELJU
Alla bagħat lil Ibnu fid-dinja biex bih hija ssalva. Ġw 3:14-21

IT-TNEJN 
Fil-Kolleġġjata, fl-4:30 p.m. issir l-Ewwel Qrara għall-bniet tal-Ewwel Tqarbina. Il-ġenituri huma mħeġġa jiġu jersqu huma wkoll lejn dan is-sagrament.

Fl-annexe, fis-7:00 p.m. se jkun hemm taħdita dwar il-Liżar ta’ Kristu - min jixtieq jista’ jattendi.

IT-TLIETA 
Wara l-quddiesa tad-8:45 a.m. se jkollna Coffee Morning fl-Oratorju. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.

Mis-7:00 sat-7:45 p.m., fil-MUSEUM tas-Subien se ssir laqgħa dwar il-Kelma t’Alla. Kulħadd huwa mistieden.

L-ERBGĦA
Fl-annexe, fis-7:15 p.m., se ssir laqgħa għal dawk l-għarajjes li se jiżżewġu bejn Lulju u Diċembru 2024.

IL-ĦAMIS 
Fil-Kolleġġjata fl-4:30 p.m. issir l-Ewwel Qrara għas-subien tal-Ewwel Tqarbina. Il-ġenituri huma mħeġġa jiġu jersqu huma wkoll lejn dan is-sagrament.

Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-grupp tal-Fokolarini u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.

IL-ĠIMGĦA 
Fis-6:30 p.m. il-quddiesa. Wara l-Vanġelu ssir riflessjoni dwar ir-raba’ Misteru tat-Tbatija.

NOTI
Ġentilment infakkrukom sabiex tħallu fis-sagristija l-envelowp bl-offerta tagħkom b’risq il-festa tal-Bambina. Grazzi lil dawk li diġà tawna l-offerta tagħhom.

Nhar it-Tnejn 18 ta’ Marzu, fil-Kolleġġjata fis-7:30 p.m. se jkun hawn kunċert mill-Kor Jubilate Deo: matulu se jsiru xi riflessjonijiet mill-grupp Naxxar Teens.

Nhar l-Erbgħa 20 ta’ Marzu filgħodu se jkollna Pellegrinaġġ għar-Redentur tal-Isla. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.

Infakkru li fis-sagristija għandna għall-bejgħ il-Pavaljuni tal-Ġimgħa l-Kbira.

Id-dati tas-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof għal din is-sena huma dawn : 
1. Għall-adolexxenti tal-Ħniena Divina, nhar il-Ħadd 19 ta’ Mejju  fis-santwarju tal-Ħniena Divina.
2. Għall-adolexxenti mill-oqsma tal-MUSEUM is-Sibt 9 ta’ Novembru fil-Kolleġġjata.
3. Għall-adolexxenti tas-Sgħajtar il-Ħadd 10 ta’ Novembru fil-Kolleġġjata. 

Nitolbu għal ruħ Joe Attard, li miet din il-ġimgħa

Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu, jistrieħ fis-sliem. Ammen.

 


   03/03/2024


L-EVANĠELJU
Ħottu dan it-tempju, u fi tlitt ijiem nerġa’ ntellgħu. Ġw 2:13-25

IT-TNEJN 
Matul din il-ġimgħa se jkollna kors ta’ eżerċizzi għal kulħadd. Dan se jsir fil-quddiesa ta’ filgħaxija wara l-Vanġelu. Il-predikatur huwa r-Rev. Renald Lofreda.

IL-ĦAMIS 
Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-grupp tal-Ħniena Divina u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.

IL-ĠIMGĦA 
Fis-6:30 p.m. il-quddiesa. Wara l-Vanġelu issir riflessjoni dwar it-Tielet Misteru tat-Tbatija.

NOTI
Infakkru sabiex tħallu fis-sagristija l-envelowp bl-offerta tagħkom b’risq tal-festa tal-Bambina. Grazzi lil dawk li diġà tawna l-offerta tagħhom.

Nhar it-Tlieta 12 ta’ Marzu se jkollna Coffee Morning fl-Oratorju. Biljetti jinkisbu mingħand il-helpers. Dawk il-persuni li għandhom xi kostum privat tal-Ġimgħa l-Kbira li ser jipparteċipaw bih huma jew xi ħadd ieħor minflokhom, għandhom jiġu jirreġistraw il-knisja l-Ħdud li ġejjin jew javżaw lil xi membru tal-kumitat.

Nitolbu għal ruħ: Vinnie Camilleri li mietet din il-ġimgħa.

Agħtiha, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqha, tistrieħ fis-sliem. Ammen.

L-AĦĦAR POSTS