Awwissu 2023 - Avviżi
27/08/2023
L-EVANĠELJU
Pietru: jiena nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna tas-Smewwiet. Mt 16, 13-20
IL-ĦADD
Fis-6:30 p.m. quddiesa bl-omelija. Wara jkollna l-kant tas-Salve Regina u l-antifona. L-Arċipriet iwassal il-messaġġ tiegħu għall-festa ta’ din is-sena. Imbagħad, l-istatwa ta’ Marija Bambina titwassal sa fuq iz-zuntier, fejn nassistu għad-daqq ta’ innijiet Marjani u logħob tan-nar.
IT-TNEJN
Jum il-Kolleġġjata. Fis-6:00 p.m. Mons. Mario Tong jagħti l-pussess ta’ Kanonku Effettiv lir-Rev. Mark Spiteri u l-investitura lir-Rev. Marc Andrѐ Camilleri.
Fis-7:00 p.m. tibda konċelebrazzjoni solenni mmexxija mill-Isqof Emeritu
ta’ Garissa, Mons. Joe Alessandro. Imħeġġin nieħdu sehem.
IL-ĦAMIS
Fil-MUSEUM tas-subien fid-9:30 a.m. ikun hemm il-laqgħa għall-irġiel. Inħeġġuhom jattendu.
Matul il-ġimgħa, il-quddiesa tan-novena filgħaxija tkun bis-sehem ta’ diversi kategoriji ta' nies u għaqdiet li għandna fil-Parroċċa. Id-dettalji kollha ssibuhom fil-programm tal-festa.
Ta’ min isemmi l-quddiesa għat-tfal ta’ nhar it-Tlieta, imbagħad, nhar il-Ħamis fil-5:00 p.m., issir il-preżentazzjoni tat-trabi u t-tfal żgħar lil Marija Bambina.
Il-Ħadd li ġej, fil-quddiesa tal-11:00 a.m. jingħata s-sagrament tal-Magħmudija lil għadd ta’trabi.
Wasal fi djarkom l-envelowp tal-festa sabiex tagħtuna offerta ta’ flus b’risq il-festa ta’Marija Bambina. Il-ktieb tal-festa jinkiseb mis-sagristija waqt li l-programm taċ-ċelebrazzjonijiet reliġjużi tistgħu ssibuh wkoll fuq il-mezzi tal-midja soċjali tagħna kif ukoll fuq in-notice boards tal-knisja.
Nitolbu għar-ruħ: Daniel Borg u Ċensina Camilleri
Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu fil-paċi.
Ammen.
20/08/2023
L-EVANĠELJU
Mara, il-fidi tiegħek kbira. Mt 15, 21-28
IL-ĦADD
Mis-6:00 p.m. 'il quddiem, fl-annexe, se jkollna Afternoon Tea bit-tombla b’risq il-Knisja Filjali ta’ San Ġwann il-Battista.
IL-ĦAMIS
L-24 ta’ Awwissu: fis-6:00 p.m. jingħad ir-rużarju u fis-6:30 p.m. il-quddiesa. Wara, ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-Ministri tat-Tqarbin. Se nitolbu biex il-Festa tal-Bambina tħalli l-frott spiritwali fil-komunità tagħna.
IS-SIBT
It-tmien Sibt tal-Bambina. Fis-6:00 p.m. ir-rużarju, il-kurunella, is-Salve Regina, l-antifona u tingħata l-barka sagramentali.
Fis-6:30 p.m. quddiesa bl-omelija.
IL-ĦADD
Is-27 ta’ Awwissu. Il-bidu tal-festa - il-ħruġ tal-istatwa min-niċċa.
Fid-9:30 a.m. quddiesa li matulha ssir il-vestizzjoni lill-abbatini tagħna. Fil-11:00 a.m quddiesa għall-adolexxenti u ż-żgħażagħ, inkluż dawk fiż-żewġ każini tal-banda.
Fis-6:30 p.m. quddiesa bl-omelija. Wara jkollna l-kant tas-Salve u l-antifona. L-Arċipriet iwassal il-messaġġ tiegħu għall-festa ta’ din is-sena. Imbagħad, l-istatwa ta’ Marija Bambina titwassal sa fuq iz-zuntier, fejn nassistu għad-daqq ta’ innijiet Marjani u logħob tan-nar.
NOTI
F’dawn il-ġranet qed jasal bil-posta fi djarkom l-envelopp tal-festa, sabiex tagħtuna offerta ta’ flus b’risq il-Festa ta’ Marija Bambina. Il-ktieb tal-festa jinkiseb mis-sagristija, waqt li l-programm. taċ-ċelebrazzjonijiet reliġjuzi tistgħu ssibuh wkoll fuq il-mezzi tal-midja soċjali tagħna.
Nitolbu għal ruħ Carmelo Cortis, mill-parrroċċa tagħna, li miet matul din il-ġimgħa.
Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu, jistrieħ fil-paċi.
Ammen.
*
13/08/2023
L-EVANĠELJU
Ordnali niġi ħdejk fuq l-ilma. Mt 14, 22-33
IT-TLIETA
Il-15 ta’ Awwissu: l-Għid tal-Assunta. Hemm obbligu għas-smigħ tal-quddies: il-ħin ikun bħal nhar ta’ Ħadd.
IL-ĦAMIS
Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-grupp tal-Leġjun ta’ Marija. Fis-6:30 p.m. il-quddiesa.
IS-SIBT
Is-seba’ Sibt tal-Bambina. Fis-6:00 p.m. rużarju, kurunella, Salve Regina, antifona u tingħata l-barka sagramentali. Fis-6:30 p.m. quddiesa bl-omelija.
NOTI
Fl-annexe, mis-6:00 p.m. 'il quddiem se jkun hemm high tea bit-tombla b’risq il-Knisja
Filjali ta’ San Ġwann Battista. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.
Nitolbu għal ruħ Joseph Sammut li miet matul din il-ġimgħa mill-parroċċa tagħna.
Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu, jistrieħ fil-paċi.
Ammen.
*
06/08/2023
L-EVANĠELJU
Mt 17: 1-9
IL-ĦADD
Festa tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej.
L-ERBGĦA
L-10 ta’ Awwissu, fil-Parroċċa ta’ Burmarrad, fis-6:30 p.m. se ssir il-Quddiesa ta’
Liberazzjoni. Min jixtieq jista’ jattendi.
IL-ĦAMIS
Se jkollna Coffee Morning fl-Oratorju. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.
Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-Grupp tal-Ħniena Divina, fis-6:30 p.m.
il-quddiesa.
IS-SIBT
Is-sitt Sibt tal-Bambina. Fis-6:00 p.m. ir-rużarju, il-kurunella, is-Salve Regina, l-antifona u tingħata wkoll il-barka sagramentali. Fis-6:30 p.m. quddiesa bl-omelija.
NOTI:
Nifirħu lill-abbati tal-parroċċa tagħna, Andrѐ Galea, li se jkun qed jagħti servizz liturġiku
fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan bejn id-9 sat-18 ta’ Awwissu.
Napprezzaw donazzjoni mingħandkom biex naqibu d-dawl tal-koppletti għal LED. L-ispiża hija ta’ 1,200 ewro. S'issa daħlu biss 310 ewro. Għinuna nħallsuhom.
Nhar il-Ħadd, 20 ta’ Awwissu, fl-annexe, mis-6:00 p.m. 'il quddiem se jkun hemm
Afternoon tea bit-tombla b’risq il-Knisja Filjali ta’ San Ġwann il-Battista. Biljetti mingħand il-helpers.
Nitolbu għal ruħ: Bernard Bonnici u Carmela Sammut, li mietu matul din il-ġimgħa.
Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta' dejjem, id-dawl ta' dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu fis-sliem, Ammen.