AVVIZI TAL - PARROCCA - 2022

                               

KOLLEGGJATA MARIJA BAMBINA

NAXXAR

AVVIZI
IL-ĦADD 31 TA’ LULJU 2022
EVANĠELJU
Il-ħwejjeġ li ħejjejt għalik, ta’ min ikunu?    Lq 12:13-21
 
IL-ĦAMIS – 4 ta’ AWWISSU, 2022
Il-grupp tar-Irġiel ikollhom  il-laqgħa tahom, fil-MUSEUM tas-Subien wara
l-Quddiesa tat-8.45 am.  Inheġġuhom jattendu.
 
IL-ĠIMGĦA
Fis-6.00 pm jkun hawn ħin ta’ Adorazzjoni u jsir talb għall-Vokazzjonijiet
u  fis-6.30 pm Quddiesa.
 
IS-SIBT      
Tkompli t-thejjija Spiritwali għal festa bil-ħames Sibt tal-Bambina.
Fis-6.00 pm Ruzarju, Kurunella, Kant tas-Salve, Antifona u Barka Sagramentali. Fis-6.30 pm Quddiesa.
 
NOTI :
 
Il-Kumitat Festi esterni qed jagħmel sejħa għal dawk li jixtiequ jerfgħu fl-Istatwa ta’ Marija Bambina, fil-purcissjoni tat-8 ta’ Settembru, dawk interessati javviċinaw xi membru tal-kumitat.
 
Infakkrukom bil-mawra lejn Sqallija, organizzata mill-Abbatini  nhar
It-Tlieta 13 ta’ Settembru, aktar dettalji jinstabu fuq in-notice board.
 
Għad hemm diversi ġenituri li ma ġabrux ir-ritratti tal-Ewwel Tqarbina ta’ wliedhom mill-uffiċċju parrokkjali. Jieħsbu ħsieb li jmorru jiġbruhom.
 
Din is-sena wkoll se nerġgħu norganizzaw trasport għall-Velja
tal-Assunta li se ssir f’Ta’ Pinu Għawdex.  Aktar informazzjoni tinkiseb mis-sagristija.
 
Nitolbu għar-ruh: Peter Paul Sammut,  Jimmy Camilleri  u  Carmel Tonna.     Agħtihom o Mulej……...

CVF/30072022

AVVIZI
IL-HADD – 24 ta’ LULJU 2022
IS-17-il Hadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
EVANĠELJU
Itolbu u jingħatalkom.    Lq 11:1-13
 
IT-TNEJN    25 ta’ Lulju
Festa ta’ San Ġakbu.  Fil-knisja tiegħu fis-7.30 pm jkun hemm quddiesa bil-Kant u Omelija.
 
IT-TLIETA  26 ta’Lulju
60 sena mill-mewt ta’ San Ġorġ Preca.
Il-Kappella tal-Midalja Mirakoluża fil-Blata l-Bajda se tkun miftuħa għal min jixtieq iżur il-fdalijiet ta’ dan il-Qaddis Malti, fundatur tas-Soċjetà tal-MUSEUM.
 
IL-ĦAMIS  
Fis-6.00 pm jkun hemm ħin ta’ Adorazzjoni mill-Grupp tal-Ministri t-Tqarbin u fis-6.30 pm il-quddiesa.
 
IS-SIBT     
Tkompli t-thejjija Spiritwali għal festa bir-Raba’ Sibt tal-Bambina.
Fis-6.00 pm Ruzarju, Kurunella, Kant tas-Salve, Antifona u Barka Sagramentali. Fis-6.30 pm Quddiesa.
 
NOTI :-
 
Il-Grupp tal-Abbatini qed jorganizza Ġuranta Sqallija nhar it-Tlieta
13 ta’Settembru. Din hi miftuħa għal kulħadd. Għal aktar informazzjoni u biex tinkiteb, staqsi fis-sagristija. Il-postijiet huma limitati u l-booking isiru fuq bażi ta’ first come, first served.  Infakkru li dawk 'il fuq minn 18-il sena jistgħu jivvjaġġaw b'karta tal-identità, filwaqt li dawk li għandhom inqas min 18-il sena ikollhom bżonn passaport.
 
Nitolbu għar-ruħ: Frangisk Galea; Agħtih o Mulej…….
CVF/23072022  

AVVIZI
IL-HADD – 17 ta’ LULJU 2022
IS-16-il Hadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
EVANĠELJU
Martha laqgħetu għandha. Marija għażlet l-aħjar sehem.    
Luqa 10:38-42
 
Il-Ħadd   17 ta’ Lulju 2022
Il-Mobile Blood Unit illum se tkun fil-Pjazza tal-Mosta, bejn it-8.30 a.m
u s-1.00 p.m. għal dawk li jixtiequ  jagħtu d-demm. Huwa importanti li tieħu l-Karta tal-Identità tiegħek miegħek.
 
Il-Ħamis 
Fis-6.00 pm jkun hemm ħin ta’ Adorazzjoni mill-Grupp tal-Abbatini u
fis-6.30 pm quddiesa.
 
Is-Sibt 
Tkompli t-thejjija Spiritwali għal festa bit-Tielet Sibt tal-Bambina.
Fis-6.00 pm Ruzarju, Kurunella, Kant tas-Salve, Antifona u Barka Sagramentali. Fis-6.30 pm tibda Quddiesa.
 
NOTI:-
 
Neħtieġu voluntiera nisa sabiex jgħinu fil-ħasil u t-tindif tal-Knisja. Napprezzaw li jkun hawn min jagħti l-għajnuna tiegħu f’din il-hidma.
 
Infakkru lill-Ġenituri li uliedhom għamlu l-Ewwel Tqarbina din is-sena biex imorru l-uffiċċju Parrokkjali biex jiġbru r-ritratti tagħhom.
 
Fl-okkażjoni tal-jum Dinji tal-Anzjani u n-Nanniet il-Papa Franġisku bagħat messaġġ. Fis-Sagristija hemm kopji għalikom ta’ dan il-messaġġ, kif ukoll ‘card’ halli tiktbu l-messaġġ tagħkom ukoll.
 
Id-Dati tas-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof ta’ din is-sena fil-Kolleġġjata tagħna huma dawn:-
Is-Sibt   5 ta’ Novembru fis-6.30 p.m. at-tfal Subien  tal-MUSEUM,
Il-Ħadd  6 ta’ Novembru fl-4.30 p.m  at-tfal Bniet  tal-MUSEUM, 
Il-Ħadd 13 ta’ Novembru fl-4.30pm. għat-tfal tas-SGĦAJTAR,
Iċ-Ċelebrant se jkun dejjem l-Arċisqof Mons. Charles Scicluna.

AVVIZI

 
IL-HADD – 10 ta’ LULJU 2022
IL-15-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
EVANĠELJU
Il-proxxmu tiegħi min hu?    Lq 10, 25-37
 
IL-HADD
Il-lejla fl-4.00 pm issir quddiesa bic-celebrazzjoni tas-Sagrament tal-Magħmudija.
 
IL-HAMIS
Se jkollna  Coffee Morning fl-Oratorju. Biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.
 
Fis-6.00 pm ikun hemm ħin ta’ Adorazzjoni mill-membri tal-MUSEUM tas-Subien u fis-6.30 pm quddiesa.
 
IS-SIBT
Tkompli t-thejjija Spiritwali remota għall-festa bit-Tieni Sibt tal-Bambina.
Fis-6.00 pm Ruzarju, Kurunella, Kant tas-Salve, Antifona u Barka Sagramentali. Fis-6.30 pm tibda Quddiesa.
 
NOTI:-
Il-Membri tal-Kumitat tal-Festa  bdew it-tħejjijiet tagħhom fit-toroq għall-festa tal-Bambina. Napprezzaw li jekk xi ħadd ikollu xi diffikultà javviċina lil xi ħadd mill-Membri u mhux jaqbad u jieħu azzjoni dwar il-hidma li tkun saret.
 
Il-Grupp tal-Anzjani  qassmu cards bil-messaġġ  tal-Papa Franġisku għal-Jum tan-Nanniet u l-Anzjani.  Inħeġġuhom sabiex issa, jiktbu huma l-messaġġ tagħhom.
 
CVF/09072022

IL-HADD – 3 ta’ LULJU 2022
L-Erbatax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
EVANĠELJU
Jistrieħ is-sliem tagħkom fuqu.  Lq 10:1-12,17-20
 
Il-HAMIS -  7 ta LULJU
Fis-6.00 pm ikun hemm ħin ta’Adorazzjoni mill-grupp tal-Hniena Divina u fis-6.30 p.m il-quddiesa.
 
IS-SIBT  - 9 ta’ LULJU
Nibdew it-tħejjija spiritwali remota għall-festa bl-Ewwel Sibt tal-Bambina. Fis-6.00 pm Ruzarju, Kurunella, Kant tas-Salve, Antifona u Barka Sagramentali. Fis-6.30 pm tibda quddiesa kantata. 
 
NOTI:
Nhar il-Hamis 14 ta’ Lulju se jkollna Coffee Morning fl-Oratorju. Biljetti  inkisbu mingħand il-helpers.
 
Infakkru li l-kumitat festi esterni għandu għall-bejgħ  pavaljuni bix-xbieha  ta’ Marija Bambina sabiex  jiddendlu  mal-gallariji. Staqsu għalihom  lill-xi membru tal-kumitat jew fis-sagristija. Aktar dettalji fuq in-notice board.
 
Il-Kappella ta’ Santa Marija tax-Xagħra se tkun magħluqa għax-xhur tas-sajf. Terġa’ tiftaħ għall-Adorazzjoni fit-12 ta’ Settembru.
 
Fdawn il-granet il-Magazin Flimkien qed jasal fi djarkom bil-posta, jekk hemm xi toroq li l-ħarġa ta’ Ġunju ma waslitx jinfurmaw fl-uffiċċju Parrokkjali. In-Nieqa għax xahar ta’ Lulju tinsab fuq il-mezzi soċjali tal-Parroċċa.
 
CVF/0207


AVVIZI
IL-HADD – 26 ta’ GUNJU 2022 
Niċċelebraw is-Solennità tal-Qalb ta’ Ġesù.
Fil-5.00 pm ikollna Konċelebrazzjoni Solenni u wara tibda l-Purċissjoni
bis-Santissimu Sagrament. Wara l-purċissjoni tingħad it-talba tal-Konsagrazzjoni lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù u nispiċċaw bil-Barka Sagramentali. Ilkoll imħeġġa nieħdu sehem.
 L-ERBGĦA 29 ta’ Ġunju
Solennità  tal-Martirju tal-Appostli San Pietru u San Pawl. Huwa xieraq li nieħdu sehem fil-quddiesa. Il-ħin tal-quddies ikun l-istess bħal ta’ matul il-ġimgħa. 
Fil-5.30 pm jitlaq trasport mill-pjazza tan-Naxxar, għal dawk li sejrin
Għawdex għall-festa ta’ San Pietru u San Pawl. Nirritornaw  lura mal-vapur ta’ 10.30pm.  Biljetti huma disponibbli mingħand il-helpers.
 IL-HAMIS 30 ta’ Gunju
Fid-9.30 am fil-MUSEUM tas-Subien issir il-laqgħa għall-irġiel, ikun hemm ukoll Konfessur għal-qrar. Inħeġġuhom jattendu.
 IL-GIMGHA 1 ta’ LULJU
Issir it-Tifkira tal-Beatu Malti Nazju Falzon.  Fis-6.00 pm ikun hemm ħin ta’ Adorazzjoni u jsir talb għall-vokazzjonijiet. Fis-6.30 pm quddiesa. 
NOTI: 
Infakkru lil dawk li huma kompetenti fil-qasam tal-informatika u jixtiequ jagħtu servizz fil-media group, tal-Parroċċa biex ikellmu lill-Arċipriet.
Il-kumitat tal-festi esterni għandhom għall-bejgħ, pavaljuni bix-xbieha ta’ Marija Bambina, sabiex jiddendlu mal-galleriji, staqsi għalihom lil membru tal-kumitat jew fis-sagristija.  Aktar dettalji fuq in-notice board.

AVVIZI :
 IL-ĦADD 19 TA’GUNJU 2022
EVANĠELJU
Kulħadd  kiel u xaba’.  Lq 9:11b-17 
Niċċelebraw is-Solennità ta’ Corpus Christi.
Solennità ta’ Corpus Christi. 
Il-Ġisem u d-Demm ta’ Ġesù. 
Fil-5.00 pm ikollna Konċelebrazzjoni Solenni u wara tibda l-Purċissjoni
bis-Santissimu Sagrament. Imħeggin niedu sehem, anke t-tfal tal-Ewwel Tqarbina huma mħeġġa jieħdu sehem.
 
Infakkru Jum il-Missier; Iċ-ċimiterju jkun miftuħ matul il-ġurnata u fl-10.30 ta’ filgħodu ssir quddiesa b’suffraġju tamissirijiet tagħna mejtin.
 
L- ERBGĦA
 Nibdew il-Kwaranturi, fil-parroċċa tagħna, jiġifieri erbgħin siegħa ta’ Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija.
Ġesù Ewkaristija jkun espost minn wara l-quddiesa tat-8.45a.m sa nofsinhar u mill-5.00 pm sas-6.30 p.m.
Fis-6.00 p.m ikun hemm ħin ta’Adorazzjoni organizzata.
Fis-6.30 p.m issir quddiesa.
Il-Kwaranturi jkompli matul il-ġranet tal-Ħamis u l-Ġimgħa.
  
IL-GIMGĦA
Fis-7.00p.m se ssir laqgħa fil-Museum tal-bniet għall-ġenituri u l-parrini
tal-adoloxxenti li se jircievu l-Griżma tal-Isqof din is-sena.
 
IL-ĦADD 26 ta’ GUNJU
Niċċelebraw is-Solennità tal-Qalb ta’Ġesù.
Fil-5.00 pm ikollna Quddiesa Solenni u wara tibda l-Purċissjoni bis-Santissimu Sagrament. Wara l-Purċissjoni ssir it-Talba tal-Konsagrazzjoni lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù u nispiċċaw bil-Barka Sagramentali. Ilkoll imħeġġa nieħdu sehem.
 
NOTI:
Nhar l-Erbgħa 29 ta’Ġunju l-Imnarja, se mmorru Għawdex għall-festa ta’ San Pietru u San Pawl. Nitilqu min-Naxxar fil-5.30 pm u nirritornaw lura mal-vapur ta’10.30pm mill-Imġarr Għawdex. 

Itlob għar-ruħ: John Tonna: Aghtih o Mulej…..
 

AVVIZI

IL-HADD – 12 ta’ GUNJU 2022
It-Trinità Qaddisa
Solennità
  VANĠELJU
Dak kollu li għandu l-Missier huwa tiegħi. L-Ispirtu jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom.     Ġw 16:12-15
 
Illum waqt quddiesa li tibda fl-10.30 am issir  l-Ewwel  Tqarbina  lit- tfal  TAL-MUSEUM. ghalhekk illum ma jkunx hawn quddies  
fl-10.00 am u fil-11.00 am. 
Fl-4.00 p.m  jkollna quddiesa bic-celebrazzjoni tas-Sagrament 
TAL-MAGĦMUDIJA. 
 
IT-TNEJN   13 TA’ ĠUNJU 2022 
Fil-board room tal-Annexe fis- 7.15 pm issir il-laqgha 
tal-Kummissjoni  Familja.
 
IT- TLIETA   14 TA’ ĠUNJU 2022
Huwa l-Jum  Dinji tad-Donaturi tad-Demm;  tajjeb li min jista’ jaghmel dan l-att ta’ karita u mhabba ma’ tant pazjenti li jkunu jehtiegu d-demm.
 
L- ERBGHA  15 TA’ ĠUNJU 2022
Fid-9.15 am jibda l-Coffee Morning  fl-Oratorju; biljetti jinkisbu minghand il helpers.
 
IL- ĦAMIS   16 TA’ ĠUNJU 2022
Fis-6.00 pm jkun hawn  hin ta’ Adorazzjoni  mill-membri tal-Legjun ta’ Marija u 
fis 6.30 pm il-quddiesa.
 
IL-HADD    19 TA’ ĠUNJU 2022
Niccelebraw   IS-SOLLENNITÀ TA’ CORPUS  CHRISTI 
Fil-5.00 pm jkollna Koncelebrazzjoni Solenni u wara tibda hierga l-Purċissjoni bis-Santissmu Sagrament.  Imheggin niehdu sehem anke it-tfal tal-Ewwel  Tqarbina.
 
Infakkru wkoll Jum il-Missier
Iċ- Ċimiterju  jkun miftuħ matul il-jum u fl-10.30am  jkun hemm quddiesa b’suffragju tal-Missirijiet taghna mejtin.
 
NOTI :
 
Hemm il-hsieb li l-parroċċa twaqqaf  media group; jekk hawn min hu kompetenti fil-qasam tal-media socjali u jixtieq  jghin ikellem lill- Arċipriet.
 
Wara li saru hafna xogholijiet fuq il-Mużew tal-parroċċa li ghandna fl Annexe  fuq, issa wasal il-mument li jibda jinfetah ghall-pubbliku. Dawk li jixtiequ jghinu ghal dan il-ghan ikellmu lis-Sur Paul Catania.
 
Il-Magazine Flimkien  ghax-xahar ta’ Ġunju tqassam bil-posta 
f ‘kull dar;  biss dawk id-djar li ghandhom sticker No Junk Mail 
il-pustier jew pustiera ma jkunx jista’ jhalli kopja tal-Magazine.
 
Nitolbu għar-ruħ: Marija Gauci; Agħtiha o Mulej …

VVIZI
 
IL-HADD – 5 ta’ GUNJU 2022
Għid il-Ħamsin
Solennità
VANĠELJU
L-Ispirtu s-Santu jgħallimkom kollox.
Ġw 14, 15-16. 23b-26
 
(Mill-lum) il-Quddiesa ta’ filghaxija  tibda tkun fil-5.30 pm hlief fil-festi ta’ Corpus u l-Qalb ta’ Gesu li tkun fil-5.00 pm minhabba li wara jkun hemm il-purcissjoni.
 
IL-HAMIS – 9 ta’ GUNJU 2022
Fis-6.00 pm jkun hawn hin ta’ Adorazzjoni  mill-Grupp tal-Hniena Divina  u fis-6.30 pm il-Quddiesa.
 
Fl-Annexe fis-7.15 pm ikun hemm il-Laqgha tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali.
Fis-6.00 pm jkun hawn hin ta’ Adorazzjoni  mill-Grupp tar-Ruzarju  u fis 6.30 pm il-quddiesa.
 
IL-HADD – 12 ta’ GUNJU 2022
Nhar il-Hadd li gej waqt quddiesa li tibda fl-10.30 am issir l-Ewwel Tqarbina lit-tfal tal-MUSEUM. Dak in-nhar ma jkunx hawn quddies fl-10.am u fil-11.00 am
 
NOTI :
Infakkru li c-Cimiterju  qed ikun miftuh mis-7.00 am sa nofs-in- nhar.
 
Infakkru fil-Pellegrinagg ghal Lourdes li se jsir bejn 14 u 18 ta’ Lulju; informazzjoni u booking mill-ufficcju parrokkjali.
 
Nhar l-Erbgha 15 ta’ Gunju se jkollna Coffee Morning fl-Oratorju; biljetti jinkisbu minghand il-helpers.

 

AVVIZI
 
IL-HADD – 29 ta’ MEJJU 2022
Tlugħ il-Mulej fis-Sema
Solennità
Is-Seba’ Ħadd tal-Għid
EVANĠELJU
Huwa u jberikhom, kien meħud fis-sema.
Lq 24:46-53
 
IL-HADD – 29 ta’ MEJJU 2022
Fis-Santwarju tal-Hniena Divina waqt quddiesa fil-5.00 pm issir l-Ewwel Tqarbina lit-tfal taz-Zona.
 
IL-HAMIS – 2 ta’ GUNJU 2022
Fis-6.00 pm jkun hawn hin ta’ Adorazzjoni  mill-Grupp tar-Ruzarju  u fis 6.30 pm il-quddiesa.
 
NOTI :
 
Minn nhar il Hadd li gej il quddiesa ta’ filghaxija tal-Hadd tibda tkun fil-5.30 pm hlief fil-Festi ta’ Corpus u l-Qalb ta Gesu li tkun fil 5.00 pm minhabba li wara jkun hemm il purcissjoni.
 
Dawk il-genituri li uliedhom twieldu fis sena 2016 u allura ser jaghmlu l-Ewwel Tqarbina s-sena d-diehla iridu jigu z-zewg genituri bil-karta tal-identita fl-ufficcju parrokkjali halli jirregistrawhom.
 
Mill-1 ta Gunju c-Cimiterju jkun miftuh mis-7.00 am sa nofs in nhar.
 
In-Nieqa ghax xahar ta’ Gunju tinsab fuq il mezzi tal-medja socjali tal parrocca.
 
Nitolbu ghar-ruh: Andrew Calleja, Graziella Stivala u Frans Xuereb: aghtihom o Mulej ……



AVVIZI
 
IL-HADD – 22 ta’ MEJJU 2022
Is-Sitt Ħadd tal-Għid
EVANĠELJU
L-Ispirtu s-Santu jfakkarkom dak kollu li għedtilkom.
Ġw 14:23-29
 
Fil-Quddiesa tal-5.00 pm ( illejla ) issir l-Ewwel Tqarbina lit-Tfal li gejjin miz-zona Familja Mqaddsa Sghajtar.
 
IL-HAMIS – 26 ta’ MEJJU 2022
Fis-6.00 pm jkun hawn hin ta’ Adorazzjoni  mill-Grupp tal-Wicc ta’ Kristu ta’ Dun Alfred u fis 6.30 pm il-quddiesa.
 
IL-HADD – 29 ta’ MEJJU 2022
Fis-Santwarju tal-Hniena Divina waqt quddiesa fil-5.00 pm issir l-Ewwel Tqarbina lit-tfal taz-Zona.
 
NOTI :
Mill-ewwel Hadd ta’ Gunju il-quddiesa ta’ filghaxija tal-Hadd tibda tkun fil-5.30 pm hlief fil-festi ta’ Corpus u l-Qalb ta Gesu li tkun fil-5.00 pm minhabba li wara jkun hemm il-Purcissjoni.
 
Infakkru fil-Pellegrinagg ghal Lourdes li ser torganizza l-parrocca fix-xahar ta’ Lulju. Dettalji jinkisbu mill-ufficcju parrokkjali.
 
Dawk il-genituri li uliedhom twieldu fis- sena 2016 u allura ser jaghmlu l-Ewwel Tqarbina s-sena d-diehla iridu jigu z-zewg genituri bil-karta tal-identita fl-ufficcju parrokkjali halli jirregistrawhom.
 
Il-Kap tal-iskola Primarja Naxxar javza lill-genituri li uliedhom twieldu bejn 1 ta’ Mejju 2019 u 31 ta’ Dicembru 2019 u li jixtiequ jibaghtuhom fis-sezzjoni Kindergarten tal-Iskola, huma mitluba japplikaw on line sas-6 ta’ Gunju biex jirregistrawhom. L-applikazzjoni u d-dettalji ta’ kif tintbaghat l-applikazzjoni jinsabu fuq il-website tal-iskola.
 
Wara waqfa minhabba l-Covid-19, il-Magazine Flimkien se jerga jibda jitqassam door-to-door u jkun ukoll online.
 
Patri Ivan Scicluna mill-parrocca taghna sar il-Ministru Provincjali gdid tal-patrijiet Kapuccini; inweghduh it-talb taghna f’din il-missjoni gdida tieghu.
 
Nitolbu ghar-ruh:  Rozina Chetcuti u John Balghy; aghtihom o Mulej ……

AVVIZI
 
IL-HADD – 15 ta’ MEJJU 2022
Il-Hames Ħadd tal-Għid
EVANĠELJU
Nagħtikom Kmandament ġdid, li tħobbu lil xulxin.
Ġw 13:31-33a,34-35
 
IL-HAMIS – 19 ta’ MEJJU 2022
Fis-6.00 pm jkun hawn hin ta’ Adorazzjoni mic-Centru Socjali tal-Anzjani u fis-6.30 pm il-Quddiesa.
 
IL-HADD – 22 ta’ MEJJU 2022
Fil-Quddiesa tal-5.00 pm issir l-Ewwel Tqarbina lit-tfal gejjin miz-zona Familja Mqaddsa Sghajtar.
 
NOTI :
Il-lotterija li ghamlu l-abbatini intrebhet bil-biljett blue nru 64.
 
Mill-ewwel Hadd ta’ Gunju il-quddiesa ta’ filghaxija tal-Hadd tibda tkun fil-5.30 pm hlief fil-Festi ta’ Corpus u l-Qalb ta’ Gesu li tkun fil 5.00 pm minhabba li wara jkun hemm il-Purcissjoni.
 
Nitolbu ghar-ruh:  Patrick Vella; aghtih o Mulej ……

AVVIZI
 
IL-HADD – 8 ta’ MEJJU 2022
Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid
EVANĠELJU
Lin-nagħaġ tiegħi nagħtihom il-ħajja ta’ dejjem.
Ġw 10:27-30
 
Infakkru Jum l-Omm; ic-Cimiterju jkun miftuh matul il-jum u fl-10.30 am se jkun hemm quddiesa b’suffragju tal-Ommijiet taghna mejtin.
 
IT-TNEJN – 9 ta’ MEJJU
Festa ta’ San Gorg Preca
Fis-6.30 pm quddiesa bis-sehem tat-Tfal tal-MUSEUM flimkien mal-genituri taghhom u l-Katekisti.
 
L-ERBGHA’ – 11 ta’ MEJJU 2022
Fil-knisja ta’ Sta Lucija fid 9.00 am jkun hemm il-Laqgha tat-Terzjarji Karmelitani li tinkludi Quddiesa u Ruzarju.
 
Tul l-Erbghat ta’ Mejju il-membri tal-Legjun ta’ Marija fis-6 pm ser jghidu r-Ruzarju hdejn l-istatwa tal-Madonna fi Triq Raheb Kurradu, fi Gnien l-Imhalla u fil-Knisja ta’ Sta Lucija. Min jixtieq jista jissieheb maghhom.
 
IL-HAMIS – 12 ta’ MEJJU 2022
Fl-Oratorju ikollna Coffee Morning; biljetti jinkisbu minghand il-helpers.
 
Fis-6.00 pm jkun hawn hin ta’ Adorazzjoni mill-Grupp tal-Hniena Divina u fis-6.30 pm il-quddiesa.
 
NOTI :
Infakkru li fl-Annexe hemm ghal bejgh diversi Rigali li wiehed jista jaghti f’din l-okkazzjoni ta’ Jum l-Omm. Grazzi tal-koperazzjoni taghkom.
 
Hemm il-hsieb li l-Parrocca  torganizza Pellegrinagg ghal Lourdes bejn is-17 u 21 ta’ Lulju; aktar dettalji jinkisbu  mill-ufficcju parrokkjali.
 
Ic-Celebrazzjoni tal-Ewwel Tqarbina ghal din is-sena huma dawn:
Fil-Kolleggjata ghat tfal tas-Sghajtar l-Hadd 22 ta’ Mejju fil-5.00 pm
Fis-Santwarju tal-Hniena Divina l-Hadd 29 ta’ Mejju fil 5.30 pm
Fil-Kolleggjata ghat-Tfal tal-MUSEUM il-Hadd 12 ta’ Gunju fl-10.30 am
 
Infakkru lil min ghadu ma tax lura il-libsa li biha kien se jiehu sehem fil-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira sabiex jirritornha fil-granet li gejjin.
 
Nitolbu ghar-ruh: Mary Buhagiar; Aghtiha o Mulej…
 

AVVIZI
 
IL-HADD – 1 ta’ MEJJU 2022
Tielet Ħadd tal-Għid
EVANĠELJU
Ġesù qabad il-ħobż u newwilhulhom; u hekk ukoll għamel bil-ħut.
Ġw 21:1-19
 
1 ta’ Mejju: Festa ta’ San Guzepp Haddiem.
Fil-5.00 pm jkollna Quddiesa Kantata bl-omelija u wara tohrog il-purcissjoni; nispiccaw bil-Benedizzjoni Sagramentali.
 
L-ERBGHA’ – 4 ta’ MEJJU 2022
Minn nhar l-Erbgha u tul l-Erbghat ta’ Mejju il-membri tal-Legjun ta’ Marija fis-6 pm ser jghidu r-Ruzarju hdejn l-istatwa tal-Madonna fi Triq Raheb Kurradu, fi Gnien l-Imhalla u fil-Knisja ta’ Sta Lucija. Min jixtieq jista jissieheb maghhom.
 
IL-HAMIS – 5 ta’ MEJJU 2022
Wara l-quddiesa tad-8.45 am il-Grupp tal-Irgiel ikollhom il-laqgha taghhom fil knisja.
 
IL-GIMGHA – 6 ta’ MEJJU 2022
Fis-6.00 pm jkun hawn hin ta’ Adorazzjoni u jsir talb ghal Vokazzjonijiet u fis- 6.30 pm il-quddiesa.
 
IL-HADD – 8 ta’ MEJJU 2022
Infakkru Jum l-Omm; ic-cimiterju jkun miftuh matul il-jum u fl-10.30 am se jkun hemm quddiesa b’suffragju tal-Ommijiet taghna mejtin.
 
NOTI :
Infakkru li fl-Annexe hemm ghal bejgh pjanti, rigali, kejkijiet u affarijiet ohra. Grazzi tal-koperazzjoni taghkom.
 
Il-Knisja f’Malta tfakkar ukoll Jum il-Karita’; il-gbir kollu li jsir fil quddiesa tal-week end ikun b’risq il-hidma tal knisja ma persuni imgarrbin. Inkunu generuzi.
 
Infakkru li l-parrocca qed tipprovdi flixkun bl-Ilma Imbierek kif ukoll is-santa ta’ Tberik bit-talba fiha; tistghu tidhlu fis-sagrestija ghalihom; qed jinghataw b’xejn biss donazzjoni tigi milqugha u apprezzata. Tajjeb li insibu hin sabiex ningabru bhala familja u nitolbu flimkien fi djarna.
 
Nghidu grazzi kbira lill-grupp kollu tal-ushers li llum jigu fit-tmiem il-hidma taghhom fil-Kolleggjata taghna; hidma maghmula b’dedikazzjoni u b’serjeta kbira u dan sabiex iharsu sahhietna f’dan il post qaddis.
 
Issa li tnehhew il-mizuri ta’ prevenzjoni fil knejjes, biss tajjeb nibqghu naghtu kaz u nibzghu ghalina infusna u ghal xulxin.
 
Il-pagni tan-Nieqa ghax-xahar ta’ Mejju jinsabu fuq il mezzi tal-media socjali tal-parrocca. Nissuggerulkom fost ohrajn taqraw il-Kelma tal-Arcipriet.
 
Nitolbu ghar-ruh: Edward Calleja, Kristinu Grech u Victoria Galea; Aghtihom o Mulej…
 

AVVIZI
 
IL-HADD – 24 ta’ APRIL 2022
Tieni Ħadd tal-Għid
Il-Ħadd tal-Ħniena Divina
EVANĠELJU
Tmint ijiem wara ġie Ġesù.
Ġw 20:19-31
 
Niccelebraw il-Festa tal-Hniena Divina;
Fis-Santwarju tal-Hniena Divina  fil-5.00 pm jkun hemm Adorazzjoni u Quddiesa mmexxija mill-Isqof Awziljarju Mons Joseph Galea Curmi. Imheggin niehdu sehem.
 
IT-TNEJN - 25 ta’ APRIL 2022
Fl-Annexe fis 7.15 pm issir il laqgha tal-Kummissjoni Familja.
 
IT-TLIETA – 26 ta’ APRIL 2022
Se jkollna Coffee Morning fl-Oratorju; biljetti jinkisbu minghand il-helpers.
 
IL-HAMIS – 28 ta’ APRIL 2022
Fis-6.00 pm jkun hawn hin ta’ Adorazzjoni mill-Grupp tal-Kelma tal-Hajja u
fis-6.30 pm il-Quddiesa.
 
IS-SIBT – 30 ta’ APRIL 2022
Fl-okkazzjoni ta’ Jum l-Omm fl-Annexxe se jkollna ghal bejgh pjanti, rigali, kejkijiet u affarijiet ohra. Grazzi tal koperazzjoni taghkom.
 
IL-HADD – 1 ta’ MEJJU 2022
Festa ta’ San Guzepp Haddiem.
Fil-5.00 pm jkollna Quddiesa Kantata bl-omelija u wara tohrog il-purcissjoni; nispiccaw bil-Benedizzjoni Sagramentali.
 
NOTI :
Zwieg u Familja huwa l-isem tal-ktieb tal-pubblikazzjoni Religjon u Hajja. Fih gabra ta’ esperjenzi ta’ hajja mizzewga mill-awtur innifsu Ronnie Gauci. Min jixtieq jista jixtri wiehed mis- Sagrestija. Dan huwa mod iehor kif tkunu tghinu lill-parrocca taghna.
 
Tifhmu li minhabba diversi ragunijiet it-Tberik fil-familji mhux possibli li jsir; il-parrocca qed tipprovdi flixkun bl-ilma imbierek kif ukoll is-santa ta’ tberik bit-talba fiha; tistghu tidhlu fis-sagrestija ghalihom; qed jinghataw b’xejn biss donazzjoni tigi milqugha u apprezzata. Tajjeb li insibu hin sabiex ningabru bhala familja u nitolbu flimkien fi djarna.
 
Illum l-Abbatini qed ikomplu bil-lotterija taghhom; grazzi lilkom tal-koperazzjoni maghna.
 
Nitolbu ghar-ruh: Salvu Deguara, Alfred Scerri u Theresa Catania; Aghtihom o Mulej…


********
 

IS-SIBT 9 ta’ APRIL 2022
Ninfurmaw li l-funeral tas-Sur Anthony Gauci, missier l-Arċipriet Kan. Dun David Gauci, ser isir illum, is-Sibt, 9 t'April 2022 fl-10:00 am, fil-Knisja Kolleġġjata tan-Naxxar. Agħtih o Mulej il-mistrieħ ta' dejjem.
 
AVVIZI
 
IL-HADD – 10 ta’ APRIL 2022
HADD IL-PALM U L-PASSJONI TAL-MULEJ
EVANĠELJU
Il-passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu.
Lq 22, 14 – 23, 56
 
Il-programm filghodu jkun hekk; ikun hawn quddies fis-6.00 am, 7.00 8.00 u 9.00 am. Fl-10.30 am isir it tberik tal-Palm u taz-Zebbug fuq iz-zuntier tal-knisja ta’ Sta Lucija u nitilghu purcissjoni lejn il-Kolleggjata fejn titkompla quddiesa kantata.
 
IT-TNEJN - 11 ta’ APRIL 2022
Nibdew it-Tridu tal-Gimgha l-Kbira;
fis 6.30 pm Quddiesa bil kant u bl-omelija.
 
IT-TLIETA – 12 ta’ APRIL 2022
Fil-5.30 pm quddiesa letta u fis 6.00 pm tibda hierga l-Purcissjoni bl-istatwa tad-Duluri. Fi tmiem il-purcissjoni tinghata l-Benedizzjoni Sagramentali fil-pjazza. Imheggin niehdu sehem.
 
Fis-Santwarju tal-Hniena Divina fis-7.00 pm se jkun hemm Kuncert ta’ Muzika Sagra. Min jixtieq jista jattendi.
 
IL-HAMIS – 14 ta’ APRIL 2022
Hamis ix-Xirka; jum it-Twaqqif tal-Ewkaristija u tas-Sacerdozju.
Fis-6.30 pm Koncelebrazzjoni Solenni bir-rit tal-hasil tar-riglejn; wara t-tqarbin isir it-transport tal-Ewkaristija lejn l-Artal tar-Reposizzjoni.
 
Fit-8.30 pm ikollna l-visti u fl-10.00 pm jibda hin ta’ Adorazzjoni.
 
Fis-Santwarju tal-Hniena Divina wkoll se jkun hemm l-Adorazzjoni quddiem l-artal tar-reposizzjoni bejn is-7.00 pm u l-10.00 pm
 
Waqt li l-Kappella ta’ Sta Marija tax-Xaghra se tkun miftuha wkoll ghall-Adorazzjoni bejn il-11.00 pm u s-7.00 am
 
 
IL-GIMGHA – 15 ta’ APRIL 2022
IL-GIMGHA L-KBIRA
Tifkira Solenni tal-Mewt ta’ Kristu;
Fis-6.00 am u fis 7.00 am jkollna l-Visti; fit-8.30 am Salmi tal-ufficcju tal-qari u tas-sbih il-jum; fid-9.30 am Adorazzjoni ghat-Tfal u fl 10.30 am jerga jkollna l-Visti.
 
Fis-2.30 pm tinghad il-Via Sagra u fit 3.00 pm tibda l-Azzjoni Liturgika li fiha nfakkru l-Mewt ta’ Kristu.
Fil-5.30 pm tibda hierga l-Purcissjoni bis-sehem taz-zewg Baned tan-Naxxar.
 
Quddiem is-Santwarju tal-Hniena Divina se jkun hemm il-Mobile Unit tad-Demm ghal dawk li jixtiequ jaghtu d-demm.
 
Infakkru li hemm obbligu ghas-Sawm u l-Astinenza.
 
IS-SIBT – 16 ta’ APRIL 2022
Fit-8.00 pm tibda l-funzjoni tal-Vgili tal-Ghid li tinkludi tberik tan- nar u l-ilma, qari mill-Kotba Mqaddsa u Maghmudija lit-trabi taghna.
 
IL-HADD – 17 ta’ APRIL 2022
L-GHID IL-KBIR
Il-qawmien ta’ Gesu mill-Mewt.
 
Il-hin tal-quddies ikun fis 6 am, 7 am, 8 am u fid-9 am.
Fl-9.45 am tibda hierga l-Purcissjoni bl-istatwa tal-Irxoxt.
Fil-11 am ikollna quddiesa ohra u wara tidhol il-Purcissjoni.
 
Il-programm dettaljat tal-Gimgha Mqaddsa issibuh fuq in-notice board kif ukoll fuq il-mezzi tal-media socjali tal-parrocca.
 
Mal-kaxxi li hemm mal-bibien tal-knisja poggejna nota sabiex naghtu offerta ta’ flus b’risq is-Segretarjat Assisstenza Socjali.
 
Man-notice board li hemm fejn l-artal ta’ San Lawrenz hemm posters li juru zewg progetti li bi hsiebna naghmlu ghall-istatwi tar-Redentur il-Qadim kif ukoll tal-Irxoxt. Napprezzaw donazzjoni ghall-ispejjez taghhom.
 
Illum qed jitkompla l-bejgh tal-figolli. Grazzi tal-ghajnuna u s-sapport taghkom.
 
Kif tafu issa gew rilaxxati iktar mizuri marbuta mal-Covid 19 biss infakkru li l-ilbies tal-maskra fil-knisja ghadu obligatorju.
 
Nitolbu ghar-ruh: Louise Borg, u Ninu Gauci; Aghtihom o Mulej…

 

AVVIZI
 
IL-HADD – 3 ta’ APRIL 2022
IL-HAMES HADD TAR-RANDAN
EVANĠELJU
Min fostkom hu bla dnub jitfgħalha hu l-ewwel ġebla.
Ġw 8:1-11
 
IL-HADD – 3 ta’ APRIL 2022
Il-hin tal-Quddies fil-Kolleggjata llum  huwa hekk;
6.00 am, 7.00 am. 8.00 am u 5.00 pm


Fl-10.15 am fuq il-fosos il-Papa Frangisku jiccelebra Quddiesa u jwassal il-messagg tieghu lilna lkoll.  Xieraq li nsegwu il-vjagg tieghu f’Malta minn fuq il-mezzi ta’ komunikazzjoni.

 
Fis-Santwarju tal-Hniena Divina filghaxija se jkun hemm quddiesa fl-4.30 pm
 
IL-HAMIS - 7 ta’ APRIL 2022
Lejliet id-Duluri;
Fis-5.45pm jkun hawn Celebrazzjoni Penitenzjali komunitarja u fis 6.30 pm jkollna l-Quddiesa
 
IL-GIMGHA – 8 ta’ APRIL 2022
Festa ta’ Marija Addolorata taht is Salib.
Il-hin tal-quddies filghodu jkun bhas soltu;
Filghaxija l-programm ikun hekk; fil-5.00 pm u fid-6.00 pm quddiesa bl-omelija u fit-8.00 pm jibda kuncert ta’ Muzika Sagra mill-Banda Peace.
 
IL-HADD – 10 ta’ APRIL 2022
Hadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej;
Il-programm filghodu jkun hekk; ikun hawn quddies fis-6.00 am, 7.00 8.00 u 9.00 am.
Fl-10.30 am isir it-tberik tal-Palm u taz-Zebbug fuq iz-zuntier tal-knisja ta’ Sta Lucija u nitilghu purcissjoni lejn il-Kolleggjata fejn titkompla quddiesa kantata.
 
Il-programm dettaljat tal-Gimgha Mqaddsa issibuh fuq in-notice board kif ukoll fuq il-mezzi tal-media socjali tal-parrocca.
 
NOTI :-
Mal-kaxxi li hemm mal-bibien tal-knisja poggejna nota sabiex naghtu offerta ta’ flus b’ risq is-Segretarjat Assisstenza Socjali.
 
Illum qed jitkompla l-bejgh tal-Figolli fl-Annexe. Grazzi tal-ghajnuna u s-sapport taghkom.
 
Nitolbu ghar-ruh: Carmela Cachia; Aghtiha o Mulej …..



AVVIZI
 
IL-HADD – 27 ta’ MARZU 2022
IR-RABA’ HADD TAR-RANDAN
EVANĠELJU
Dan ħuk kien mejjet u reġa’ qam, kien mitluf u nstab.
Lq 15:1-3,11-32
 
T-TNEJN – 28 ta’ MARZU 2022
Fil-Kolleggjata wara l-quddiesa ta’ filghaxija jibda Kors ta Ezercizzi ghal kulhadd; il-predikatur huwa Fr Christopher Bugeja.
 
IL-GIMGHA – 1 ta’ APRIL 2022
Fl-Annexe bejn is 7.00 am u Nofs-in-nhar u mill-4.00 pm sas 7.00 pm ikollna l-bejgh tal-figolli. U jkompli wkoll matul il-week end.
 
Fis-6.00 pm jkun hawn hin ta’ Adorazzjoni u fis 6.30 pm jkollna l-quddiesa bil-kant u wara l-vangelu issir riflessjoni marbuta mar-Hames misteru tat-tbatija.
 
L-isfqijiet taghna jixtiequ li jkun jum ta’ sawm u talb ghas-success taz-zjara tal Papa Frangisku f’Malta.
 
IS-SIBT – 2 ta’ APRIL 2022
Jasal fostna l-Q.T. Il Papa Frangisku ghal zjara ta’ jumejn.
 
IL-HADD – 3 ta’ APRIL 2022
Il-hin tal-Quddies fil-Kolleggjata jkun hekk;
6.00 am, 7.00 am. 8.00 am u 5.00 pm
 
Fl-10.15 am fuq il-fosos il-Papa Frangisku jiccelebra Quddiesa u jwassal il-messagg tieghu lilna lkoll.  Xieraq li nsegwu il-vjagg tieghu f’Malta minn fuq il-mezzi ta’ komunikazzjoni.
 
NOTI :-
Infakkru li kuljum matul ir-Randan fis-6.00 pm tinghad il-Via Sagra.
 
Donnu hawn diversi li ma fehmux ghaliex il-purcisjoni tad-Duluri mhix ser tohrog fil-gurnata proprja taghha; ir raguni hi ghaliex id-direttivi tas-sahha jippermettu  purcissjonijiet mill-10 ta’ April il-quddiem. Infakkru li fil-parrocca taghna id-Duluri se tohrog it-Tlieta 12 ta’ April fis-6.00 pm
 
Nitolbu ghar-ruh: Marija Sarreo u Salvu Camilleri: Aghtihom o Mulej…..

AVVIZ IMPORTANTI

Nhar il-Gimgha li gej  25 ta’ Marzu il-Papa Frangisku jixtieq li kulhadd jinghaqad mieghu spiritwalment halli nitolbu ghal paci fid-dinja.
 
Dak in nhar huwa se jikkonsagra il-pajjizi tar-Russja u tal-Ukrejna lill-Qalb bla tebgha ta Marija.
 
Il-parrocca taghna wkoll se nkunu maghqudin mieghu; ghaldaqstant ahna s-sacerdoti se nkunu qed nikkoncemebraw flimkien f'quddiesa li tibda fil 4.45 pm.
 
Nistednukom tkunu maghna.


Fr. David Gauci
Arcipriet

********

KONSAGRAZZJONI TAR-RUSSJA U L-UKRAJNA
 
Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Marzu 2022, il-Papa Franġisku se jmexxi ċelebrazzjoni penitenzjali fil-Bażilka ta’ San Pietru, il-Vatikan, li fiha se jagħmel it-talba ta’ konsagrazzjoni tar-Russja u l-Ukrajna lill-Qalb Imqaddsa ta’ Marija. Din iċ-ċelebrazzjoni se tkun trasmessa fuq it-TV2000 u tibda fil-5 p.m.
 
Il-Papa għamel stedina biex mad-dinja kollha, dak inhar, l-Isqfijiet jissieħbu miegħu fit-talb għall-paċi permezz ta’ din il-konsagrazzjoni.
 
Fl-Arċidjoċesi ta’ Malta, il-quddiesa tad-9.30 a.m. nhar il-25 ta’ Marzu 2022, trasmessa fuq it-TV, se tkun f’għaqda mal-intenzjoni u t-talb tal-Papa. Imbagħad filgħaxija, fis-5.45 p.m. fil-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Annunzjata, Ħal Balzan, se jkun hemm ir-Rużarju u t-talba ta’ Konsagrazzjoni u jitmexxew mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi billi Mons. Arċisqof se jkun Ruma. Din iċ-ċelebrazzjoni tkun livestreamed. Wara, fis-6.30 p.m., ikun hemm quddiesa tas-Solennità ta’ Marija Annunzjata, li titmexxa wkoll mill-Isqof Awżiljarju.
 
Kulħadd hu mistieden jipparteċipa f’dawn iċ-ċelebrazzjonijiet.
 
Inħeġġu lil kulħadd biex inkomplu nitolbu għall-paċi fid-dinja, u b’mod partikulari għall-paċi fl-Ukrajna, għall-vittmi tal-invażjoni, għal dawk kollha – miljuni ta’ nies – li kellhom iħallu lil arthom, u għal dawk kollha li sofrew u qed isofru ħafna mill-ħerba terribbli b’riżultat tal-gwerra.
 
Maħruġa mill-Kurja Arċiveskovili ta’ Malta, Floriana, illum 22 ta’ Marzu 2022.

AVVIZI
 
IL-HADD – 20 ta’ MARZU 2022
IT-TIELET HADD TAR-RANDAN
EVANĠELJU
Jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu xorta waħda.
Lq 13:1-9
 
IT-TNEJN – 21 ta’ MARZU 2022
Fil-Kolleggjata fil-5.00 pm issir l-ewwel qrara ghat-tfal subien tal-Ewwel Tqarbina. Il-genituri mhegga jigu wkoll.
 
L-ERBGHA – 23 ta’ MARZU 2022
Fid-8.45 am jitlaq it-transport mill-Pjazza ghal dawk li gejjin il-pellegrinagg ghar-Redentur tal-Isla.
 
Fil-Kolleggjata fl-4.30 pm issir l-ewwel qrara ghat-tfal bniet tal-Ewwel Tqarbina ta’ din is-sena. Xieraq li l-genituri jigu wkoll.
 
Fil-Kolleggjata fis-7.15 pm issir Laqgha ghall-Koppji Gharajjes li se jizzewgu matul din is-sena.
 
IL-HAMIS – 24 ta’ MARZU 2022
Fis-6.00 pm jkollna hin ta’ Adorazzjoni mill-Ministri tat-Tqarbin u fis 6.30 pm il-Quddiesa.
 
IL-GIMGHA – 25 ta’ MARZU 2022
Fis-6.00 pm tinghad il-Via Sagra u fis 6.30 pm jkollna l-Quddiesa bil-kant u wara l-vangelu issir riflesjoni marbuta mar-Raba’ Misteru tat-Tbatija.
 
NOTI :-
Infakkru li kuljum matul ir-Randan fis 6.00 pm tinghad il-Via Sagra.
 
Fil-weekend li gej fil-Quddies kollu issir il-gabra b’risq is-Seminarju; inkunu generuzi ma dawn iz zghazagh li fis-snin li gejjin se jkunu is-sacerdoti taghna.
 
Illum ghandna ghall-bejgh il-Kwarezimal; grazzi tal-ghajnuna u s-sapport taghkom.
 
Is-somma li ngabret sa issa b’risq l-Ukrajna hija ta’ __________ euro. Nirringrazjawkom
 
Din is-sena l-Pellegrinagg bl-istatwa tad-Duluri fil-parrocca taghna se jsir nhar it-Tlieta 12 ta’ April fis-6.00 pm .
 
 
Inheggukom tuza dawn il-Links: https://djakonija.org/ilqa-u-haddan/
 
https://behold.mt/

******


AVVIZI
 
IL-HADD – 13 ta’ MARZU 2022
IT-TIENI HADD TAR-RANDAN
EVANĠELJU
Huwa u jitlob, id-dehra ta’ wiċċu tbiddlet.
Lq 9:28b-36
 
IL-HAMIS – 17 ta’ MARZU 2022
Fis-6.00 pm jkollna hin ta’ Adorazzjoni mill-Grupp tal-Abbatini u fis 6.30 pm il Quddiesa.
 
IL-GIMGHA – 18 ta’ MARZU 2022
Fis-6.00 pm tinghad il-Via Sagra u fis 6.30 pm jkollna l-Quddiesa bil-kant u wara l-vangelu issir riflesjoni marbuta mat Tielet Misteru tat-Tbatija.
 
IS-SIBT – 19 ta’ MARZU 2022
19 ta’ Marzu;
Solennita’ ta’ San Guzepp Gharus tal-Vergni Mqaddsa Marija
 
NOTI :-
Infakkru li kuljum matul ir-Randan fis 6.00 pm tinghad il-Via Sagra.
 
Dawk li jixtiequ jiehdu sehem fil-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira inkluz it-tfal ghandhom ikellmu lil xi membru fil-Grupp tal-Gimgha l-Kbira.
 
Infakkru biex taghtuna l-envelop bl-offerta taghkom b’risq il-Festa ta’ Marija Bambina ta’ din is-sena. Grazzi lil dawk li diga’ tawna.
 
Illum ghandna ghall bejgh il-kwarezimal; grazzi tal-ghajnuna u s-sapport taghkom.
 
Infakkru li Caritas Malta qed tappella ghal gbir ta’ fondi b’risq il-poplu ta’ Ukrajina. Ghal konvenjenza taghkom tistghu thalluhom mal-Arcipriet.
 
Nhar l-Erbgha 23 ta’ Marzu filghodu se jkollna Pellegrinagg ghar-Redentur tal-Isla; ahsbu minn kmieni ghal-biljetti.
 
Din is-sena l-Pellegrinagg bl-istatwa tad-Duluri fil-parrocca taghna se jsir nhar it-Tlieta 12 ta’ April fis-6.00 pm .
 
Biex wiehed jattendi ghall-Quddiesa tal-Papa Frangisku fuq il fosos irid jirregistra minn qabel; id-dettalji issibuhom fil-posters li hemm fin-notice boards. Dak in-nhar l-ahhar quddiesa fil-Kolleggjata tkun fit-8.00am.
 
 
Nitolbu ghar-ruh: Carmelo Baldacchino u Carroll Jones: Aghtihom o Mulej…… 


AVVIZI

 
IL-HADD – 6 ta’ MARZU 2022
L-EWWEL HADD TAR-RANDAN
EVANĠELJU
Ġesù, mimli bl-Ispirtu s-Santu, mar fid-deżert fejn kien imġarrab mix-Xitan.
Lq 4:1-13
 
Kull nhar ta’ Hadd qed ikun hemm quddiesa fil-knisja ta’ San Gwann fis-7.30 am u fil-knisja ta’ Sta Lucija fit-8.30 am.
 
It-Tqarbin qed jerga jibda jsir kif kien qabel il-Covid; jigifieri dawk prezenti jitilghu
f’purcissjoni lejn il-presbiterju; importanti li jkunu lebsin il-maskra u jzommu distanza xierqa minn xulxin halli hadd ma jhossu skomdu. It-tqarbin isir dejjem fuq il-pala tal-id.
 
IT-TLIETA – 8 ta’ MARZU 2022
Fl-okkazzjoni ta’ Jum il-Mara  se jkollna Coffee Morning fl-Oratorju. Ahsbu minn kmieni ghall-biljetti.
 
IL-HAMIS – 10 ta’ MARZU 2022
Fis-6.00 pm jkollna hin ta’ Adorazzjoni mill-Grupp tal-Hniena Divina u fis 6.30 pm il-Quddiesa.
 
IL-GIMGHA – 11 ta’ MARZU 2022
Fid-9.15 am jitlaq it-transport mill-Pjazza ghal dawk li gejjin nofs ta’ nhar irtir bil-quddiesa fil-Kunvent tal-Karmelitani l-Lunzjata fir- Rabat. Biljetti minghand il-helpers.
 
Fis-6.00 pm tinghad il-Via Sagra u fis 6.30 pm jkollna l-quddiesa bil-kant u wara l-Vangelu issir riflesjoni marbuta mat-Tieni Misteru tat-Tbatija.
 
NOTI :-
Infakkru li kuljum matul ir-Randan fis 6.00 pm tinghad il-Via Sagra.
 
Dawk li jixtiequ jiehdu sehem fil-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira inkluz it-tfal ghandhom ikellmu lil xi membru fil-Grupp tal-Gimgha l-Kbira.
 
In-Nieqa ghax-xahar ta’ Marzu tinsab fuq il-mezzi tal-media socjali tal-parrocca; jigifieri il-website u l-pagna ta’ facebook..
 
Infakkru biex taghtuna l-envelop bl-offerta taghkom b’risq il-festa ta’ Marija Bambina ta’ din is sena. Grazzi lil dawk li diga tawna.
 
Fil-weekend li gej se jkollna ghall-bejgh il-Kwarezimal;
 
Il-Caritas Malta qed tappella ghal gbir ta’ fondi b’risq il-poplu ta’ Ukrajina. Ghal konvenjenza taghkom tistghu thalluhom mal-Arcipriet.
 
Infakkru sabiex intom u telghin ghat-Tqarbin tkunu bil-maskra u zzommu distanza minn ma’ xulxin halli kulhadd ihossu komdu.
 
Nitolbu ghar-ruh: Marjanna Camilleri: Aghtiha o Mulej……
 

AVVIZI
 
IL-HADD – 27 ta’ FRAR 2022
IT-TMIEN HADD MATUL IS-SENA
EVANĠELJU
Mill-abbundanza tal-qalb jitkellem il-fomm.
Lq 6:39-45
 
Kull nhar ta’ Hadd qed ikun hemm quddiesa fil-knisja ta’ San Gwann fis-7.30 am u fil-knisja ta’ Sta Lucija fit-8.30 am.
 
IT-TNEJN – 28 ta’ FRAR 2022
Millum it-Tqarbin ser jerga jibda jsir kif kien qabel il-covid; jigifieri dawk prezenti jitilghu f purcissjoni lejn il-presbiterju; importanti li jkunu lebsin il-maskra u jzommu distanza xierqa minn xulxin halli hadd ma jhossu skomdu. It-tqarbin isir dejjem fuq il-pala tal-id.
 
IT-TLIETA – 1 ta’ MARZU 2022
L-Eċċellenza Tiegħu Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna se jiċċelebra quddiesa fil-Katidral Metropolita ta’ San Pawl l-Imdina b’sufraġju għal Monsinjur Arċisqof Ġużeppi Mercieca. Il-quddiesa tibda fis-6.00pm.
 
L-ERBGHA - 2 ta’ Marzu 2022
Bidu taz-zmien Qaddis tar-Randan.
Fil-quddies kollu jsir it-tberik u tqeghid ta’ rmied fuq ras in-nies;
Fis-6.30 pm Koncelebrazzjoni Solenni bil-kant u bl-omelija.
Infakkru li hemm obbligu ghas-sawm u astinenza. Fuq talba tal-Papa Frangisku it-talb u s-sagrificcji ta’ dan il jum noffruhom ghall-paci fl Ukraina.
 
Kuljum matul ir-Randan fis 6.00 pm tinghad il-Via Sagra.
 
IL-HAMIS – 3 ta’ MARZU 2022
Peress li jkun lejliet l-ewwel gimgha tax-xahar, il-grupp tal-Irgiel jattendu  ghal quddiesa tad-8.45 am u wara jkomplu bil-laqgha taghhom. Ikun hawn ukoll hin ghal qrar.
 
Fil-Kolleggjata fis-7.15 p.m. se ssir Laqgha ghall-Genituri li uliedhom ser jircievu l-Grizma tal-Isqof din is-sena. Mheggin jattendu
 
IL-GIMGHA – 4 ta’ MARZU 2022
L-ewwel gimgha tax-xahar;
Fis-6.00 pm jkun hawn hin ta’ Adorazzjoni u jsir talb ghal-vokazzjonijiet. Min nhar il-Gimgha u tul il-gimghat tar-Randan fis 6.30 pm jkollna l-quddiesa bil-kant u wara l-vangelu issir riflesjoni marbuta mal-misteri tat-tbatija.
 
NOTI :-
F’dan il-weekend wara l-quddiesa ser ikun hemm l-Abbatini ibighu il-biljetti; grazzi ta’ kull ghajnuna li taghtuhom.
 
Fl-okkazzjoni ta’ Jum il-Mara fit-8 ta’ Marzu se jkollna Coffee Morning fl-Oratorju. Ahsbu minn kmieni ghal biljetti.
 
Nhar il-Gimgha 11 ta’ Marzu se jkollna nofs ta’ nhar Irtir bil-quddiesa fil-kunvent tal-Karmelitani l-Lunzjata fir-Rabat. Biljetti minghand il-helpers.
 
Infakkru halli thallu l-envelope bl-offerta taghkom b’risq il-Festa tal- Bambina fis-sagrestija; minn issa nghidulkom grazzi tal- generozita taghkom.
 
Nitolbu ghar-ruh
: Luke Micallef: Aghtih o Mulej…….
 

AVVIZI
 
IL-HADD – 20 ta’ FRAR 2022
IS-SEBA’ HADD MATUL IS-SENA
EVANĠELJU
Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom.
Lq 6:27-38
 
Kull nhar ta’ Hadd qed ikun hemm quddiesa fil-knisja ta’ San Gwann fis-7.30 am u fil-knisja ta’ Sta Lucija fit-8.30 am.
 
IT-TNEJN – 21 ta’ FRAR 2022
Fl-Annexe fis-7.15 pm issir il-laqgha tal-Gruppi Familji Nsara.
 
L-ERBGHA - 23 ta’ FRAR 2022
Fil-Kolleggjata fil-5.15 pm se ssir laqgha ghall-genituri li uliedhom ser jaghmlu l-Ewwel Tqarbina din is-sena. Mheggin jattendu.
 
IL-HAMIS – 24 ta’ FRAR 2022
Fis-6.00 pm jkun hawn hin ta’ Adorazzjoni mill-Grupp ta’ l-Ispigolatrici della Chiesa u fis 6.30 pm il-quddiesa.
 
Fil-board room tal-Annexe fis-7.15 pm issir il-Laqgha tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali.
 
NOTI :-
Fuq in-notice board hemm dwar il-Legat imwaqqaf minn Nicol’Angelo Maccanuzio. Min jinteressah jista jaqrah.
 
Ghad fadal ftit Pavaljuni ghal mall-Galleriji bix-xbieha tal Kurcifiss tal-Vara l-Kbira tan-Naxxar ghal dawk li jixtiequ jixtru wiehed.
 
Qed jitqassmu l-envelops fid-djar  sabiex naghtu offerta b’risq il-festa ta’ Marija Bambina ta’ din is-sena. Tistghu thallu l-envelope bl-offerta taghkom fis-sagrestija. Nappellaw ghal generozita` taghkom.
 
Biz-zieda tal-postijiet fil-knisja, issa araw li tpoggu bilqeghda skont it-tabelli li ssibu fuq id-dahar tal-bankijiet. Grazzi tal-koperazzjoni taghkom ghal gid ta xulxin.
 
Wara l-quddiesa issibu ghall-bejgh il-qaghaq tal-ghasel; grazzi ta’ kull ghajnuna li taghtuna.
 
Nitolbu ghar-ruh: Donald Friggieri, Victor Gauci u Teresa Camilleri: Aghtihom o Mulej…….



AVVIZI
 
IL-HADD – 13 ta’ FRAR 2022
IS-SITT HADD MATUL IS-SENA
EVANĠELJU
Henjin intom li għalissa bil-ġuħ, ħażin għalikom, intom l-għonja.
Lq 6:17,20-26
 
Il-Quddiesa tal-Curia llum li tixxandar fuq TVM fid-9.30 am se jiccelebra l-Arcisqof Charles Scicluna mill-Knisja ta’ San Pawl tat-Targa.
 
Kull nhar ta’ Hadd qed ikun hemm quddiesa fil-knisja ta’ San Gwann fis-7.30 am u fil-knisja ta’ Sta Lucija fit-8.30 am.
 
IT-TLIETA – 15 ta’ FRAR 2022
Ikollna Coffee Morning fl-Oratorju; il-biljetti jinkisbu minghand il-helpers.
 
IL-HAMIS – 17 ta’ FRAR 2022
Fis-6.00 pm jkun hawn hin ta’ Adorazzjoni mill-Grupp tal-Hniena Divina u
fis 6.30 pm il-quddiesa.
 
NOTI :-
Infakkru li ghandna ghal bejgh pavaljuni ghal mall-galleriji bix-xbieha tal-Kurcifiss tal-Vara l-Kbira tan-Naxxar. Qed nimxu fuq bazi ta’ first come first served. Aktar dettalji minn fuq in-notice board.
 
F’dawn il granet ser jitqassam envelop fid-djar b’messagg go fih sabiex naghtu offerta ta’ flus b’risq il-festa ta’ Marija Bambina ta’ din is-sena. Nappellaw ghal generozita` taghkom.
 
Dawk il-genituri li uliedhom jattendu l-MUSEUM u din is-sena ser jaghmlu l-Ewwel Tqarbina jew il-Grizma tal-isqof, iridu jmorru l-ufficcju parrokkjali mill-aktar fis halli jirregistraw lill-uliedhom; jekk dan ma jsirx  it-tfal ma  jkunux jistghu jircievu is-Sagramenti.

 

AVVIZI
 
IL-HADD – 6 ta’ FRAR 2022
IL=HAMES HADD MATUL IS-SENA
EVANĠELJU
Telqu kollox u marru warajh.
Lq 5:1-11
 
Dalghodu il-Mobile Unit tad-Demm se tkun fil-Pjazza bejn it-8.30 am u s-1.00 pm ghal dawk li jixtiequ jaghtu d-demm. Wiehed irid jiehu mieghu l-karta tal-Identita.
 
Kull nhar ta’ Hadd qed ikun hemm quddiesa fil-knisja ta’ San Gwann fis-7.30 am u fil-knisja ta’ Sta Lucija fit-8.30 am.
 
IL-HAMIS – 10 ta’ FRAR 2022
Solennita’ tan-Nawfragju ta’ San Pawl f ‘Malta.
Xieraq li niehdu sehem fil-quddiesa; Il-hin tal-quddies ikun bhal nhar ta’ Hadd.
 
NOTI :-
Nhar it-Tlieta 15 ta’ Frar se jkollna Coffee Morning fl-Oratorju; il-biljetti jinkisbu minghand il-helpers.
 
Kif tafu il-parrocca tittrazmetti s-servizzi taghha li jsiru fil-Kolleggjata fuq il-mezzi socjali permezz ta’ skyline webcam. Biss nehtiegu voluntieri jghinuna nitrazmettu fuq il-pagna ta’ Facebook tal-parrocca kif ukoll fuq You Tube. Min jixtieq joffri dan is-servizz ikellem lil Fr Christopher.
 
Il-Kumitat festi esterni flimkien mal-Grupp organizzativ tal-Gimgha l-Kbira se jkollhom ghal bejgh pavaljuni ghal mall-galleriji bix-xbieha tal-Kurcifiss tal-Vara l-Kbira tan-Naxxar. Se nimxu fuq bazi ta’ first come first served. Aktar dettalji minn fuq in-notice board.
 
Fil-granet li gejjin ser jitqassam envelop fid djar b’messagg go fih sabiex naghtu offerta ta’ flus b’risq il-festa ta’ Marija Bambina ghal din is-sena. Nappellaw ghal generozita’ taghkom.
 
Illum membri tal-Kumitat tal-festa qed ibighu l-qaghaq tal-ghasel; nikkoperaw maghhom.
 
Nitolbu ghar-ruh: Mario Micallef; Aghtih o Mulej ….

*******************


AVVIZI
 
IL-HADD – 30 ta’ JANNAR 2022
IR-RABA’ HADD MATUL IS-SENA
EVANĠELJU
Ġesù ma kienx mibgħut għal-Lhud biss.
Lq 4:21-30
 
Kull nhar ta’ Hadd qed ikun hemm quddiesa fil-knisja ta’ San Gwann fis-7.30 am u fil-knisja ta’ Sta Lucija fit-8.30 am.
 
IT-TLIETA – 1 ta’ FRAR 2022
Fl-okkazzjoni ta’ Jum il-Hajja Konsagrata fis Santwarju tal-Hniena Divina fil-5.30 pm Mons Arcisqof iqaddes ghar-Religjuzi Ikkonsagrati.
 
L-ERBGHA – 2 ta’ FRAR 2022
Festa tal-Prezentazzjoni tal-Mulej fit-Tempju;
Fis-6.00 pm Ruzarju u wara jsir it-tberik tax-xema, purcissjoni fil-knisja u Quddiesa Kantata bl-Omelija.
 
IL-HAMIS – 3 ta’ FRAR 2022
Peress li jkun lejliet l-ewwel gimgha tax-xahar, il-Grupp tal-Irgiel huma mistiedna ghall-quddiesa tad-8.45 am u wara jkomplu bil-laqgha taghhom.
 
Jergghu jibdew wkoll il-laqghat organizzati mic-Centru Socjali tal-Anzjani; dawn isiru fl-Annexe u jibdew wara l-quddiesa tad-8.45 am.
 
IL-GIMGHA – 4 ta’ FRAR 2022
Fis-6.00 pm jkun hawn hin ta’ Adorazzjoni u jsir talb  ghall-Vokazzjonijet u fis 6.30 pm il-Quddiesa.
  
NOTI :-
Nhar il Hadd li gej il-mobile unit tad-Demm se tkun fil-pjazza bejn it 8.30 am u s 1.00 pm ghal dawk li jixtiequ jaghtu d-demm. Wiehed irid jiehu mieghu l-karta tal-Identita.
 
Matul ix-xahar ta’ Frar ser jintlaqghu applikazzjonijet on line ghad-dhul fl-iskejjel tal-knisja; aktar dettalji minn fuq in-notice boards
 
Nixtiequ li fil-knisja ta’ Sta Marija tax-Xaghra fejn ikun hemm l-espozizzjoni tas-Santissmu Sagrament ikun hemm presenza kontinwa ta’ nies jitolbu; dawk li jixtiequ joffru hin ta’ talb jinfurmaw fis-sagrestija.
 
Il-Harga ta’ In Nieqa ghax xahar ta’ Frar tinsab fuq il-mezzi socjali tal-parrocca; issibu taghrif dwar l-arlogg tal-knisja, xogholijiet fic-cimiterju, kif ukoll dwar ir-restawr tal-fronti spizju tal-Kolleggjata.
 
Nitolbu ghar-ruh: Carmel Mifsud u Guza Camilleri; Aghtihom o Mulej….

 

AVVIZI
 
IL-HADD – 23 ta’ JANNAR 2022
IT-TIELET HADD MATUL IS-SENA
EVANĠELJU
Din il-kitba seħħet illum.
Lq 1:1-4; 4:14-21
 
Il-Quddiesa tal-Kurja li tixxandar illum fuq TVM fid-9.30 am se tkun mill-Knisja ta’ San Pawl tat-Targa.
 
Kull nhar ta’ Hadd qed ikun hemm quddiesa fil-knisja ta’ San Gwann fis-7.30 am u fil-knisja ta’ Sta Lucija fit-8.30 am.
 
IL-HAMIS – 27 ta’ JANNAR 2022
Fis-6.00 pm jkun hawn hin ta’ Adorazzjoni mill-Grupp tad-Djakonija u fis-6.30 pm il-quddiesa.
 
NOTI :-
Id-direzzjoni tal-Kor Gaudete in Domino qed jaghmlu sejha ghall-membri godda fi hdan l-istess kor kemm nisa kif ukoll irgiel. Huma jiltaqghu darba f’gimgha ghal provi u jkantaw nhar ta’ Hadd fil-quddiesa tal-11.00 am. Min hu interessat ghandu jinforma fis-sagrestija.
 
Sa issa l-hsieb hu li d-dati ghac-Cerimonji tal-Ewwel Tqarbina fil-parrocca tan-Naxxar ghal din is-sena huma dawn;
Fil-Kolleggjata ghat-tfal tas-Sghajtar il-Hadd 22 ta Mejju fil-5.00 pm
Fis-Santwarju tal-Hniena Divina l-Hadd 29 ta Mejju fil-5.30 pm
Fil-Kolleggjata ghat-tfal tal-MUSEUM l-Hadd 12 ta Gunju fl-10.30 am
 
Is-Sagrament tal-Grizma tal-Isqof se jsir fix-xahar ta’ Novembru.
 
Nitolbu ghar-ruh: Marija Borg; Aghtiha o Mulej….
 

AVVIZI
 
IL-HADD – 16 ta’ JANNAR 2022
IT-TIENI HADD MATUL IS-SENA
EVANĠELJU
Dan li għamel Ġesù f’Kana tal-Galilija kien l-ewwel wieħed fost is-sinjali tiegħu.
Ġw 2:1-11
 
Kull nhar ta’ Hadd qed ikun hemm quddiesa fil-knisja ta’ San Gwann fis-7.30 am u fil-knisja ta’ Sta Lucija fit-8.30 am.
 
IT-TLIETA – 18 TA’ JANNAR
Jibda l-Ottavarju ta’ Talb ghall-ghaqda bejn il-Knejjes Insara; nitolbu halli ssehh ix-xewqa ta’ Gesu li nkunu lkoll merhla wahda taht raghaj wiehed.
 
IL-HAMIS – 20 ta’ JANNAR 2022
Fis-6.00 pm jkun hawn hin ta’ Adorazzjoni mill-Grupp Karizmatiku u fis 6.30 pm il-quddiesa.
 
IL-GIMGHA – 21 ta’ JANNAR 2022
Fis-Santwarju Bazilika tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta fis 6.30 pm jibda servizz Ekumeniku ta’ Talb.
 
NOTI :-
Nhar il-Hamis 20 ta’ Jannar se jkollna Coffee Morning fl-Oratorju; biljetti jinkisbu minghand il-helpers.
 
Nitolbu ghar-ruh; Marija Grech; Aghtiha o Mulej ….
 

AVVIZI
 
IL-HADD – 9 ta’ JANNAR 2022
EVANĠELJU
Ġesù tgħammed u waqt li kien qiegħed jitlob,
is-smewwiet infetħu. Lq 3:15-16,21-22
 
Kull nhar ta’ Hadd qed ikun hemm quddiesa fil-knisja ta’ San Gwann fis-7.30 am u fil-knisja ta’ Sta Lucija fit-8.30 am.
 
IL-HADD – 9 TA’ JANNAR
Festa tal-Maghmudija tal-Mulej.
Fit-3.30 pm quddiesa bic-celebrazzjoni tas-Sagrament tal-Maghmudija.
 
Il-Quddiesa tal-Hadd filghaxija qed tkun fil-5.00 pm.
 
IL-HAMIS – 13 ta’ JANNAR 2022
Fis-6.00 pm jkun hawn hin ta’ Adorazzjoni mill-Grupp tal-Hniena Divina u fis-6.30 pm il quddiesa.
 
IL-GIMGHA – 14 ta’ JANNAR 2022
Fl-annexe fis-7.00 pm ikomplu l laqghat tal-Meditazzjoni Nisranija. Min jixtieq jista jiehu sehem.

****Minhabba ragunijiet ta' sahha, ser ikollna nwaqqfu l-laqghat tal-Meditazzjoni Nisranija.  
 
IS-SIBT – 15 ta’ JANNAR 2022
Fil-Kon Katidral ta’ San Gwann fis 5.45 pm l-Arcisqof ser iqaddes u jiltaqa mal-Koppji Gharajjes li se jizzewgu tul is-sena 2022.
 
Nitolbu ghar-ruh: Charlie Grech: Aghtih o Mulej ….
 

AVVIZI

IL-HADD – 2 ta’ JANNAR 2022
Solennita’ tal-Epifanija tal-Mulej.
EVANĠELJU
Ġejna mil-Lvant nagħtu qima lis-Sultan.
Mt 2, 1-12
 
Kull nhar ta’ Hadd qed ikun hemm quddiesa fil-knisja ta’ San Gwann fis-7.30 am u fil-knisja ta’ Sta Lucija fit-8.30 am.
 
Il-Quddiesa tal-Hadd filghaxija qed tkun fil-5.00 pm.
 
IL-GIMGHA – 7 ta’ JANNAR 2022
Fis-6.00 pm jkun hawn hin ta’ Adorazzjoni u jsir talb ghall-vokazzjonijiet u fis 6.30 pm il quddiesa.
 
Fl-annexe fis-7.00 pm jergghu jibdew il-laqghat tal-Meditazzjoni Nisranija. Min jixtieq jista’ jiehu sehem.
 
Fic-Centru Pastorali Hniena Divina jibda l-kors ta’ thejjija taz-Zwieg ghall-gharajjes. Nawgurawlhom u nirringrazzjaw lill-koppji mexxejja.
 
IL-HADD – 9 TA’ JANNAR
Festa tal-Maghmudija tal-Mulej.
Fit-3.30 pm quddiesa bic-celebrazzjoni tas-Sagrament tal-Maghmudija.
 
NOTI:
Il-harga tan-Nieqa ghax-xahar ta’ Jannar tinsab fuq il-website u l-mezzi socjali tal-parrocca taghna.
 
B’effett immedjat minhabba l-pandemija ser jitwaqfu l-laqghat tac-Centru Socjali tal-Anzjani li jiltaqa nhar ta’ Hamis.
 
L-offerta tieghek illum inqisuha bhala l-istrina tieghek lill-Kolleggjata taghna li f’dawn ix xhur kollha offriet l-ahjar servizz biex tassigura is-sahha taghna lkoll. Grazzi tal generozita taghkom maghna.
 
Nitolbu ghar-ruh; Valentino Muscat, Marjanna Camilleri u Carmela Muscat; Aghtihom o Mulej ….
  

*******


L-AĦĦAR POSTS