Min-Nieqa - Djarju tax-Xahar
Kif naħseb li lkoll tafu, bdejna l-Ġublew tat-Tama - sena mnedija mill-Q.T. il-Papa Franġisku fil-Vġili tal-Milied li għadda u li fid-Djoċesi tagħna bdiet fil-festa tal-Familja Mqaddsa.
Fil-passat diġà fissirtilkom dwar x’inhu l-Ġublew u t-tifsira tiegħu. Ejjew matul din is-sena nimxu pass pass ma’ dak li l-Knisja f’Malta ħejjiet għal diversi kategoriji ta’ nies. Ejjew nagħmlu ħilitna biex inkunu pellegrini ta’ tama fl-ambjenti kollha li fihom insibu ruħna.
Irrid ukoll fil-bidu ta’ sena ġdida nirringrazzja lil dawk il-benefatturi li regolarment jagħtuni l-flus biex nużahom għall-persuni u l-familji fil-bżonn.
Nirringrazzja wkoll lill-ammont mhux żgħir ta’ lajċi impenjati f’diversi oqsma tal-Parroċċa: il-Kunsill Parrokkjali, il-kummissjonijiet, il-kumitati, l-għaqdiet, il-katekisti, l-istaff tal-uffiċċju Parrokkjali, dawk li jieħdu ħsieb l-indafa fil-knisja, is-sagristan u l-helpers tiegħu.
Grazzi lil dawk il-voluntiera li qed jieħdu ħsieb il-Knejjes Filjali li għandna fin-Naxxar kif ukoll lill-voluntiera li qed jagħtu servizz fil-Mużew tal-Parroċċa.
Grazzi kbira tmur lis-sa ċerdoti tagħna inkluż iż-żewġ retturi fiż-żewġ żoni pastorali tagħna li minkejja l-limitazzjonijiet tagħna, fosthom ta’ età, nagħtu servizz utli lill-parruċċani tagħna.
Grazzi lil tant persuni li jżommuna fit-talb tagħhom ta’kuljum.
Ilkoll qed ingawdu minn sistema ta’ illuminazzjoni ġdida mal-Kolleġġjata tagħna, (sakemm qed nikteb dan il-messaġġ għad m’għandix id-data tal-inawgurazzjoni uffiċjali tal-proġett kollu) kif ukoll tal-pavimentar ġdid taz-zuntier.
Wara ħafna tertiq ta’ qalb u stennija, l-arloġġ tal-knisja lest u qed jiffunzjona aħjar minn qabel.
Min hawn nawgura sena qaddisa lill-familji kollha fil-Parroċċa tagħna.
L-Erbgħa 1 Solennità ta’ Marija Omm Alla. Il-ħin tal-quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd
Il-Ġimgħa 3 Fis-6:00 p.m. adorazzjoni u quddiesa.
Il-Ħadd 5 Solennità tal-Epifanija tal-Mulej.
Il-Ħamis 9 Fis-6:00 p.m. adorazzjoni u quddiesa.
Il-Ħadd 12 Festa tal-Magħmudija tal-Mulej. Fid-9:00 a.m. ċelebrazzjoni tas-
Sagrament tal-Magħmudija, fid-9:30 a.m. Quddiesa.
Il-Ħamis 16 Fis-6:00 p.m. adorazzjoni u Quddiesa.
Is-Sibt 18 Jibda l-Ottavarju ta’ talb għall-għaqda fost il-Knejjes Insara.
Il-Ħadd 19 It-Tieni Ħadd ta’ matul is-sena. Messalin Ċ
Il-Ħamis 23 Fis-6:00 p.m. adorazzjoni u quddiesa.
Is-Sibt 25 Festa tal-Konverżjoni tal-Appostlu San Pawl
Il-Ħadd 26 It-tielet Ħadd ta’ matul is-sena. Messalin Ċ
Dati importanti matul is-sena 2025
Ras ir-Randan: 5 ta’ Marzu
Id-Duluri: 11 ta’ April
Ħadd il-Palm: 13 ta’ April
Il-Ġimgħa l-Kbira: 18 ta’ April
Għid il-Kbir: 20 ta’ April
San Ġużepp: 4 ta’ Mejju
Pentekoste: 8 ta’ Ġunju
L-Ewwel Tqarbina : 15 ta’ Ġunju (MUSEUM)
Corpus : 22 ta’ Ġunju
Il-Qalb ta’ Ġesù: 29 ta’ Ġunju
Kristu Sultan: 23 ta’ Novembru