Settembru 2023 - Avviżi
23/09/2023
L-EVANĠELJU
Qiegħed tgħir għax jien qalbi tajba? Mt 20, 1-16a
IL-ĦAMIS
Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-grupp tal-abbatini u fis-6:30 p.m il-quddiesa.
IL-ĠIMGĦA
29 ta’ Settembru. Festa tal-Arkanġli Mikiel, Gabriel u Rafel.
IL-ĦADD
L-1 ta’ Ottubru. Festa tal-Madonna tar-Rużarju. Fil-5:00 p.m. quddiesa kantata bl-omelija u wara toħroġ l-purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna.
Infakkru li mill-ewwel Ħadd t'Ottubru, il-quddiesa tal-Ħadd filgħaxija fil-Kolleġġjata terġa' tibda tkun fil-5:00 p.m.
Matul l-Erbgħat ta’ Ottubru fis-6:00 p.m., il-membri tal-Leġjun ta’ Marija ser jgħidu r-rużarju f’dawn il-postijiet: fil-Knisja Filjali ta’ Sta Luċija, fil-ġnien ta’ Triq l-Imħalla u fi triq Raħeb Kurradu ħdejn l-istatwa tal-Madonna.
Il-Caritas Malta qed tappella għal donazzjonijiet ta’ flus b’risq il-popli tal-Marokk u l-Libja li ntlaqtu minn terremot u għargħar rispettivament. Għall-konvenjenza tagħkom tistgħu tħallu d-donazzjoni tagħkom fis-sagristija.
*
17/09/2023
L-EVANĠELJU
Ma ngħidlekx taħfer sa seba’ darbiet, imma sa sebgħa u sebgħin darba.
Mt 18, 21-35
IL-ĦAMIS
Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-Grupp Kelma tal-Ħajja u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.
Il-Kor Jubilate Deo ser jorganizza barbikju f’Hill Top Gardens nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Settembru fit-8:00 p.m. Aktar dettalji jinkisbu minn fuq in-notice board.
Filwaqt li nerġgħu ngħidu grazzi lil kull min ta sehmu għas-suċċess tal-festa ta’ din is-sena, tajjeb tkunu tafu li fid-djar qassamna aktar minn 4,000 envelopp, irċevejna lura 420 envelopp. Minnhom inġabret is-somma ta’ 7,351 ewro.
Infakkru li mill-ewwel Ħadd ta' Ottubru l-quddiesa tal-Ħadd filgħaxija fil-Kolleġġjata terġa' tibda tkun fil-5:00 p.m.
Nitolbu għarl ruħ Michael Sultana, li miet matul din il-ġimgħa mill-parroċċa
tagħna.
Agħtih O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu, jistrieħ fil-paċi. Ammen.
10/09/2023
L-EVANĠELJU
Jekk jisma’ minnek, tkun irbaħt ’il ħuk. Mt 18, 15-20
IL-ĦADD
Filgħaxija, fil-5:30 p.m. quddiesa bil-kant u bl-omelija u fis-6:45 p.m. toħroġ il-purċissjoni. Mad-dħul tal-purċissjoni fl-10:30 p.m. tingħata l-barka sagramentali.
IT-TNEJN
Filgħodu, fil-Kolleġġjata ma jkunx hawn quddies imma jkun hemm żewġ quddisiet fis-Santwarju tal-Madonna tat-Triq, waħda fis-7:00 a.m. u l-oħra fid-8:45 a.m. Filgħaxija, il-quddiesa tas-6:30 p.m. issir fil-Kolleġġjata bħas-soltu.
Terġa’ tiftaħ il-Knisja ta’ Santa Marija tax-Xagħra għall-adorazzjoni personali.
IL-ĦAMIS
L-14 ta’ Settembru - il-festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes. Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-grupp tal-Ħniena Divina.
Fl-Oratorju jkun hemm coffee morning. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.
IL-ĠIMGĦA
It-tifkira liturġika ta’ Marija taħt is-Salib. Wara l-quddiesa tas-6:30 p.m. l-istatwa tal-Bambina titwassal sa ħdejn in-niċċa tagħha.
NOTI
Nhar l-Erbgħa, l-20 ta’ Settembru, fil-Parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid (Paola) se jiġi
ċċelebrat Jum l-Anzjani. Is-social club tal-anzjani tal-parroċċa se jorganizza trasport li jitlaq mill-pjazza fid-9:00 a.m.
Nitolbu għal ruħ Raymond Gatt: Agħtih, O Mulej…
*
3/09/2023
L-EVANĠELJU
Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu. Mt 16, 21-27
IL-ĦADD
It-3 ta’ Settembru. Fis-6:30 p.m. quddiesa li matulha nitolbu għal aktar vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi.
IT-TNEJN
L-4 ta’ Settembru. Nibdew il-jiem tat-Tridu. Il-prietka f’dawn il-jiem se ssir minn Rev. Patri Llewellyn Muscat O.P. Wara l-quddies tat-Tridu, isir il-kant tas-Salve Regina, il-litanija u l-antifona. Nispiċċaw bil-barka sagramentali.
IT-TLIETA
Il-5 ta’ Settembru. Fil- Kolleġġjata fl-10:00 a.m. ikollna quddiesa għall-anzjani u l-morda tagħna. Tingħatalhom tifkira tal-okkażjoni.
L-ERBGĦA
Is-6 ta’ Settembru. Fis-6:00 p.m. issir l-investitura lir-Rev. Brandon Gatt bħala Kanonku Onorarju. Għall-quddiesa ta' dakinnhar qed nistiednu lill-emigranti Naxxarin li jinsabu fostna.
IL-ĦAMIS
Is-7 ta’ Settembru. Lejlet il-festa. Fid-8:45 a.m., quddiesa kantata u l-kant tat-Te Deum. Fil-5:00 p.m., quddiesa bl-omelija. Fis-6:00 p.m., translazzjoni madwar il-knisja, innu, antifona u barka sagramentali. Fis-7:00 p.m., jibda pontifikal statali bil-preżenza tal-ogħla awtoritajiet ċivili.
IL-ĠIMGĦA
It-8 ta’ Settembru. Solennità tat-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija. Filgħodu l-ħin tal-quddies ikun: fis-6:00 a.m., 7:00a.m., 8:00a.m. Fid-9:30 a.m. pontifikal solenni. Wara l-Vanġelu jkollna l-paniġierku. Filgħaxija fil-5:15p.m. quddiesa bl-omelija; fis-6:00p.m. għasar solenni. Fis-7:00 p.m. toħroġ il-purċissjoni. Mid-dħul tal-purċissjoni, għall-ħabta
tal-10:30 p.m. tingħata l-barka sagramentali.
IS-SIBT
Id-9 ta’ Settembru. Filgħodu, fil-Kolleġġjata ma jkunx hawn quddies, imma jkun hemm żewġ quddisiet fis-Santwarju tal-Madonna tat-Triq: waħda fis-7:00 a.m.u l-oħra fid-8:45a.m.
Filgħaxija l-quddies isir bħas-soltu fil-Kolleġġjata, waħda fil-5:00 p.m. u l-oħra
fis-6:30 p.m.
Filwaqt li nirringrazzjaw lil dawk li tawna għotja għall-festa, inħeġġu lil dawk li għadhom ma tawx ħalli huma wkoll jagħtu donazzjoni b’risq il-festa tal-Bambina.
Mal-bibien tal-knisja, l-abbatini qed iqassmu r-rivista tagħhom. Japprezzaw donazzjoni għall-ispejjeż.