Ġunju 2023 - Avviżi
18/06/2023
L-EVANĠELJU
Sejjaħ lejh it-tnax-il dixxiplu tiegħu, u bagħathom. Mt 9,36 –10, 8
IL-ĦADD
Niċċelebraw is-Solennità tal-Qalb ta’ Ġesù. Fil-5:00 p.m. quddiesa kantata bl-omelija u wara toħroġ il-purċissjoni bis-Santissimu
Sagrament. Mad-dħul tal-Purċissjoni tingħad it-talba tal-Konsagrazzjoni lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù u nispiċċaw bil-Benedizzjoni Sagramentali. Imħeġġin ilkoll nieħdu sehem.
Illum Jum il-Missier. Iċ-Ċimiterju jkun miftuħ matul il-jum u fid-9:00 a.m. jkun hemm quddiesa.
IL-ĦAMIS
Fis-6.00 pm jkun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-Grupp tal-Kelma tal-Ħajja u fis-6:30 p.m il-quddiesa.
Fil-Knisja ta’ San Ġwann jibdew iċ-ċelebrazzjonijiet fl-okkażjoni tas-Solennità tat-Twelid ta’ San Ġwann Battista. Fis-7:15 p.m. ikun hemm quddiesa kantata bl-omelija sas-Sibt, l-24 tax-xahar, jum il-festa.
IL-ĠIMGĦA
Wara l-quddiesa tas-7:15 p.m., ħdejn il-Knisja ta’ San Ġwann Battista se jkun hemm attività soċjali. Min jixtieq jista’ jattendi.
NOTI
Il-magazine Flimkien għax-xhur ta’ Ġunju-Lulju jinsab ħdejn il-bibien tal-knisja. Tistgħu tieħdu kopja magħkom id-dar.
Nhar l-Erbgħa, it-28 ta’ Ġunju, lejlet l-Imnarja, se mmorru n-Nadur Għawdex għall-festa ta’ San Pietru u San Pawl. Nitilqu mill-pjazza fil-5:30 p.m u niġu lura mal-vapur tal-11:15 p.m. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.
Nhar il-Ħadd, it-2 ta’ Lulju, fl-Oratorju, mill-4:00 p.m. 'il quddiem se jkun hemm afternoon tea bit-tombla b’risq il-festa tal-Bambina. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers jew mis-sagristija.
Minn nhar il-Ħadd li ġej, il-25 ta’ Ġunju, il-quddiesa tal-Ħadd filgħaxija tibda tkun fil-5:30 pm.
Nitolbu għal ruħ: Salvu Mallia, Michael Zerafa u Josephine Said.
11/06/2023
L-EVANĠELJU
Ġismi huwa tassew ikel, u demmi hu tassew xorb. Ġw 6:51-58
IL-ĦADD
Niċċelebraw is-solennità ta’ Corpus. Fil-5:00 p.m. quddiesa kantata bl-omelija u wara toħroġ il-purċissjoni bis-Santissimu Sagrament bis-sehem tal-Banda Peace. Imħeġġin nieħdu sehem.
L-ERBGĦA
Jibdew il-Kwaranturi fil-Kolleġġjata. Ġesù Ewkaristija jkun espost minn wara l-quddiesa tad-8:45 a.m. sa nofsinhar u mill-5:00 p.m. sa qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija. Fl-ewwel nofs siegħa ta’ filgħodu l-
adorazzjoni tkun animata mill-għaqdiet tal-parroċċa.
Ikollna coffee morning fl-oratorju - il-biljetti jinkisbu mingħand il- helpers.
IL-ĦAMIS
Fis-6:00 p.m. fl-annexe ssir l-aħħar laqgħa organizzata mil-Leġjun
ta’ Marija. It-tema hija: Il-Missjoni Malta jew barra minn xtutna l-ewwel?
IL-ĦADD
Niċċelebraw is-Solennità tal-Qalb ta’ Ġesù. Fil-5:00 p.m. quddiesa kantata bl-omelija u wara toħroġ il-purċissjoni bis-Santissimu Sagrament. Imħeġġin nieħdu sehem.
NOTI
Dawk il-ġenituri li wliedhom ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina s-sena d-dieħla jridu jmorru fl-uffiċċju parrokkjali sabiex jirreġistrawhom, Fil-każ tas-subien, dawn iridu jmorru wkoll fil-qasam tal-MUSEUM.
Fi tmien il-ġimgħa (weekend) ta’ Jum il-Missier, iċ-ċimiterju se jkun miftuħ matul il-jum, u l-Ħadd 18 ta’ Ġunju fid-9:00 a.m. ikun hemm quddiesa.
Minn nhar il-Ħadd 25 ta’ Ġunju, il-quddiesa tal-Ħadd filgħaxija tibda tkun fil-5:30 p.m.
Nitolbu għal ruħ: John Bugeja
04/06/2023
L-EVANĠELJU
Alla bagħat lil Ibnu fid-dinja biex bih hija ssalva. Ġw 3:16-18
IL-ĦADD
Illum fil-quddiesa tal-11:00 a.m, issir l-Ewwel Tqarbina għat-tfal li ġejjin mill-oqsma tal-MUSEUM.
IT-TNEJN
Fis-6:45 p.m fl-annexe laqgħa tan-Naxxar Teen Group għaż-żgħażagħ bejn it-12 u l-15-il sena.
L-ERBGĦA
L-Abbatini ser jorganizzaw afternoon tea u tombla fl-Oratorju mill-4:00 p.m 'il quddiem. Il-biljetti jinkisbu mingħand l-abbatini jew il-ġenituri tagħhom.
IL-ĦAMIS
Fis-6:00 p.m ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-grupp tal-Ħniena Divina u fis-6:30 p.m il-quddiesa.
IL-ĦADD
Niċċelebraw is-solennità ta’ Corpus Christi. Fil-5:00 p.m se ssir quddiesa kantata bl-omelija u wara toħroġ il-purċissjoni bis-Santissimu Sagrament. Imħeġġin ilkoll nieħdu sehem.
NOTI
Nhar l-Erbgħa, l-14 ta’ Ġunju, se norganizzaw Coffee Morning fl-Oratorju, Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.
Fuq il-mezzi tal-midja soċjali tal-parroċċa kif ukoll fuq in-notice boards issibu l-ħarġa ta’ In-Nieqa għax-xahar ta’ Ġunju.
Nitolbu għal ruħ: Joseph Fenech