April 2023 - Avviżi

   30/04/2023


L-EVANĠELJU
Il-bieb tan-nagħaġ huwa jien. Ġw 10, 1-10


IT-TNEJN 
L-1 ta’ Mejju - Tifkira liturġika ta’ San Ġużepp Ħaddiem.

L-ERBGĦA 
Nhar l-Erbgħa u tul l-Erbgħat ta’ Mejju fis-6:00 p.m il-membri tal-Leġjun ta’ Marija se jgħidu r-rużarju f’dawn il-postijiet: fil-Knisja ta’ Sta Luċija, fil-Ġnien ta’ Triq l-Imħalla u fi Triq ir-Raħeb Kurradu ħdejn l-istatwa tal-Madonna. Tajjeb li min jista’ jingħaqad magħhom.

IL-ĦAMIS 
Fil-MUSEUM tas-Subien fid-9:30 a.m ikun hemm il-laqgħa tal-irġiel. Inħeġġuhom jieħdu sehem.

IL-ĠIMGĦA 
L-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fis-6:00 p.m jkun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-ministri tat-tqarbin u fis-6:30 p.m il-quddiesa.

IS-SIBT
Fl-annexe issibu bazaar b’diversi oġġetti għall-bejgħ fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm. Il-bejgħ ikompli sal-14 ta’ Mejju.

IL-ĦADD 
Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġużepp fil-5:00 p.m ikollna quddiesa kantata bl-omelija u wara toħroġ il-purċissjoni bl-istatwa tal-qaddis.

NOTI 
Infakkru lil dawk li għadhom ma rritornawx l-ilbies tal-Ġimgħa l-Kbira ħalli jagħmlu dan mill-aktar fis.

Fuq il-mezzi tal-midja soċjali tal-parroċċa kif ukoll fuq in-notice boards issibu l-ħarġa tan-Nieqa għax-xahar ta’ Mejju. Fost l-oħrajn issibu r-raġunijet għaliex il-purċissjoni tal-Irxoxt saret filgħaxija. 

Ħdejn il-bibien tal-knisja ssibu l-ħarġa tal-Flimkien għal dawn ix-xahrejn. Tistgħu tieħdu kopja magħkom id-dar.

Nitolbu għal ruħ: Rita Sciberras

Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqha, tistrieħ fis-sliem. Ammen.



   16/04/2023

L-EVANĠELJU
Tmint ijiem wara ġie Ġesù.      Ġw 20:19-31

IL-ĦADD 
Il-Festa tal-Ħniena Divina. Fis-Santwarju tagħha fid-9:30 a.m, L-ET Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna se jqaddes il-quddiesa tal-festa, din tixxandar dirett fuq TVM u fil-5:00 p.m ikun hemm adorazzjoni u quddiesa mir-Rev. Fr Hayden.

IT-TLIETA 
Se jkollna Coffee Morning fl-Oratorju: il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.

IL-ĦAMIS
Fis-6:00 p.m jkun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-grupp tal-Azzjoni Kattolika, u fis-6:30 p.m il-quddiesa.

Fis-6:00 p.m fl-Annexe, se ssir it-tieni Laqgħa ta’ Tagħlim minn erbgħa, organizzata mil-Leġjun ta’ Marija tan-Naxxar. Is-suġġett din id-darba se jkun l-Ewtanasja, fejn wara ssir diskussjoni bejn dawk li jattendu. 

IS-SIBT
Il-Quddiesa tas-6:30 p.m  se ssir fis-Santwarju tal-Madonna tat-Triq  għand il-Ġiżwiti.

NOTI
Grazzi għall-benefatturi, issa sar restawr tal-pittura tal-Madonna tad-Duttrina. Min jixtieq jassisti fir-restawr ta’aktar pitturi jista’ javviċina lill-Arċipriet.

Il-Grupp tal-Knisja ta’ San Ġwann il-Battista, in-Naxxar qed jorganizza Afternoon Tea bit-tombla nhar il-Ħadd, it-30 t’April fl-4:00 p.m fl-Oratorju b’risq il-Festa ta’ San Ġwann il-Battista. Kull min jixtieq jibbukkja jkellem lill-helpers tal-Parroċċa jew lill-kuratur tal-Knisja ta’ San Ġwann.

Nitolbu għal ruħ: Leo Bartolo

Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu, jistrieħ fis-sliem. Ammen.



   9/04/2023


L-EVANĠELJU
Kristu kellu jqum mill-imwiet. Ġw 20:1-9 

IL-ĦADD  
Solennità tal-Qawmien ta’ Kristu. Illejla fil-5:00 p.m. quddiesa kantata solenni u wara tibda  ħierġa l-purċissjoni bl-istatwa tal-Irxoxt u bis-sehem tal-Banda Peace. Wara l-purċissjoni, għall-ħabta tad-9:00 p.m.  tingħata l-Benedizzjoni Sagramentali.

IL-ĦAMIS 
Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-Grupp tal-Ħniena Divina, u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.

IL-ĦADD 
Festa tal-Ħniena Divina: fis-santwarju tagħha fid-9:30 a.m. l-E.T. Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna se jqaddes il-quddiesa tal-festa. Din se tixxandar dirett fuq TVM.

NOTI  
Intom tifhmu li b’żewġ saċerdoti biss mhux possibbli li jsir it-tberik tradizzjonali ta’ wara l-Għid lil aktar minn 4,500 familja li hawn fil-Parroċċa tan-Naxxar. Fil-ġranet li ġejjin, fis-sagristija se jkollna fliexken bl-ilma mbierek għalikom, ħalli tinġabru flimkien bħala familja sabiex titolbu u tbierku d-djar tagħkom.

Tajjeb tkunu tafu wkoll li kemm l-Arċipriet kif ukoll il-Viċi ilhom mill-bidu ta’ Ottubru li għadda jżuru u jbierku lill-familji darba fil-ġimgħa.

Nhar it-Tlieta, it-18 t’April se jkollna Coffee Morning fl-Oratorju: il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.

Nitolbu għal ruħ: Joe Mifsud u Mons. Richard Borg.

Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu fis-sliem. Ammen.

   2/04/2023


IL-ĦADD 
Illum, il-mobile unit tad-demm se tkun ħdejn il-Knisja tal-Familja Mqaddsa fis-Sgħajtar bejn it-8:30 a.m. u s-1:00 p.m.

IT-TNEJN 
Jibda t-Tridu tal-Ġimgha l-Kbira: fil-quddiesa ta’ filgħaxija wara l-Evanġelju ssir riflessjoni qasira dwar il-Passjoni ta’ Ġesù.

IL-ĦAMIS 
Ħamis  ix-Xirka -  jum it-twaqqif tas-Saċerdozju u tal-Ewkaristija. Fis-6:30 p.m  Konċelebrazzjoni Solenni li matulha jsir ir-rit tal-ħasil tar-riġlejn. Wara t-tqarbin issir it-tranżlazzjoni bl-Ewkaristija lejn l-artal tar-Repożizzjoni. Fit-8:30 p.m ikollna l-visti u fl-10:00 p.m ħin ta’ adorazzjoni.

IL-ĠIMGĦA 
Tifkira Solenni tal-Mewt ta’ Kristu. Fis-6:30 a.m u fis-7:30 a.m visti, fit-8:30 a.m Talb tas-Salmi. Fl-9:45 a.m  adorazzjoni għat-tfal kollha u fil-10.45 a.m visti.

Fit-3:00 p.m. tibda t-Tifkira tal-Mewt ta’ Ġesù  li tinkludi l-qari tal-passju, il-bews
tas-salib u t-tqarbin. Fil-5:30 p.m tibda ħierġa l-Purċissjoni bis-sehem taż-żewġ baned tan-Naxxar. Hemm l-obbligu għas-sawm u l-astinenza.

IS-SIBT 
Fit-8:00 p.m. tibda l-funzjoni tal-Vġili tal-Għid tal-Mulej li tinkludi t-tberik tan-nar u l-ilma, il-kant tal-Exultet u l-qari mill-Kotba Mqaddsa, Issir magħmudija u tqarbin.

IL-ĦADD Solennità tal-Qawmien ta’ Kristu. Filgħaxija, fil-5:00 p.m. quddiesa kantata Solenni u wara tibda l-Purċissjoni bl-istatwa tal- Irxoxt u bis-sehem tal-Banda Peace.

NOTI 
Fis-Santwarju tal-Ħniena Divina, nhar Ħamis ix-Xirka s-sepulkru jibqa’ miftuħ sal-11:00 p.m., filwaqt li nhar il-Ġimgħa l-Kbira jdum sa 12:00 p.m.

Nhar il-Ġimgha l-Kbira, quddiem is-Santwarju se jkun hemm il-mobile unit tad-demm bejn it-8:30 a.m. u 12:30 p.m.

Infakkru li għandna għall-bejgħ il-pavaljuni tal-Ġimgħa l-Kbira. Min hu interessat jistaqsi  fis-sagristija.

Mal-kaxxi li hemm fil-bibien tal-knisja poġġejna nota sabiex nagħtu offerta ta’ flus b’risq is-Segretarjat Assistenza Soċjali  matul din il-ġimgħa ta’ sagrifiċċju.

Il-ħarġa tan-Nieqa għax-xahar ta’ April tinsab fuq il-mezzi soċjali tal-Parroċċa tagħna, kif ukoll fin-notice boards. Fost oħrajn issibu xi ċifri interessanti dwar il-popolazzjoni fil-lokalità tan-Naxxar maħruġa mill-N.S.O. (Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika) u tad-diversi reliġjonijiet li għandna fil-parroċċa tagħna.

Nitolbu għal ruħ: Reno Micallef -  Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu, jistrieħ fis-sliem.  Ammen. 

Dawk li jixtiequ jieħdu sehem bħala personaġġi fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, speċjalment it-tfal, għandhom jinfurmawna fl-annexe.

L-AĦĦAR POSTS