Avviżi Jannar 2023
IT-TNEJN
Fl-annexe fis-7:15p.m issir il-laqgħa għall-koppji miżżewġa.
IL-ĦAMIS
It-2 ta’ Frar: Il-festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej fit-Tempju u Jum il-Ħajja Konsagrata. Fis-6:00p.m rużarju, tberik tax-xemgħa, purċissjoni fil-knisja u quddiesa kantata bl-omelija.
Fil-MUSEUM tas-subien fid-9:30a.m issir il-laqgħa għall-irġiel, inħeġġuhom jattendu.
Fl-Oratorju, mis-7:30p.m sad-9:00p.m il-Moviment Tiġdid Kariżmatiku se jorganizza lejla ta’ talb u tifħir lil Alla. Kulħadd huwa mistieden.
IL-ĠIMGĦA
Fis-6:00p.m ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni u talb għall-Vokazzjonijiet u fis-6.30p.m quddiesa.
NOTI
Se jintlaqgħu applikazzjonijiet online għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta mill-1 ta’ Frar sat-28 ta’ Frar. Aktar informazzjoni ssibuha fuq in-notice board.
Il-ħarġa tan-Nieqa għax-xahar ta’ Frar issibuha fuq il-mezzi tal-midja soċjali tal-Parroċċa tagħna u fuq in-“notice board”.
Għadna kemm poġġejna kotba ġodda tal-kant fil-knisja. Bix-xieraq li nieħdu sehem mal-animaturi anke fil-kant waqt iċ-Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi.
Nitolbu għal ruħ: Louise Grima. Agħtiha, O Mulej, il-mistrieħ ta' dejjem...
IL-ĦADD
Ninsabu fil-ġimgħa ta’ talb għall-għaqda bejn il-Knejjes Insara, inkomplu nitolbu ħalli verament inkunu merħla waħda taħt ragħaj wieħed.
IL-ĦADD
Il-Mużew Parrokkjali huwa miftuħ mid-9:30 a.m sa nofsinhar għall-pubbliku.
IL-ĦAMIS
Fis-6:00 p.m jkun hawn Ħin ta’ Adorazzjoni mill-grupp tad-Djakonija u fis-6:30 p.m il-quddiesa.
IL-ĦADD
Id-29 ta’ Jannar 2023. Waqt il-quddiesa tad-9:30 a.m, issir il-vestizzjoni lill-abbatini tal-Kolleġġjata tagħna. Mistiedna jattendu wkoll il-ġenituri tagħhom.
Nitolbu għall-erwieħ ta': Leslie Philip Watson, Zakkarija Calleja u Charlie Galea. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta' dejjem...
L-EVANĠELJU
Hawn hu l-Ħaruf ta’ Alla, li jneħħi d-dnubiet tad-dinja. Ġw 1:29-34
IL-ĦADD
Illum, il-Mużew tal-Parroċċa se jiftaħ għall-ewwel darba għall-pubbliku bejn l-10:00 a.m u nofsinhar, intom mistednin iżżuru l-ħafna xogħol li sar fil-kumpless tal-annexe u fil-kmamar tal-Mużew.
L-ERBGĦA
Jkollna coffee morning fl-oratorju, biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.
IL-ĦAMIS
Fis-6:00 p.m jkun hawn Ħin ta’ Adorazzjoni mill-grupp Kariżmatiku u fis-6:30 p.m quddiesa.
NOTI
Il-Kurja tal-Arċisqof laqgħet it-talba tal-grupp organizzattiv tal-Ġimgħa l-Kbira sabiex il-purċissjoni tal-Irxoxt tibda ssir filgħaxija. Għaldaqstant, minn din is-sena, nhar id-9 ta’ April, is-Solennità tal-Għid il-Kbir, il-purċissjoni bl-istatwa tal-Irxoxt akkumpanjata mill-banda toħroġ wara l-quddiesa tal-5:00 p.m.
Nitolbu għal ruħ: Emanuel Zammit, Josephine Cachia, Giovanna Sammut u Ivan Schriha . Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta' dejjem ...
Evanġelju
Ġejna mil-Lvant nagħtu qima lis-Sultan. Mt 2, 1-12
IL-ĦAMIS
It-12 ta’Jannar, Fis-6:00 p.m ikun hawn Ħin ta’Adorazzjoni mill-grupp tal-Ħniena Divina u fis-6:30 p.m il-quddiesa.
IS-SIBT
Fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fis-5:45p.m Mons. Arċisqof se jqaddes għall-koppji għarajjes li se jiżżewġu matul din is-sena.
NOTI
Nhar l-Erbgħa, it-18 ta’ Jannar se jkollna coffee morning fl-oratorju, biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.
Il-ġabra b’risq id-Dar tal-Provvidenza fl-aħħar jum tas-sena kienet ta’ 1200 ewro, waqt li l-offerta/strina lill-parroċċa li saret fl-ewwel jum tas-sena kienet ta’ 1376 ewro. Grazzi mill-qalb.
Nitolbu għal ruħ: Tereża Attard u Francis Ciappara. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ ta' dejjem...
L-Evanġelju
Sabu lil Marija u lil Ġużeppi, bit-tarbija mimduda f’maxtura. Lq 2:16-21 L-
IL-ĦADD
Infakkru li minn (għada), il-quddies ta’ matul il-ġimgħa fil-Kolleġġjata se jkun hekk: 6:00 a.m, 7:00 a.m, 8:45 a.m u 6:30 p.m. Dawn il-ħinijiet issibuhom wkoll fin-notice boards tal-knisja.
Il-ĦAMIS
Il-5 ta’ Jannar, fid-9:30 a.m tibda l-laqgħa ta’ kull xahar għall-irġiel fil-Mużew tas-subien. Għal din il-laqgħa, l-irġiel kollha huma mistiedna.
Fis-Seminarju tal-Arċisqof, ir-Rabat: fis-6:30pm se ssir Adorazzjoni b’talb għall-qdusija tas-Saċerdoti u għal aktar vokazzjonijiet, u wara fis-7:30pm quddiesa animata mis-Seminaristi stess. Tajjeb li nattendu u nkomplu nappoġġjawhom bit-talb tagħna.
IL-ĠIMGĦA
Fis-6:00 p.m ikun hawn Ħin ta’ Adorazzjoni u fis-6:30 p.m il-quddiesa.
Fiċ-Ċentru Pastorali tal-Ħniena Divina fis-7.30 pm jibda l-kors ta’ Tħejjija għaż-Żwieġ għall-għarajjes. Ngħidu grazzi lill-koppji mexxejja li jorganizzaw dawn il-korsijiet.
NOTI
In-Nieqa għax-xahar ta’ Jannar issibuha fuq il-mezzi tal-media soċjali tal-Parroċċa tagħna.
Nhar is-Sibt, is-7 ta’ Jannar, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, fil-5:45 p.m, se ssir quddiesa għall-koppji li żżewġu din is-sena, filwaqt li nhar is-Sibt, l-14 ta’ Jannar fil-5:45 p.m se ssir quddiesa għall-koppji li se jiżżewġu matul is-sena 2023.
Il-Mużew tal-Parroċċa dalwaqt ser jibda jkun miftuħ għall-pubbliku. Għaldaqstant, neħtieġu numru ta’ voluntiera li joffru mill-ħin tagħhom sabiex ikunu mal-bieb. Min jixtieq joffri dan is-servizz javviċina lill-Arċipriet
Nitolbu għal ruħ John Saviour Xuereb. Agħtih O Mulej…
F’isem l-Arċipriet, il-Kapitlu u l-Kleru nawguraw Sena mimlija ferħ fil-Mulej lilkom u lill-familji tagħkom.