Avviżi Diċembru 2023

 24/12/2023


L-EVANĠELJU
Int se tnissel fi ħdanek u jkollok iben. Lq 1:26-38

IL-ĦADD
Illum Lejlet il-Milied. Illejla jkollna żewġ quddisiet, fil-5:00 p.m. u fis-6:30 p.m. Fit-8:30 p.m. tibda l-funzjoni tal-Vġili tal-Milied li tinkludi għanjiet, prietka mit-tfal, purċissjoni bil-Bambin u konċelebrazzjoni solenni.

Fil-5:30 p.m. fil-Knisja Filjali tal-Kunċizzjoni jkun hemm quddiesa.

IT-TNEJN 
Il-25 ta’ Diċembru: solennità tat-Twelid tas-Salvatur. Hemm obbligu għas-smigħ tal-quddies, il-ħin ikun bħal nhar ta’ Ħadd. L-ewwel quddiesa tibda fis-6:00 a.m.

IL-ĦAMIS 
Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-grupp tal-abbatini
u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.

IL-ĦADD 
Il-31 ta’ Diċembru, l-aħħar jum tas-sena 2023. Filgħodu l-ħin tal-Quddies ikun bħas-soltu. Filgħaxija fil-5:00p.m ikollna quddiesa bil-kant u bl-omelija.

Fis-6:30 p.m. konċelebrazzjoni solenni. Wara t-tqarbin issir purċissjoni fil-knisja bis-Santissimu Sagrament waqt il-kant tat-Te Deum.

Nispiċċaw bil-benedizzjoni sagramentali. F’din il-quddiesa ssir ġabra speċjali b’risq id-Dar tal-Providenza. Għada, it-Tnejn, l-1 ta’ Jannar 2024, hija s-solennità ta’ Marija Omm Alla.

Hemm obbligu għas-smigħ tal-quddies. Il-ħin ikun bħal nhar ta’ Ħadd, bl-ewwel quddiesa fis-6:00 a.m.

Nitolbu għal ruħ Joseph Zammit u Carmela Busuttil, li mietu din
il-ġimgħa.

Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu fis-sliem. Ammen. 


   10/11/2023


L-EVANĠELJU
Ħejju t-triq tal-Mulej, iddrittaw il-mogħdijiet tiegħu. Mk 1:1-8


IL-ĦADD
Illum hija l-aħħar ġurnata li fl-annexe ssibu għall-bejgħ diversi rigali relatati mal-festi tal-Milied. Grazzi lill-Grupp tal-Fundraising.

IT-TNEJN 
Il-11 ta’ Diċembru - L-anniversarju tal-konsagrazzjoni tal-Kolleġġjata tagħna. Fis-6:30 p.m. ikollna quddiesa kantata u waqt l-offertorju ninċensaw is-Slaleb tal-Konsagrazzjoni li hawn mal-pilastri ta’ din il-knisja.

IT-TLIETA 
Fit-8:30 a.m. jitlaq it-trasport mill-pjazza għall-Imtarfa fejn ikollna quddiesa fid-9:00 a.m. u wara jkollna coffee morning bit-tombla b’risq il-Kolleġġjata tagħna.

IT-TLIETA 
Il-party għat-tfal Naxxarin organizzat mill-Grupp tal-Quddiesa tad-9:30 a.m. se jsir bejn il-5:30 p.m. u t-8:30 p.m. fis-sala Tal-Mirakli, Ħal Lija. Issibu aktar dettalji fuq il-paġna tal-Facebook, 'Quddiesa Tfal Naxxar'.

L-ERBGĦA 
It-13 ta’ Diċembru; il-Festa ta’ Santa Luċija. Fil-knisja tagħha fis-6:00 p.m. ikun hemm quddiesa kantata bl-omelija.

IL-ĦAMIS
Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-grupp tal-Fokolarini u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.

IL-ĠIMGĦA 
Il-15 ta’ Diċembru - tibda n-Novena tal-Milied. Il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun animata minn diversi għaqdiet reliġjużi. Peress li fis-7:30 p.m. jibda kunċert tal-Milied mill-Kor Jubilate Deo, il-quddiesa ssir fis-Santwarju tal-Madonna tat-Triq.

Il-ĦADD 
Is-17 ta’ Diċembru, se ssir il-quddiesa tan-Novena fid-9:30 a.m., organizzata mill-Grupp tal-Quddiesa tat-Tfal u l-Mużewijiet tas-subien u l-bniet.

Fl-iskola sekondarja Giovanni Curmi fin-Naxxar se jkun hemm il-Villaġġ tal-Milied li jinkludi diversi attivitajiet, fosthom, mużika, kant, wirjiet, eċċ. Id-dħul se jmur b’risq id-Dar tal-Providenza. Mistednin iżżuruh.

Mal-bibien tal-Knisja ssibu envelop, inħeġġukom tieħdu wieħed magħkom ħalli tagħtu offerta lill-Caritas Malta sabiex ikunu jistgħu joffru ikel lil min jeħtieġ f’dan iż-żmien tal-festi tal-Milied. Tistgħu tħallu l-offerta tagħkom fis-sagristija.

Din is-sena, il-MUSEUM tas-subien ser ikun qed jorganizza, flimkien ma' tliet oqsma oħra tal-MUSEUM, id-Dimostrazzjoni tal-Bambin fil-Belt Valletta. Din is-sena ser issir il-Ġimgħa, 22 ta’ Diċembru, fis-6:00 p.m. Il-ġenituri, tfal u l-pubbliku inġenerali huma mistednin illi jattendu għal din il-manifestazzjoni ħajja tal-veru Milied. Għal dawk kollha illi jixtiequ jattendu ser ikollna transport illi jitlaq minn fejn il-MUSEUM tas-subien u jġibna lura wkoll. Importanti illi min ser jagħmel użu minn dan it-transport jekk jogħġbu jmur javża lill-MUSEUM tas-subien sat-Tlieta, id-19 ta’ Diċembru.

We are delighted to extend a warm welcome to our English-speaking brothers and sisters who are participating in both Liturgy at Naxxar Church and our Parish community. Your presence and involvement are greatly valued, and we are here to support you in any way we can. Should you require any kind of assistance, please do not hesitate to reach out. Our parishioners are always ready to lend a helping hand. 

Nitolbu għall-erwieħ ta’ John Galea u Emanuela Bellia, li mietu din il-ġimgħa. 

    

3/11/2023


L-EVANĠELJU
Ishru għax ma tafux meta jerġa’ jiġi sid id-dar. Mk 13:33-37


IL-ĦADD
L-Ewwel Ħadd tal-Avvent. Messalin B. Illum u matul il-ġranet li ġejjin, fl-annexe ssibu għall-bejgħ diversi rigali relatati mal-festi tal-Milied. Ikun miftuħ mit-8:00 a.m. sa 12:00 p.m. u mill-5:00 p.m. sas-
7:00 p.m. Bix-xiri tagħkom tkunu qed tgħinu lill-parroċċa tagħna.

IL-ĦAMIS 
Fis-6.00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-grupp tal-Ħniena Divina u fis-6:30 p.m. il-quddiesa. Fis-6:30 p.m., se ssir adorazzjoni b’talb għall-qdusija tas-saċerdoti u għal aktar vokazzjonijiet fis-Seminarju tal-Arċisqof, ir-Rabat. Imbagħad, issir quddiesa fis-7:25 p.m.

IL-ĠIMGĦA 
It-8 ta’ Diċembru, solennità tal-Kunċizzjoni Immakulata. Il-Knisja Filjali tal-Kunċizzjoni se tkun miftuħa mit-8:00 a.m. sa 12:00 p.m.,
u fis-6:00 p.m. ikun hemm quddiesa kantata bl-omelija.

Peress li hija s-solennità tal-Kunċizzjoni Immakulata, l-adorazzjoni fis-Santwarju tal-Madonna tat-Triq mhux se ssir.

IL-ĦADD
L-10 ta’ Diċembru. Fl-oratorju se jkun hemm afternoon tea b’tombla
mit-3:30 p.m. 'il quddiem b’risq il-Knisja Filjali ta’ San Ġwann Battista. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers tas-soltu, jew mill-Kumitat ta’ Knisja Filjali ta’ San Ġwann Battista.

NOTI
It-Tlieta, 12 ta’ Diċembru se norganizzaw ħarġa għall-Imtarfa, fejn ikollna quddiesa fid-9:30 a.m. u wara jkollna coffee morning bit-tombla. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.

Il-ħarġa ta’ In-Nieqa għax-xahar ta’ Diċembru tinsab fuq il-mezzi tal-midja soċjali tal-Parroċċa, kif ukoll fuq in-notice boards tal-Kolleggjata.

Nhar il-Ġimgħa, 15 ta’ Diċembru, fis-7:30 p.m. fil-Kolleggjata tagħna se jsir il-Kunċert tal-Milied mill-kor Jubilate Deo.

Nitolbu għal ruħ: Ronald Sultana, Sonia Fenech Soler, li mietu din il-ġimgħa.


Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu fis-sliem. Ammen.

L-AĦĦAR POSTS