Avviżi Novembru 2023
26/11/2023
L-EVANĠELJU
Joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu u jifred il-ġnus minn xulxin. Mt 25, 31-46
IL-ĦAMIS
Fil-MUSEUM tas-subien fid-9:30 a.m. ikun hawn laqgħa għall-irġiel. Inħeġġuhom jieħdu sehem.
Fil-Kolleġġjata, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija se jkun hawn taħdita minn Prof. Keith Sciberrras dwar Francesco Zahra, pittur li tiegħu għandna numru ta' kwadri fil-Parroċċa tagħna u ritratti tagħhom se jkunu esebiti fil-Knisja. Inħeġġukom tattendu.
IL-ĠIMGĦA
L-ewwel Ġimgħa tax-xahar, fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni u jsir talb għall-vokazzjonijiet u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.
Fis-7:15 p.m. se jkun hawn kunċert imtella’ minn diversi korijiet barranin, kulħadd huwa mistieden.
NOTI
Fl-annexe ssibu għall-bejgħ diversi rigali relatati mal-festi tal-Milied. Ikun miftuħ mit-8:00 a.m. sa 12:00 p.m. u mill-5:00 p.m. sas-7:00 p.m. Bix-xiri tagħkom tkunu qed tgħinu lill-Parroċċa tagħna.
Il-weekend li ġej nibdew sena liturġika ġdida bl-ewwel Ħadd tal-Avvent għas-sena B.
Nhar il-Ħadd 10 ta’ Diċembru, fl-oratorju se jkun hemm Afternoon tea bit-tombla mit-3:30 p.m. 'il quddiem b’risq il-Knisja Filjali ta’ San Ġwann Battista, biljetti jinkisbu mingħand il-helpers tas-soltu, jew mill-Kumitat ta’ Knisja Filjali ta’ San Ġwann Battista.
Illum, wara l-quddiesa, membri tal-kumitat tal-festa għandhom għall-bejgħ il-qagħaq tal-għasel. Nirringrazzjawkom ta’ kull għajnuna.
Filwaqt li nkomplu nħeġġu l-parteċipazzjoni tagħkom fil-quddiesa, biss intom tafu li hemm talb riservat biss għas-Saċerdot. Mela ħallu liċ-ċelebrant jgħid it-talb waħdu, speċjalment waqt il-Konsagrazzjoni.
Se ssir mixja favur il-ħajja: nhar il-Ħadd, it-3 ta’ Diċembru, fit-3:00 p.m. u nitilqu minn Pjazza Kastilja, il-Belt Valletta, u titkompla b’serata għall-familja sas-6:00 p.m.
Nitolbu għal ruħ Nicholas Schembri, li miet matul din il-ġimgħa.
Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu, jistrieħ fis-sliem. Ammen.
19/11/2023
L-EVANĠELJU
Int kont fidil fil-ftit: idħol fil-hena ta’ sidek. Mt 25, 14-15, 19-21
IT-TNEJN
Fil-media room tal-annexe, fis-6:45 p.m., ikun hemm il-laqgħa għall-adolexxenti tagħna. Dawk bejn it-12 u l-15 il-sena huma mħeġġa jattendu għal dawn il-laqgħat ta’ formazzjoni apposta għalihom, kif ukoll attivitajiet oħra.
IL-ĦAMIS
Fl-oratorju jkun hemm il-coffee morning; il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers. Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.
NOTI
Ninfurmawkom li r-regolamenti għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta ġew ippubblikati. Aktar informazzjoni tinkiseb minn fuq in-notice board u mis-sit tal-Knisja f’Malta - https://knisja.mt/.
Niġu fi tmiem is-sena liturġika bil-festa ta’ Kristu sultan tal-ħolqien kollu. Fil-Bażilika ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid, fil-5:00 p.m., l-Arċisqof imexxi t-talba tal-għasar u jwassal il-messaġġ tiegħu.
Dawk fostna li wara l-quddiesa jippreferu jitkellmu ma’ xulxin tajjeb li joħorġu mill-Knisja, ħalli dawk li jippreferu jibqgħu jitkellmu ma’ Alla nagħtuhom din il-possibbiltà.
12/11/2023
L-EVANĠELJU
Ara l-għarus! Oħorġu ilqgħuh! Mt 25, 1-13
Il-ĦADD
Fl-4:30 p.m. quddiesa li fiha jingħata s-Sagrament tal-Konfermazzjoni lill-adeloxxenti ġejjin miż-Żona Pastorali Familja Mqaddsa, is-Sgħajtar.
L-ERBGĦA
Waqt il-quddiesa tad-8:45 a.m, isir tesserament tan-nisa tal-Azzjoni Kattolika. Inħeġġu lin-nisa jattendu u jieħdu sehem fil-laqgħat ta’ formazzjoni għalihom.
IL-ĦAMIS
Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-ministri tat-tqarbin u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.
IS-SIBT
Fil-media room tal-annexe fil-11:00 a.m. se jsir seminar ta’ formazzjoni għal-letturi u l-animaturi kollha.
IL-ĦADD
Fl-oratorju, mit-3:30 p.m. 'il quddiem se jkun hemm afternoon tea bit-tombla b’risq il-Knisja Filjali tal-Kunċizzjoni. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.
NOTI
Nhar il-Ħamis, 23 ta’ Novembru se jkollna coffee morning fl-oratorju. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.
Infakkru li matul Novembru ċ-ċimiterju jkun miftuħ matul il-jum, infakkru wkoll fl-imġiba tagħna f’dan il-post qaddis fejn huma midfuna l-għeżież tagħna li ħallewna.
Nitolbu għal ruħ Manuel Dimech, Karmnu Camilleri u Joseph Sant li mietu din il-ġimgħa.
Agħtihom, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu fis-sliem. Ammen.
5/11/2023
L-EVANĠELJU
Kliem biss għandhom, imma fatti xejn. Mt 23, 1-12
Il-ĦADD
Illum, fiċ-ċimiterju, fl-4:00 p.m. se jkun hemm quddiesa u jsir it-tberik tal-oqbra. Infakkru li matul Novembru ċ-ċimiterju jkun miftuħ matul il-jum.
IL-ĦAMIS
Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-grupp tal-Ħniena Divina u fis-6:30p.m. il-quddiesa.
IS-SIBT
Il-11 ta’ Novembru, fl-4:30p.m. quddiesa li fiha jingħata s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adolexxenti li ġejjin mill-oqsma tal-MUSEUM.
IL-ĦADD
It-12 ta’ Novembru, fl-4:30p.m. issir quddiesa li fiha jingħata s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adolexxenti li ġejjin miż-żona pastorali Familja Mqaddsa s-Sgħajtar.
NOTI
Nhar il-Ħadd, id-19 ta' Novembru se jsir afternoon tea bit-tombla fl-oratorju b’risq il-Knisja Filjali tal-Kunċizzjoni. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers tas-soltu jew mill-kumitat tal-Kunċizzjoni.
Nitolbu għal ruħ Ġiġa Sammut, li mietet matul din il-ġimgħa.
Agħtiha, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqha, tistrieħ fis-sliem. Ammen.