Ottubru 2023 - Avviżi
29/10/2023
L-EVANĠELJU
Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, u lil għajrek bħalek nnifsek. Mt 22, 34-40
Il-ĦADD
Dalgħodu fl-10:30 se jsir it-tberik tal-annimali. Jiltaqgħu ħdejn il-Victoria Store u jimxu tul Triq Sta Marija sa ħdejn il-Knisja ta’ San Ġwann il-Battista fejn isir it-tberik.
IT-TLIETA
Ikollna coffee morning fl-oratorju. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers. It-tfal huma mistiedna flimkien ma’ adult u lebsin ta’ anġli jew qaddisin, għall-quddiesa tas-6:30 p.m. Wara, dawk li bbukkjaw se jmorru fi Triq Santa Luċija u Triq Leli Falzon biex jiġbru prodotti għall-familji fil-bżonn. Il-bookings għal din l-attività huma magħluqa.
Tajjeb li r-residenti ta’ dawn it-toroq iżejnu b’xi statwa ta’ xi qaddis jew qaddisa.
L-ERBGĦA
L-1 ta’ Novembru. Solennità tal-qaddisin kollha. Xieraq li nieħdu sehem fil-quddiesa.
IL-ĦAMIS
It-2 ta’ Novembru: tifkira solenni tal-mejtin kollha. Fil-MUSEUM tas-subien fid-9:30 a.m. ikun hemm il-laqgħa tal-irġiel li tinkludi quddiesa. Inħeġġuhom jattendu.
Fis-6:30 p.m. konċelebrazzjoni u jsir it-tberik ta’ dawk midfuna f’din il-Kolleġġjata.
IL-ĠIMGĦA
L-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni u jsir talb għall-vokazzjonijiet u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.
IL-ĦADD
Fiċ-ċimiterju fl-4:00 p.m ikun hemm quddiesa u jsir it-tberik tal-oqbra.
NOTI
Il-ħarġa ta' "Min-Nieqa" għax-xahar ta’ Novembru ssibuha fuq il-mezzi soċjali tal-parroċċa,
u n-notice boards tal-Kolleggjata. Inħeġġukom taqrawh.
Nitolbu għal ruħ: Violet Farrugia, Rożina Brincat, Emanuela Attard u Carmen Sant.
Agħtihom, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu fis-sliem. Ammen.
22/10/2023
L-EVANĠELJU
Agħtu lil Ċesari dak li hu ta’ Ċesari, u lil Alla dak li hu ta’ Alla. Mt 22, 15-21
Il-ĦADD
Illum niċċelebraw il-Ġurnata Missjunarja, bit-tema ‘Qlub Imkebbsa, Saqajn Mexjin’ (Lq.24:13). Fil-quddies kollu ssir ġabra b’risq il-ħidma fl-artijiet tal-Missjoni.
IT-TNEJN
Fl-annexe fis-7:15 p.m. ikun hemm laqgħa ta’ formazzjoni għall-koppji miżżewġa. Tajjeb li min jista' jieħu sehem.
L-ERBGĦA
Fil-Kolleġġjata fis-7:15 p.m. ikun hawn laqgħa għall-għarajjes li se jiżżewġu bejn Jannar u Ġunju 2024.
IL-ĦAMIS
Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni miċ-Ċentru Soċjali tal-Anzjani u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.
Fl-annexe, fis-7:15 p.m. ikun hemm il-laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali.
NOTI
Nhar it-Tlieta, il-31 ta’ Ottubru se jkollna coffee morning fl-oratorju. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.
It-Tlieta wkoll, it-tfal huma mistiedna flimkien ma’ adult biex jilbsu ta’ anġli jew qaddisin għall-quddiesa tas-6:30 p.m. Wara, dawk li bbukkjaw se jmorru fi Triq Santa Luċija u Triq Leli Falzon biex jiġbru prodotti għall-familji fil-bżonn. Il-bookings għal din l-attività huma magħluqa. Tajjeb li r-residenti ta’ dawn it-toroq iżejnu b'xi statwa ta’ qaddis jew qaddisa.
Nitolbu għal ruħ Ġużeppi Buhagiar, li miet matul din il-ġimgħa.
Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu, jistrieħ fis-sliem. Ammen.
15/10/2023
L-EVANĠELJU
Sejħu għall-festa lil kull min issibu. Mt 22, 1-14
Il-ĦADD
Illum fl-Oratorju fl-4:30 p.m. jibda seminar għall-adolexxenti tal-Griżma tal-Isqof, kif ukoll għall-ġenituri u l-parrini tagħhom. Matulu jingħata l-biljett li bih ikunu jistgħu jersqu biex jirċievu dan is-sagrament. Ikun hemm quddiesa u konferenza.
IT-TLIETA
Is-17 ta’ Ottubru. L-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex jingħaqdu mal-appell tal-Patrijarka ta’ Ġerusalemm u jħeġġu lill-Insara kollha f’Malta biex jingħaqdu fit-talb u sawm għall-paċi, il-ġustizzja u r-rikonċiljazzjoni.
L-ERBGĦA
Fl-annexe fis-7:00 p.m. ikun hemm il-laqgħa tal-Kummissjoni Liturġija.
IL-ĦAMIS
Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-membri tal-Azzjoni Kattolika u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.
Mid -9:15 a.m. san-12:30p.m. se jkun organizzat seminar għal kulħadd imtella' mis-sezzjoni femminili tal-MUSEUM. Dan se jsir fil-MUSEUM tas-Siġġiewi u fih se jkun hemm taħdidiet diversi, inkluż waħda dwar is-saħħa mentali. Ikun hemm ukoll iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa u l-opportunità sabiex wieħed jirċievi s-sagrament tal-qrar. Inħeġġu lil dawk kollha li jistgħu sabiex jattendu.
IS-SIBT
L-14 ta’ Ottubru, mil-lum u kull nhar ta’ Sibt il-ħin tal-quddiesa fil-Knisja Filjali tal-Kunċizzjoni tan-Naxxar ikun fil-5:30 ta’ filgħaxija. Fil-5:00 p.m ikun hemm ukoll ir-rużarju.
NOTI
Fil-weekend li ġej fid-Dar tal-Kleru se jkun hemm Fiera tal-Kotba: mistednin iżżuruha.
Il-Ħadd, it-22 ta’ Ottubru, niċċelebraw il-Ġurnata Missjunarja. Fil-quddies kollu ssir ġabra b’risq il-ħidma fl-artijiet tal-missjoni.
Fl-Oratorju, il- Ħadd, it-22 ta’ Ottubru se jkun hemm Afternoon tea bit-tombla mit-3:30 p.m. 'il quddiem organizzat mill grupp tal-abbatini. Il-biljetti jinkisbu minghħand il-helpers tas-soltu.
Dan il-weekend, fil-ġurnali ħarġu t-tenders għal proġett tal-illuminazzjoni tal-Kolleġġjata tagħna, kif ukoll dwar il-proġett tal-pavimentar il-ġdid taz-zuntier.
Nitolbu għal ruħ Mary Scerri, li mietet matul din il-ġimgħa.
Agħtiha, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqha, tistrieħ fis-sliem. Ammen.
*
8/10/2023
L-EVANĠELJU
Il-għalqa jqabbilha lil bdiewa oħra. Mt 21:33-43
Għada l-ĦADD / Illum il-ĦADD :
Il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana se tkun miftuħa għall-pubbliku waqt l-attività "Ġenna ta’ Ġonna", mit-8:30a.m sat-8:00p.m. It-tema tal-open day ta’ din is-sena hi “Knisja li taqdi”. Il-viżitaturi se jkollhom l-opportunità li jifhmu aħjar kif il-parroċċi qed jgħinu lill-persuni fil-bżonn fil-komunità, japprezzaw opri tal-arti u arkitettura, jipparteċipaw f’taħditiet informattivi u jaraw wirjiet imtellgħa mill-Arkivju Djoċesan fost l-oħrajn.
IT-TNEJN
Fis-6:30 p.m. quddiesa bil-preżenza tat-tfal kollha li jattendu fl-oqsma tal-MUSEUM, flimkien mal-ġenituri u l-katekisti fl-okkażjoni tal-bidu tas-sena l-kateketika l-ġdida. Il-katekisti jingħataw il-mandat tat-tagħlim.
L-ERBGĦA
Fl-Oratorju jkollna Coffee Morning wara l-quddiesa tad-8:45 a.m. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.
IL-ĦAMIS
Fis-6:00 p.m. jkun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-Grupp tal-Ħniena Divina u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.
NOTI
Infakkru li fil-Knisja Filjali ta’ Santa Marija tax-Xagħra jkun hemm Ġesù ewkaristija espost għall-adorazzjoni personali. Xieraq li nsibu mument fil-ġurnata għal ħin ta' talb.
Illum, membri tal-kumitat tal-festa għandhom għall-bejgħ il-qagħaq tal-għasel. Grazzi tal-kooperazzjoni tagħkom.
Nitolbu għal ruħ Grace Vella li mietet matul il-ġimgħa
Agħtiha, o Mulej, il-mistrieħ ta’dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqha, tistrieħ fis-sliem. Ammen.