Marzu 2023 - Avviżi
26/03/2023
L-EVANĠELJU
Jien hu l-qawmien u l-ħajja. Ġw 11, 1-45.
IT-TNEJN
Fil-MUSEUM tas-Subien, fid-9:30 a.m, jibda Kors ta’ Eżerċizzi għall-irġiel. Inħeġġuhom jattendu.
IL-ĦAMIS
Fis-5:45 p.m tibda Ċelebrazzjoni Penitenzjali Komunitarja u ħin għall-qrar. Fis-6:30 p.m il-quddiesa.
Fil-Kolleġġjata, fit-8:00 p.m, jibda Kunċert ta’ Mużika sagra mtella' mill-Banda Peace bit-tema Dolorosa. Kulħadd huwa mistieden.
IL-ĠIMGĦA
Festa Devozzjonali ta' Marija Addolorata taħt is-Salib. Il-ħin tal-quddiesa filgħodu fil-Kolleġġjata jkun bħas-soltu. Filgħaxija, fil-5:00 p.m jkollna l-quddiesa, fis-6:00 p.m purċissjoni u benedizzjoni fil-pjazza u fis-7:30 p.m quddiesa oħra fil-Kolleġġjata.
Fil-Knejjes filjali wkoll se jkollna servizz ta’ quddies; San Ġwann Battista fis-7:30 a.m, Sta Luċija u l-Kunċizzjoni fit-8:30 a.m.
IL-ĦADD
It-2 ta’ April: Ħadd il-Palm u l-bidu tal-Ġimgħa Mqaddsa. Fl-10:30 a.m ninġabru fejn il-knisja tal-Kunċizzjoni għat-tberik tal-palm u taż-żebbuġ; imbagħad tibda Purċissjoni lejn il-Kolleġġjata fejn titkompla quddiesa kantata.
NOTI
Qassamna f’kull familja l-programm bid-dettalji kollha dwar il-Ġimgħa Mqaddsa. Aqrawh u segwu dak li hemm fih.
Nhar il-Ħadd li ġej, fid-Dar tal-Kleru Birkirkara, se jkun hemm Festa tar-Rebbiegħa fejn issibu diversi oġġetti tal-ikel għall-bejgħ mid-9:30 a.m 'il quddiem. Mistednin iżżuruha.
Dawk li jixtiequ jieħdu sehem bħala personaġġi fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, speċjalment tfal, għandhom jinfurmawna fl-annexe.
Illum għandna għall-bejgħ il-figolli tal-Għid; bix-xiri tagħkom tkunu qed tgħinu lill- Kolleġġjata tagħna.
Hemm il-ħsieb li nibdew laqgħat ta’ formazzjoni għaż-żgħażagħ bejn it-12 u l-15-il sena. Min hu interessat ikellem lir-Rev. Mark Spiteri, il-Viċi. Napprezzaw ukoll l-għajnuna ta’ żgħażagħ kbar fit-tmexxija ta’ dan il grupp.
Nitolbu għal ruħ: Michelle Frendo u Vitor Catania
Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqhom. Jistrieħu fis-sliem. Ammen.
*
19/03/2023
L-EVANĠELJU
Mort, inħsilt, u ġejt nara. Ġw 9:1-41
IT-TNEJN:
Niċċelebraw is-Solennità trasferita ta’ San Ġużepp, l-Għarus tal-Verġni Mqaddsa Marija. Xieraq li nieħdu sehem fil-quddiesa.
Fil-Kolleġġjata fl-4:30 p.m issir l-Ewwel Qrara lit-tfal bniet tal-Ewwel Tqarbina ta’din is-sena. II-ġenituri wkoll imħeġġa jiġu .
L-ERBGĦA:
Fl-annexe fis-7:15 p.m issir laqgħa għall-għarajjes li se jiżżewġu bejn Lulju u Diċembru 2023.
Fil-Kolleġġjata fis-7:15p.m se ssir laqgħa għall-ushers u l-helpers kollha tal-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. Imħeġġa jattendu.
IL-ĦAMIS:
Fil-Kolleġġjata fl-4:30 p.m issir l-Ewwel Qrara lit-tfal subien tal-Ewwel Tqarbina. II-ġenituri wkoll imħeġġa jiġu.
Fis-6:00 p.m jkun hawn Ħin ta’ Adorazzjoni miċ-ċentru soċjali tal-anzjani u fis-6:30 p.m quddiesa.
NOTI:
Id-dati tal-Griżma tal-Isqof għal din is-sena huma dawn: fis-Santwarju tal-Ħniena Divina, il-Ħadd, it-28 ta’ Mejju għall-adolexxenti taż-żona San Pawl tat-Tarġa.
Fil-Kolleġġjata is-Sibt, il-11 ta' Novembru għall-adolexxenti tal-MUSEUM. Fil-Kolleġġjata l-Ħadd, it-12 ta’ Novembru għall-adolexxenti taż-żona Familja Mqaddsa Sgħajtar.
Hemm il-ħsieb li nibdew laqgħat ta’ formazzjoni għaż-żgħażagħ bejn it-12 u l-15-il sena. Min hu interessat ikellem lil Rev. Fr Mark il-Vici. Napprezzaw ukoll l-għajnuna ta’ żgħażagħ kbar fit-tmexxija ta’ dan il-grupp.
Fil-weekend li ġej ser ikollna għall-bejgħ il-figolli tal-Għid bix-xiri tagħkom tkunu qed tgħinu lill-Kolleġġjata tagħna.
Nitolbu għal ruħ: Patri John Scerri sj
Agħtih, O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu. Jistrieħ fis-sliem. Ammen.
*
5/03/2023
L-EVANĠELJU
Wiċċu sar jiddi bħax-xemx. Mt 17 : 1-9
IL-ĦADD
Infakkrukom fil-kors ta’ eżerċizzji għall-koppji miżżewġa li se jsir mill-grupp Genesis 2 fiċ-ċentru tagħhom fit-triq tal-Oratorju nhar is-Sibt fis-7:00p.m. Il-laqgħat ikomplu s-Sibtijiet ta’ wara.
L-ERBGĦA
Fit-8:30 a.m jitlaq it-trasport mill-pjazza għal dawk li ġejjin il-Buffet Breakfast. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.
IL-ĦAMIS
Fis-6:00 pm ikun hemm ħin ta’ adorazzjoni mill-grupp tal-Ħniena Divina u fis-6:30 p.m il-quddiesa.
Fis-7:15 pm fil-board room tal-annexe ssir il-laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali.
NOTI
Nhar l-Erbgħa, il-15 ta’ Marzu filgħodu ser norganizzaw Pellegrinaġġ għar-Redentur tal-Isla. Aħsbu minn kmieni għall-biljetti.
Il-ġabra li saret fil-kolleġġjata b’risq is-Seminarju kienet ta’ 1885 ewro.
Illum qed jitkompla l-bejgħ tal-kwareżimal, waqt li l-abbatini se jkomplu bir-raffle b’risq il-grupp tagħhom.
Nitolbu għal ruħ: Ġużeppi Mifsud, Pauline Dimech, Ġużeppi Muscat, Marija Pirotta u Antoine Gera.
Agħtihom, O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqhom. Jistrieħu fis-sliem. Ammen.