Mejju 2023 - Avviżi

   28/05/2023


L-EVANĠELJU
Ħudu l-Ispirtu s-Santu. Ġw 20, 19-23


IL-ĦADD 
Niċċelebraw l-inżul tal-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli - Pentekoste.

Fil-Kolleġġjata, fil-quddiesa tal-5:00 p.m issir l-Ewwel Tqarbina lit-tfal li ġejjin miż-żona Familja Mqaddsa tas-Sgħajtar. 

Fis-Santwarju tal-Ħniena Divina fil-5:30 p.m. L-E.T. Mons. Arċisqof
Charles J. Scicluna se jamministra s-Sagrament tal-Konfermazzjoni
lill-adolexxenti taż-żona San Pawl tat-Tarġa.

L-ERBGĦA 
Fl-okkażjoni tal-festa tal-Viżitazzjoni ta’ Marija lil Santa Eliżabetta, fil-Knisja ta’ San Ġwann se jkun hemm quddiesa fis-7:15 p.m.

IL-ĦAMIS 
Fil-MUSEUM tas-Subien fid-9:30 a.m issir il-laqgħa għall-irġiel,
inħeġġuhom jattendu.

IL-ĠIMGĦA 
Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni, isir talb għall-vokazzjonijiet u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.

IL-ĦADD 
Fil-Kolleġġjata, fil-quddiesa tal-11:00 a.m. issir l-Ewwel Tqarbina lit-tfal li ġejjin mill-oqsma tal-MUSEUM.

NOTI 
Nhar l-Erbgħa, is-7 ta’ Ġunju, l-Abbatini ser jorganizzaw afternoon tea u tombla fl-Oratorju mill-4:00 p.m. 'il quddiem. Biljetti jinkisbu mingħand l-abbatini jew il-ġenituri tagħhom u anke llum wara l-quddiesa.
Din is-sena, it-tielet jum tat-tridu ta’Maria Bambina se jkun iddedikat lill-emigranti Naxxarin. Dawk fostkom li l-qraba tagħkom se jkunu Malta għall-festa din is-sena, nixtiequ li tinfurmawna bihom minn issa.

Nitolbu għal ruħ: Joe Camilleri: 

Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu, jistrieħ fis-sliem. Ammen.



   21/05/2023


L-EVANĠELJU
Lili ngħatat kull setgħa fis-sema u fl-art. Mt 28, 16-20


IL-ĦADD 
Il-21 ta’ Mejju - Solennità tat-Tlugħ il-Mulej fis-sema.

IT-TNEJN 
Fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Santa Rita fil-Knisja ta’ San Ġwann in-Naxxar fis-6:45 p.m. ikun hemm ir-rużarju u wara, fis-7:15p.m. ikun hemm quddiesa għar-romol. Wara tingħata l-Barka Sagramentali.

L-ERBGĦA 
L-24 ta’ Mejju - Festa tal-Madonna tat-Triq. Il-quddiesa ta’ filgħaxija mhux se ssir fil-Kolleġġjata iżda fis-Santwarju tal-Madonna tat-Triq għand il-Ġiżwiti f'Loyola House fis-6:30 p.m.

IL-ĦAMIS 
Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mil-Leġjun ta’ Marija u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.

IL-ĦADD 
28 ta’ Mejju - Niċċelebraw l-inżul tal-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli: Pentekoste.

Fil-Kolleġġjata, fil-quddiesa tal-5:00 p.m. issir l-Ewwel Tqarbina lit-tfal li ġejjin miż-żona Familja Mqaddsa s-Sgħajtar.

Fis-Santwarju tal-Ħniena Divina, fil-5:30 p.m. L-E.T. Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna jamministra s-Sagrament tal-Konfermazzjoni lill-adolexxenti taż-żona San Pawl tat-Tarġa.

NOTI 
Il-Kap tal-Iskola Primarja tan-Naxxar javża lill-ġenituri li wliedhom li twieldu bejn l-1 ta’ Mejju 2020 u l-31 ta’ Diċembru 2020 u li jixtiequ jibagħtuhom fis-sezzjoni tal-kindergarten tal-iskola, huma mitluba japplikaw online sat-30 ta’ Ġunju biex jirreġistrawhom. L-applikazzjonijiet u d-dettalji ta’ kif tintbagħat l-applikazzjoni jinsabu fuq il-website tal-iskola.

Nitolbu għal ruħ: Grace Farrugia u Leli Grima

Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu fis-sliem. Ammen.


   14/05/2023


L-EVANĠELJU
Jiena nitlob 'il-Missier, u hu jagħtikom Difensur ieħor. Ġw 14, 15-21

IL-ĦADD 
Infakkru Jum l-Omm.
Iċ-Ċimiterju jkun miftuħ il-ġurnata kollha u fil-11:00 a.m. ikun hemm quddiesa b’suffraġju tal-ommijiet mejtin.

L-ERBGĦA 
Fl-Oratorju, fid-9:30 a.m., se norganizzaw tombla u ikla ta’ nofsinhar. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.

IL-ĦAMIS 
Fis-6:00 p.m ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-membri tal-Grupp Kariżmatiku u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.
Fis-6:00 p.m. fl-Annexe, se ssir it-tielet Laqgħa ta’ Tagħlim minn erbgħa, organizzata mil-Leġjun ta’ Marija tan-Naxxar. Is-suġġett din id-darba se jkun: L-Anzjani fis-Soċjetà tal-Lum, fejn wara ssir diskussjoni bejn dawk li jattendu.

IL-ĦADD 
Illum hija l-aħħar ġurnata tal-bazaar li hemm fl-annexe. Grazzi lil kull min ta sehmu kemm fil-bejgħ kif ukoll fix-xiri.
Nitolbu għal ruħ: Marija Galea u Emanuele Rizzo


Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu fis-sliem. Ammen.


   7/05/2023


L-EVANĠELJU
Jiena hu t-triq, il-verità u l-ħajja. Ġw 14, 1-12


IL-ĦADD 
Illejla, fil-5:00 p.m ikollna quddiesa kantata bl-omelija u wara toħroġ il-purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġużepp.


IT-TLIETA 
Id-9 ta’ Mejju, Il-festa ta' San Ġorġ Preca, Il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun bis-sehem tat-tfal u l-katekisti tal-oqsma tal-MUSEUM.


IL-ĦAMIS 
Fil-MUSEUM tas-Subien fil-5:45 p.m se ssir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal tal-Preċett; it-tfal ikollhom il-lezzjoni tagħhom fl-istess MUSEUM. Fis-6:00 p.m ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-Grupp tal-Ħniena Divina u fis-6:30 p.m il-quddiesa.


IL-ĠIMGĦA 
Fil-MUSEUM tas-Subien fis-7:00 p.m se ssir laqgħa għall-ġenituri tal-adolexxenti li se jirċievu l-Ġriżma tal-Isqof din is-sena.


IL-ĦADD 
Infakkru Jum l-Omm: iċ-Ċimiterju jkun miftuħ il-ġurnata kollha f’dak il-weekend.

Il-Ħadd fil-11:00 ta’ filgħodu jkun hemm quddiesa b’suffraġju għall-ommijiet mejtin. Fil-Kolleġġjata fid-9:00 a.m jkollna ċelebrazzjoni tas-sagrament tal-Magħmudija u fid-9:30 a.m quddiesa għat-tfal kollha.

Infakkru li fl-annexe hemm bazaar b’diversi oġġetti għall-bejgħ fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm. Ikun miftuħ ukoll matul il-ġimgħa li ġejja.


NOTI 
Ħdejn il-bibien tal-knisja ssibu l-ħarġa tal-Flimkien għal dawn ix-xahrejn. Tistgħu tieħdu kopja magħkom id-dar. Fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm, nhar l-Erbgħa 17 ta’ Mejju fl-Oratorju fid-9:30 a.m. ser norganizzaw tombla, u f’nofsinhar tiġi servuta l-lażanja. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.
Nitolbu għal ruħ: Ninu Muscat, Carmelo Grech, Salvinu u Mary Pirotta.

Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu fis-sliem. Ammen.

L-AĦĦAR POSTS