Avviżi għas-sena 2022

2022


Diċembru r-4 ġimgħa

KOLLEĠĠJATA MARIJA BAMBINA NAXXAR

AVVIŻI

25/12/2022 

VANĠELJU
Sabu lil Marija u lil Ġużeppi u t-tarbija.   Lq 2:15-20


L-ERBGĦA
It-28 ta’ Diċembru. Fl-okkażjoni tal-160 sena mit-twaqqif tal-Banda Peace, fis-Sala ewlenija tas-sede tagħhom fis-7:00 p.m se jkun hemm quddiesa ta’ ringrazzjament. Min jixtieq jista’ jissieħeb magħhom.

IL-ĦAMIS  
Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-grupp 
tar-Rużarju u fis-6:30 p.m. il-quddiesa.

IS-SIBT     
Il-31 ta’ Diċembru. Filgħaxija jkollna quddiesa fil-5:00 p.m. Imbagħad fis-6:30 p.m. Konċelebrazzjoni Solenni. Wara t-tqarbin issir purċissjoni fil-knisja bis-Santissimu Sagrament waqt il-kant tat-Te Deum u nispiċċaw bil-benedizzjoni sagramentali. Dakinhar issir ġabra b’risq id-Dar tal-Providenza.

IL-ĦADD 
L-1 ta’ Jannar 2023, Solennità ta’ Marija Omm Alla u Jum il-Paċi.

NOTI 
Infakkru li mill-Ewwel ta’ Jannar 2023 il-quddies matul il-ġimgħa fil-Kolleġġjata se jkun hekk: 6:00 a.m, 7:00 a.m, 8:45 a.m u 6:30 p.m
Dawn il-ħinijiet issibuhom ukoll fin-notice boards tal-knisja.

F'isem l-Arċipriet, il-Kapitlu u l-Kleru nawguraw Milied Qaddis lilkom u lill-familji tagħkom.

Diċembru t-3 ġimgħa

KOLLEĠĠJATA MARIJA BAMBINA NAXXAR

AVVIŻI

18/12/2022 

VANĠELJU

Ġesù jitwieled minn Marija l-għarusa ta’ Ġużeppi, bin David. Mt 1:18-24                                                                                                                           

IT-TNEJN
Fil-Kolleġġjata fis-7:30 p.m jibda Kunċert tal-Milied mill-Kor Jubilate Deo. Kulħadd huwa mistieden u d-dħul huwa b’xejn. Għalhekk, għada, il-quddiesa ta’ filgħaxija se ssir fis-Santwarju tal-Madonna tat-Triq għand il-Ġiżwiti.

IT-TLIETA
Wara l-quddiesa tad-8:45, fl-Oratorju se ssir attività flimkien ta’ qabel  il-Milied, bit-tombla u wara jkun hemm l-ikel. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.

IL-ĠIMGĦA
Fil-Kolleġġjata wara l-quddiesa tan-novena, il-Kor Gaudete in Domino se jkanta Għanjiet tal-Milied. Kulħadd huwa mistieden.

IS-SIBT
L-24 ta’ Diċembru, Lejlet il-Milied. Filgħaxija jkollna quddies fil-5:00 p.m u fis-6:30 p.m.  Fid-9:15 pm tibda l-Velja tal-Milied li tinkludi siltiet mużikali, prietka mit-tfal, purċissjoni bil-Bambin u Konċelebrazzjoni Solenni.

NOTI
Matul din il-ġimgħa tkompli n-Novena tal-Milied. Fis-6:00 pm Rużarju, Kurunella lil Ġesù Bambin u Barka Sagramentali. Fis-6:30 pm quddiesa bil-kant u bl-omelija animata minn diversi gruppi u għaqdiet fi ħdan il-parroċċa.

Fil-każin tal-Għaqda Mużikali Marija Bambina hemm wirja ta’ presepji mill-5:00 p.m sat-8:00 p.m. Din il-wirja se tibqa’ miftuħa sat-8 ta’ Jannar.

F’dawn il-ġranet il-grupp tal-abbatini tagħna qed itella' xi riflessjonijiet fuq il-paġna tal-Facebook tal-abbatini li jistgħu jgħinuna fit-tħejjija Spiritwali tagħna f’dan l-Avvent.

Nitolbu għal ruħ: Carmelo Sultana, Maria Luisa Pace, Theresa Fabri u Alfred Magro. Agħtihom o Mulej...


Diċembru t-2 ġimgħa

KOLLEĠĠJATA MARIJA BAMBINA NAXXAR

AVVIŻI

                                                                                                               

                                                                                                                                                11/12/2022

 

 VANĠELJU

Inti huwa dak li għandu jiġi, jew se nistennew lil ħaddieħor?  Mt 11:2-11  



IT-TLIETA
It-13 ta’Diċembru, Festa ta’Santa Luċija. Fil-knisja tagħha, fis-6:00 p.m se jkun hemm quddiesa kantata bl-omelija. Matulha jsir it-tberik tas-saqaf li għadu kemm ġie rrestawrat 
u ta’ statwa ġdida tal-qaddisa. Min jixtieq jista’ jattendi.
 
IL-ĦAMIS
Il-15 ta’Diċembru: tibda n-Novena tal-Milied.
Fis-6:00 p.m Rużarju, Kurunella lil Ġesù Bambin u Barka Sagramentali. 
Fis-6:30 p.m quddiesa bil-kant u bl-omelija animata minn diversi gruppi u għaqdiet fi ħdan il-Parroċċa.

IL-ĦADD
It-18 ta’ Diċembru: fil-quddiesa tad-9:30 a.m isir it-tberik 
tal-Presepji u l-Bambini tat-tfal tal-MUSEUM. Il-ġenituri mħeġġa jissieħbu ma' wliedhom.
 
NOTI
Dawk il-ġenituri li wliedhom se jirċievu l-Griżma tal-Isqof is-sena d-dieħla jridu jirreġistrawhom fl-Uffiċċju Parrokkjali, fil-każ tas-subien - dawn iridu jmorru wkoll il-MUSEUM.

Sa nhar it-Tlieta, it-13 ta’ Diċembru, fl-annexe, se jkompli l-bejgħ ta’ pjanti, ħelu tal-Milied, ponsjetti, u xorb. Grazzi tal-kooperazzjoni tagħkom.

IT-TNEJN 
Id-19 ta’ Diċembru, fis-7:30 p.m: Kunċert tal-Milied fil-Kolleġġjata tagħna mill-Kor Jubilate Deo. Kulħadd huwa mistieden. 

Il-Parroċċa għandha għall-bejgħ numru limitat ta’ kotba hardback. It-titlu tal-ktieb huwa:  Ilwien il-Festi Maltin  / Colours of Maltese Festas. Qed jinbiegħ għall-prezz ta’ 45 ewro l-wieħed. Min hu interessat hu mitlub jinfurmana kmieni kemm jista' jkun.


Diċembru l-1 ġimgħa

KOLLEĠĠJATA MARIJA BAMBINA NAXXAR

AVVIŻI

                                                                                                               

                                                                                                                                                04/12/2022

 

 VANĠELJU
Indmu għax is-Saltna tas-Smewwiet waslet. Mt 3:1-12

 

IL-ĦAMIS

It-8 ta’ Diċembru: Solennità tal-Kunċizzjoni Immakulata.

Fil-knisja tagħna fis-6:00 p.m jkun hemm quddiesa kantata bl-omelija. Il-programm sħiħ tal- attivitajiet issibuh fuq in-notice board.

Fil-Kolleġġjata fis-6:00 p.m jkun hawn ħin ta’ Adorazzjoni mill-grupp tal-Ħniena Divina u fis-6:30 p.m il-quddiesa.

Il-mobile unit tad-demm se tkun quddiem il-Knisja Kolleġġjata tagħna, bejn it-8:30 a.m u s-1:00 p.m. Wieħed irid jieħu miegħu l-karta tal-identità u l-maskra.

 

IL-ĦADD

Il-11 ta’ Diċembru: Tifkira tal-Konsagrazzjoni tal-Kolleġġjata tagħna. Fil-5:00 p.m Quddiesa Kantata bl-omelija u fl-offertorju jiġu inċensati s-Slaleb tal-Konsagrazzjoni ta’ dan it-tempju.

Illum fl-annexe ssibu għall-bejgħ:  pjanti, ikel relatat mal-Milied u xorb.
Bix-xiri tagħkom tkunu qed tgħinu lill-Parroċċa tagħna. Dan il-bejgħ ikompli fil-ġranet li ġejjin.

 

NOTI 
Din is-sena, il-Velja tal-Lejl tal-Milied se tibda fid-9.15 pm. L-esperjenza tas-snin l-imgħoddija wrietna li fejn il-Velja bdiet qabel nofsillejl, in-nies attendiet bi ħġarha.

Mill-1 ta’ Jannar 2023, il-ħinijiet tal-quddies ta' matul il-ġimgħa fil-Kolleġġjata se jkunu dawn: 6:00 a.m, 7:00 a.m, 8:45 a.m u 6:30 p.m.  Dawn huma l-ħinijiet kif konna qabel il-Covid. Tafu li spicca  Rev. Fr. Christopher, forsi li ma tafux hu li ħadd mhu ġej minfloku.

Nitolbu għal ruħ: Raphael Stafrace u Joseph Bugeja.  Agħtihom O Mulej…..


Novembru r-4 ġimgħa

KOLLEĠĠJATA MARIJA BAMBINA NAXXAR

AVVIŻI

                                                                                                                                               27/11/2022


VANĠELJU 
Ishru biex tkunu lesti.   Mt 24:37-44

IL-ĦADD 
Illum, il-Mobile Unit tad-Demm se tkun fil- pjazza tal-Mosta bejn it-8:30 a.m u s-1:00 p.m. Wieħed irid jieħu miegħu l-karta tal-identità u l-maskra.

IT-TNEJN
Fl-annexe, fis-7:15 p.m., tiltaqa’ l-Kummissjoni  Familja u l-Grupp Familji Nsara.

IL-ĦAMIS
Ikollna coffee morning fl-Oratorju. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.

Fil-MUSEUM tas-Subien, fid-9:30 a.m, ikun hemm il-Laqgħa tal-Irġiel. Inħeġġuhom jieħdu sehem.

Fis-Seminarju tal-Arċisqof, fis-6:30p.m. ikun hemm adorazzjoni għall-Qdusija
tal-Kleru u fis-7:30 p.m. quddiesa animata mis-Seminaristi. Min jixtieq jista’ jattendi.
  
Fl-annexe fis-7:15 p.m. issir il-laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali.

IL-ĠIMGĦA
Fis-6:00 p.m. jkun hawn Ħin ta’Adorazzjoni u talb għall-Vokazzjonijiet u fis-6:30 p.m. quddiesa.

Fl-annexe fis-7:00 p.m. issir il-laqgħa tal-Kummissjoni Liturġija.

IS-SIBT
Fl- annexe ssibu għall-bejgħ pjanti, ikel relatat mal-Milied, ponsjetti, inbejjed u ħafna iżjed. Bix-xiri tagħkom tkunu qed tgħinu lill-Parroċċa tagħna. 
Dan il-bejgħ ikompli fil-ġranet ta' wara.

NOTI   
In-Nieqa għax-xahar ta’ Diċembru tinsab fuq il-mezzi tal-midja soċjali tal-Parroċċa.

Nitolbu għal ruħ: Mary Aquilina, Mary Sciberras u Ninu Pirotta. Agħtihom, O Mulej,  il-mistrieħ ta’ dejjem...


Novembru t-3 ġimgħa

KOLLEĠĠJATA MARIJA BAMBINA NAXXAR

AVVIŻI

VANĠELJU

Ġesù, ftakar fija meta tidħol fis-Saltna tiegħek.   Lq 23:35-43

IL-ĦADD     
Solennità ta’ Kristu Re,
Fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-5.00 p.m l-E.T. Mons Arċisqof imexxi  t-talba tal-Għasar u jwassal il-messaġġ tiegħu.

L-ERBGĦA 
Fil-quddiesa  tad-8.45 a.m, isir it-Tesserament tan-Nisa tal-Azzjoni Kattolika, 
bi preparazzjoni. Il-jum ta’ qabel isir ħin ta’ talb u riflessjoni. Min jixtieq jattendi jkellem lil xi membru tal-kumitat.

IL-ĦAMIS
Fis-6.00 p.m jkun hawn Ħin ta’ Adorazzjoni mill-ministri tat-tqarbin,
u fis-6.30 p.m il-quddiesa.

Fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, fis-6.30 p.m, l-Arċisqof Charles Scicluna se jmexxi Konċelebrazzjoni fl-okkażjoni tal-għaxar anniversarju mill-Ordinazzjoni Episkopali tiegħu. Inżommuh fit-talb tagħna.

NOTI 
Mons. Arċisqof talab lir-Rev. Christopher Bugeja biex jibda jagħti servizz Pastorali 
fil-Parroċċa ta’ Ħad-Dingli. Għaldaqstant, huwa se jiċċelebra l-aħħar quddiesa tiegħu magħna nhar is-Sibt, is-26 ta’ Novembru fis-6.30 p.m. Ningħaqdu miegħu u nżommuh fit-talb tagħna.

Jekk hawn xi toroq li fihom ma wasalx bil-posta l-magażin Flimkien ta’ dan ix-xahar, napprezzaw jekk tinfurmawna.

Se jigu ppubblikati r-regolamenti għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja. Aktar dettalji ssibuhom  fin-‘notice board’.

Nhar il-Ħamis, l-1 ta’ Diċembru jkollna coffee morning fl-Oratorju. Il-biljetti jistgħu jinkisbu mingħand il-helpers. Aħseb kmieni għall-biljetti.

Il-Ħadd, is-27 ta’ Novembru, il-Mobile Blood Unit se jkun fil-parkeġġ biswit il-Bażilika 
tal-Mosta mit-8.30am sas-1.00pm għal min jixtieq jagħti d-demm. Huwa importanti li wieħed jieħu miegħu l-karta tal-identità u jġib il-maskra.


Nitolbu għal ruħ: Josette Zammit u Joseph Tonna. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem...

Novembru - l-1 ġimgħa

KOLLEĠĠJATA MARIJA BAMBINA NAXXAR

AVVIŻI

Mhuwiex Alla tal-mejtin, iżda tal-ħajjin.    Lq 20:27-38

Il-ĦADD
Fl-4.00 p.m. fiċ-ċimiterju jkun hemm Quddiesa u t-tberik tal-oqbra.

Illejla  fil-Kolleġġjata fl-4.30 p.m hemm quddiesa biċ-Ċelebrazzjoni  tas-Sagrament 
tal-Griżma tal-Isqof lill-Adoloxxenti li ġejjin mill-MUSEUM tal-Bniet, mill-E.T. Mons. Charles  Scicluna.

L-ERBGĦA
Se jkollna coffee morning fl-Oratorju, wara l-Quddiesa tad-8.45a.m. Il-biljetti jinkisbu mingħand mill-helpers.

Il- ĦAMIS
Fis 6 p.m jkun hawn ħin ta’ Adorazzjoni mill-grupp tal-Ħniena Divina. 

Il-ĦADD
Fil-Kolleġġjata, fl-4.30 p.m, quddiesa biċ-Ċelebrazzjoni  tas-Sagrament 
tal-Griżma tal-Isqof, lill-Adolexxenti li ġejjin miż-Żona Familja Mqaddsa 
tas-Sgħajtar, mill-E.T. Mons. Charles Scicluna.

NOTI:

Infakkru li mil-lum, il-ħinijiet tal-quddies filgħodu fil-Kolleġġjata nhar ta’ Ħadd 
huma dawn : 6.00 a.m.,7.00 a.m., 8.00 a.m., 9.30 a.m., u 11.00 a.m. 
Filgħaxija l-quddiesa tkun fil-5.00 p.m.

Illum  ħdejn il-bibien hemm l-helpers bil-bejgħ tal-borża ta’ San Martin .
Grazzi tal-kooperazzjoni tagħkom.

Nitolbu għall-erwieħ ta': Marija Gauci, Anna Maria Walton, Mary Vella. 
Agħtihom, O Mulej...


In-Nieqa għax-xahar ta’ Novembru tinsab fuq il-mezzi tal-media soċjali tal-Parroċċa.

* * *

Ottubru - il-5 ġimgħa

KOLLEĠĠJATA MARIJA BAMBINA NAXXAR

AVVIŻI

   VANĠELJU

Bin il-bniedem ġie jfittex u jsalva l-mitluf.   Lq 19:1-10


IT-TNEJN
Fil-Media Room tal-Annexe fis-7.15pm issir laqgħa għall-għarajjes li se jiżżewġu bejn Jannar u Ġunju 2023.

IT-TLIETA
L-1 ta’ Novembru: Solennità tal-Qaddisin Kollha. Xieraq li nieħdu sehem fil-Quddiesa.
 
L-ERBGĦA
2 ta’ Novembru:  Tifkira Solenni tal-Mejtin kollha, 
Fis-6.30pm Quddiesa Kantata bl-Omelija u jsir it-tberik tal-oqbra fil-Knisja.

IL-ĠIMGĦA
Fis-6.00pm ikun hemm Ħin ta’ Adorazzjoni u jsir talb għall-Vokazzjonijiet 
u fis-6.30 p.m quddiesa.

IS-SIBT
Fil-Quddiesa tas-6.30pm, l-Arċisqof Charles Scicluna jamministra s-Sagrament tal-Konfermazzjoni  lill-adolexxenti li ġejjin mill-MUSEUM tas-Subien.

IL-ĦADD
Waqt Quddiesa li tibda fl-4.30pm, l-Arċisqof Charles Scicluna jamministra s-Sagrament tal- Konfermazzjoni  lill-Adolexxenti li ġejjin mill-MUSEUM tal-Bniet.

NOTI:
Matul Novembru ċ-ċimiterju jkun miftuħ matul il-jum, nhar il-Ħadd li ġej fl-4.00pm jkun hemm Quddiesa u jsir it-Tberik tal-Oqbra.

Infakkrukom fil-ħinijiet tal-quddies tal-Ħadd filgħodu fil-Kolleġġjata minn nhar il-Ħadd 
li ġej: 6.00am, 7.00am, 8.00 am, 9.30pm, u 11.00am. Filgħaxija l-Quddiesa tkun 
fil-5.00pm ħlief meta jkun hemm il-Griżma tal-Isqof.

Nhar l-Erbgħa 9 ta’ Novembru se jkollna coffee morning fl-oratorju, aħseb minn kmieni għall-biljetti.

In-Nieqa għax-xahar ta’ Novembru tinsab fuq il-mezzi tal-media soċjali tal-Parroċċa.

Ottubru - ir-4 ġimgħa

KOLLEĠĠJATA MARIJA BAMBINA NAXXAR

AVVIŻI

VANĠELJU

 Il-pubblikan niżel id-dar iġġustifikat. Lq 18, 9-14


IL-ĦAMIS

Fis-6.00 pm jkun hawn Ħin ta’ Adorazzjoni mill-membri  tal-Azzjoni Kattolika u fis-6.30 pm il-quddiesa.

Fis-7.15 pm Il-Laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali.

NOTI:

Kif tistgħu taraw fin-nota li poġġejna mal-antiporti, b’effett mill-Ewwel Ħadd ta’ Novembru, il-ħinijiet tal-quddies tal-Ħadd filgħodu fil-Kolleġġjata se jkunu hekk: 6.00 a.m., 7.00 a.m., 8.00 a.m., 9.30 a.m., u 11.00 a.m. 
Filgħaxija l-quddiesa tkun fil-5.00 p.m.

Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Magħmudija tibda ssir kull tieni Ħadd tax-xahar fil-quddiesa fid-9.30 am. Jekk tiftakar, dawn huma l-istess ħinijiet kif konna qabel il-Covid.

L-Arċisqof innomina lil Rev. Fr Mark Spiteri minn Ħaż-Żebbug bħala l-Viċi 
l-ġdid fil-Parroċċa tagħna. Nawgurawlu f din il-ħidma ġdida tiegħu fostna li se jibda fil-bidu ta’ Novembru.

Nitolbu għal ruħ:  Alice Vella. Agħtiha O Mulej...

 Ottubru - it-3 ġimgħa


KOLLEĠĠJATA MARIJA BAMBINA NAXXAR

AVVIŻI

VANĠELJU

Alla jagħmel ħaqq lill-magħżulin tiegħu. Lq 18:1-8

AĠĠORNAMENT

Mons. Arċisqof talab lir-Rev. Fr Gerald Micallef il-Viċi tagħna biex jibda jagħti servizz Pastorali fil-Parroċċa ta’ Ħal Lija, 

Għaldaqstant nhar is-Sibt li ġej fis-6.30 p.m. Fr Gerald se jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd il- Ħajr lil Alla, ningħaqdu miegħu, nirringrazzjawh u nitolbu għalih fil-missjoni l-ġdida tiegħu.

Ninfurmaw li b'effett mill-Ewwel Ħadd ta' Novembru 2022, jiġifieri mill-Ħadd 6 ta' Novembru l-ħinijiet tal-quddies ta' filgħodu ta' nhar ta' Ħadd f'Kolleġġjata huma:

6.00 a.m., 7.00 a.m., 8.00 a.m., 9.30., 11.00 a.m., 

Filgħaxija tkun fil-5.00 pm.

F'isem il-komunità Parrokkjali ngħidu grazzi lil Rev. Fr Gerald Micallef li għal aktar minn 9 snin ta servizz Pastorali fostna.

Nawgurawlu fil-ħidma l-ġdida tiegħu. Issa li se jibda jgħin fil-Parroċċa ta' Ħal Lija.

IT-TNEJN 

Fl-annexe  fis-7.15 p.m. issir il-laqgħa tal-Kummissjoni familja u grupp 
ta’ familji Nsara.

IL-ĦAMIS

Fis-6.00 p.m jkun hawn Ħin ta’ Adorazzjoni mill-membri tal-Leġjun 
ta’ Marija u fis-6.30 p.m il-quddiesa.

IL-ĦADD

Niċċelebraw il-Ġurnata Missjunarja. Il-ġbir kollu li jsir fil-quddies imur għall-bżonnijiet tal-Missjoni.

Il-Mobile Unit tad-Demm se jkun fil-pjazza tan-Naxxar bejn it-8.30 a.m. u s-1.00 p.m. Għal dawk li jixtiequ jagħtu d-demm, importanti li wieħed jieħu miegħu l-karta tal-identità, kif ukoll iġib il-maskra.

NOTA

Din is-sena wkoll se jerġa' jkollna għall-bejgħ il-boroż ta’ San Martin, min jixtieq jordna min qabel ikellem lil xi hadd mill-helpers.

Nitolbu għal ruħ:  Ġuzeppa Magro u Jimmy Agius: 
Agħtihom O Mulej...


Ottubru - it-2 ġimgħa

KOLLEĠĠJATA MARIJA BAMBINA NAXXAR

AVVIŻI

VANĠELJU

Ma kien hemm ħadd minnhom li raġa’ lura biex jagħti glorja lil Alla ħlief dan il-barrani.        Lq 17:11-19

IT-TNEJN

Infakkru li ċ-Ċimiterju qed jkun  miftuħ min-12.30 pm sal-5 pm.

IT-TLIETA

Se jkollna coffee morning fl-Oratorju, wara l-Quddiesa tad-8.45 am. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.

L-ERBGĦA

Fil-Knisja ta’ Santa Luċija, fid-9.00 am jkun hemm laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani, li tinkludi Quddiesa u Rużarju.

IL-ĦAMIS

Fis-6.00 pm jkun hemm Ħin ta’ Adorazzjoni mill-grupp tal-Ħniena Divina, u fis-6.30 Quddiesa.

NOTI :

Dawk l-għarajjes li jixtiequ jagħmlu l-Kors ta' Kana f’Jannar li ġej iridu jmorru japplikaw fl-Uffiċċju Parrokkjali.


Nitolbu għal ruħ: Carmela Agius, Christopher Warren, Marija Bellia u Michelina Fenech.  Agħtihom, o Mulej...



Ottubru - l-1 ġimgħa


KOLLEĠĠJATA MARIJA BAMBINA NAXXAR

AVVIŻI

                                                                                        02/10/2022
   IL-VANĠELU
"Kieku kellkom fidi."  Lq 17:5-10

IL-ĦADD
It-2 ta’ Ottubru : Festa tal-Madonna tar-Rużarju,
Fil-5.00 pm jkollna quddiesa bil-kant u bl-omelija u wara toħroġ 
il-purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna.


IT-TNEJN
 Iċ-ċimiterju  jibda jkun miftuħ min-12.30 p.m sal-5.00 p.m. 

L-ERBGĦA  
Jerġgħu jibdew il-laqgħat tal-Azzjoni Kattolika, bil-quddiesa tad-8.45 a.m, wara, issir il-laqgħa fis-sala tal-Annexe. In-nisa mħeġġa jieħdu sehem.

Matul l-Erbgħat ta’ Ottubru, Il-membri tal-Leġjun ta’ Marija, 
Fis-6.00 p.m se jgħidu r-Ruzarju fi Ġnien l-Imħalla, fi Triq Raħeb Kurradu ħdejn l-istatwa tal-Madonna u fil-knisja (Kappella) ta’ Santa Luċija. Mistednin nieħdu sehem.

IL-ĠIMGĦA
Infakkru li fis-Santwarju tal-Madonna tat-Triq, fl-10.30 a.m jkun hemm ħin ta’ adorazzjoni. Min jixtieq, jista’ jieħu sehem.

Fil-Kolleġġjata, fis-6.00 p.m ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni u jsir talb għall-vokazzjonijiet u fis-6.30 p.m quddiesa.

NOTI:
Nhar it-Tlieta, il-11 ta’ Ottubru ser ikollna coffee morning fl-Oratorju. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.

In-Nieqa għax-xahar ta’Ottubru tinsab fuq il-mezzi tal-media soċjali tal-Parroċċa. Issibu wkoll l-aħħar żviluppi dwar l-arloġġ tal-knisja. Din l-informazzjoni dwar l-arloġġ tinsab ukoll fin-notice boards.

Dawk l-għarajjes li jixtiequ jagħmlu l-kors ta' Kana f’Jannar li ġej iridu jmorru japplikaw fl-Uffiċċju Parrokkjali.

Nitolbu għal ruħ Giovanna Cilia.  Agħtiha, o Mulej...

* * *

Settembru - ir-4 ġimgħa

 
KOLLEĠĠJATA MARIJA BAMBINA NAXXAR

 AVVIŻI
                                                                                                                                                         25/09/2022

   VANĠELJU

"Lazzru, il-ħażin irċevieh f’ħajtu, issa hu qiegħed jitfarraġ." Lq 16:19-31

IL-ĦAMIS,   
Fis-6.00 pm jkun hawn  Ħin ta’Adorazzjoni minn Spigolatrici della Chiesa u fis-6.30 pm il-quddiesa.

IL-ĠIMGĦA,
Fis-Santwarju tal-Madonna tat-Triq fl-10.30 ta’ filgħodu se jkun hemm ħin ta’Adorazzjoni, min jixtieq jista’jieħu sehem. Din se tkompli kull nhar ta’ Ġimgħa

IS-SIBT,
L-1 ta’ Ottubru, nibdew ix-xahar tar-Rużarju. Kuljum qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija jingħad ir-Rużarju quddiem Ġesù espost.

IL-ĦADD,
It-2 ta’Ottubru, Festa tal-Madonna tar-Rużarju.
Fil-5.00 pm jkollna Quddiesa bil-kant u bl-omelija u wara toħroġ il-purċissjoni 
bl-istatwa tal-Madonna.

NOTI:

Matul l-Erbgħat ta’ Ottubru l-membri tal-Leġjun ta’ Marija; 
fis-6.00 pm jgħidu r-Rużarju fil-Ġnien tal-Imħalla, fi Triq Raħeb Kurradu ħdejn l-istatwa tal-Madonna u fil-Kappella ta’ Santa Luċija. Mistednin nieħdu sehem.

Fuq l-ixkaffi li hemm ħdejn l-antiporti poġġejna kopji tas-sunett li ppubblikajna  fl-okkażjoni tal-festa tal-Bambina.Tistgħu tieħdu kopja magħkom intom u ħergin. 
 
Infakkru li mill-Ħadd 2 ta’Ottubru, il-Quddiesa ta’ filgħaxija tkun fil-5.00 p.m.

Nitolbu għal ruħ: Rose Mary Cesario, Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta' dejjem...

* * *

Settembru - it-3 ġimgħa

KOLLEĠĠJATA MARIJA BAMBINA NAXXAR

                    A V V I Ż I                                                                                                                     18/09/2022

EVANĠELJU
 "Ma tistgħux taqdu lil Alla u lill-flus."    Lq 16:1-13


L-ERBGĦA

Fiċ-ċentru kummerċjali tal-Pama se jkun hemm il-Mobile Unit 
tad-Demm mit-8.30 am sas-1.00 pm għal dawk li jixtiequ jagħtu
d-demm. Wieħed irid jieħu miegħu l-karta tal-identità.

IL-ĦAMIS

Jibdew il-laqgħat għall-Anzjani tagħna wara l-quddiesa tad-8.45 am. Dakinhar isir il-booking għal min se jmur il-quddiesa ta’ Jum l-Anzjani l-Ħamis ta’ wara, id-29 ta’ Settembru.


Fis-6.00 pm jkun hawn Ħin ta’ Adorazzjoni mill-grupp tal-Kelma 
tal-Ħajja u fis-6.30 pm il-quddiesa.

NOTI :

Infakkru li l-Kappella tal-Adorazzjoni f’Santa Marija tax-Xagħra tkun miftuħa mid-9.00a.m sa 12.00p.m u mill-4.00p.m sas-7.00p.m.

Infakkru li mill-Ewwel Ħadd ta’ Ottubru, il-Quddiesa tal-Ħadd filgħaxija tibda tkun fil-5.00 p.m.

Nitolbu għal ruħ: Jimmy Vella, u Manwel Xuereb:
 
Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta' dejjem. Id-dawl ta' dejjem jiddi fuqhom. Jistrieħu fis-sliem, Ammen.

* * *

Settembru - it-2 ġimgħa





Settembru - l-1 Ġimgħa





Awwissu - L-1 ġimgħa

Nilqghu fostna lil Mr Daniel Attard
li qed jghin fil-Parrocca taghna
fil-Media Grupp u l-Website
(Charles V. Farrugia)





It-Tieni ġimgħa



It-Tielet ġimgħa





Ir-Raba ġimgħa



L-AĦĦAR POSTS