IN-NIEQA - KELMA TAL-ARCIPRIET U L-MAGAZIN FLIMKIEN

MIN NIEQA AWWISSU 2022

IL-KELMA TAL-ARCIPRIET

Donnu jidher li bil mod il mod il hajja qed terga lura ghan normal minn kull aspett;
in nies qed isiefru, it tigijiet qed isiru minghajr restrizzjonijiet, il festi wkoll jinsabu
fl aqwa taghhom, kuncerti muzikali li ghalihom jattendu eluf ta maltin u l-bqija.
Ghalkemm esperjenzajna zieda fil kazijiet tal covid 19 biss intqal li sakemm ma
jkunx hemm kazijiet ta pazjenti fl ITU bil covid l-affari tkun taht kontroll.
Biss donnu jidher li mhux kollox rega gie ghan normal; qed nirreferi ghall-
attendenza tan nies fil quddiesa tal-Hadd fil-knejjes taghna. Naturalment ir
ragunijet jistghu ikunu hafna; is-sajf, is-shana, il-biza mil covid, l-ghazz, il bruda,
l-indifferenza u tant ragunijet ohra.

Irrid min hawn nappella lil kul min qed jaqra dan il messagg tieghi biex jekk int
wiehed / a minn dawk li ghadek ma ergajtx bdejt tmur ghal quddiesa tal-Hadd fil-
knisja taghmel proponiment mieghek innifsek li min nhar il Hadd li gej terga tibda
tmur ghal quddiesa fid dar ta Alla.

Tul awwissu niccelebraw festa tant ghaziza u popolari maghna l-maltin il festa ta
santa marija. Ejjew inqaddsuha bis smiegh tal quddies. Lejn l-ahhar tax xahar ahna
fin naxxar nibdew il programm bic celebrazzjonijiet ad unur it twelid tal vergni
mqaddsa – il Bambina. Nawgura li l-festa tkun verament mument ta ghaqda
bejnietna lkoll u okkazzjoni biex nikbru fit taghlim u nersqu aktar lejn Alla
permezz ta Ommu u Ommna Marija Bambina.

Nerga minn hawn ukoll nirringrazzja lil dawk kollha li tul is sena jahdmu sabiex
ikollna festa sabieha u fuq kollox qaddisa. Grazzi lis-sagristan u l-grupp tieghu tal
armar kemm fil knisja kif ukoll fuq barra.

Grazzi liz zewg kazini tal baned, liz zewg kmamar tan nar tal kontribut taghhom fil
festa taghna. Grazzi lilkom ilkoll li issostnuna bil generozita taghkom halli nkunu
nistghu inhallsu l-ispejjez kbar li l-festa ggib maghha.
Marija Bambina tberikna lkoll

Fr David Gauci

Programm għax-xahar ta' Awwissu

Gimgha, 5 Fis-6.00 pm jkun hawn hin ta Adorazzjoni
Fis 6.30 pm il-Quddiesa
Sibt, 6 Festa tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej.
Ikomplu s-Sibtijiet tal-Bambina.
Fis-6.00 p.m. Ruzarju, Kurunella, Salve u Antifona.
Fis-6.30 p.m. Quddiesa bl-omelija.
Ħadd, 7 Id-Dsatax il-Ħadd matul is-sena.
Messalin C
Hamis, 11 Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m. il-Quddiesa
Sibt, 13 Is sitt Sibt tal Bambina.
Hadd, 14 L-Ghoxrin Hadd matul is sena
Mess C
Fl-4.00 pm Quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-
Magħmudija
Tnejn, 15 Solennita tat-Tlugħ fis-sema tal-Verġni Marija.
Il-Hin tal-Quddies ikun bhal nhar ta Hadd
Ħamis, 18 Fis-6.00 p.m. Ruzarju; Fis-6.30 p.m. Quddiesa
Sibt, 20 Is-Seba Sibt tal-Bambina
Ħadd, 21 Il-Wieħed u Għoxrin Ħadd ta matul is-sena
Mess C
Hamis, 25 Fis-6.00 pm Ruzarju, fis-6.30 pm Quddiesa u fis-7.00 pm
Adorazzjoni ghas-success spiritwali tal-festa.
Ara l-kumplament fil-ktieb tal-festa mahrug apposta fl-okkazzjoni tal-Festa ta
Marija Bambina.

MIN NIEQA LULJU 2022
IL-KELMA TAL-ARCIPRIET
Il-Kelma tal-Arċipriet

 Qed nerga min hawnhekk naghmel sejha lil dawk li huma kompetenti fis social media sabiex javvicinawni ghax nixtieq li fil parrocca taghna jkollna grupp ta nies li jkunu mhux professuri fl IT imma li jkunu jafu jhaddmu sew dawn l-ghodod li llum grazzi ghax-xjenza u t teknologija ghandna ghad dispozzizzjoni taghna. 

Illum in nies hemm qed insibuhom; mhux aktar fil misrah tar rahal, lanqas fil pubs jew fil hwienet, izda fuq is social media; allura fuq Facebook, Instagram, Tik Tok, Messenger u l-bqija. 

Il Covid 19 ghallimna l-importanza ta dawn l-ghodod; meta konna msakkrin go djarna minhabba l-lock down, hafna nies baqghu ghaddejjin bil hidma taghhom billi setghu jahdmu on line. Illum li ma hemmx lock down hawn nies li ppreferew jibqghu jahdmu minn djarhom. Hekk ma jahlux hela ta hin isuqu fit traffiku, problem biex issib tipparkja u l-bqija. 

Ahna wkoll bhala knisja, il parrocca taghna kienet minn ta quddiem biex stajna inwaslu s-servizzi religjuzi taghna fi djarkom permezz ta dawn il mezzi. Biex inkomplu naghtu servizz ahjar jehtieg li jkolli grupp ta nies li jkunu iffukati fuq hekk halli jzommu aggornati dawn il mezzi tant utli. 

Kemm nies jirrikorru ghal web site ghal diversi bzonnijiet; hin ta quddies ftuh tal ufficcju parrokkjali, korsijiet ta kana, x hin jiftah ic cimiterju, meta issir il maghmudija u l-bqija. 

U nghiduha kif inhi l-kumdita kulhadd togghbu. Gieli nircievu messaggi bhal: mela mintmx ixxandruha l-quddiesa fuq face book ? 

L-ewwel nett il quddiesa sakemm ma ghandekx raguni ta mard ghandek tigi tismagha fid dar ta Alla. Biss jekk ghar xi raguni ma tistax u trid tismghahha mid dar, jien jehtieg li jkolli nies li jhaddmu dawn l-ghodod tal media. Altrimenti mhux se jkun possibli li nkomplu naghtu dan is servizz. 

Nittama li jkun hawn min jersaq u joffri mil hin u mill kapacitajiet tieghu f dan il qasam tal media ghal gid tal komunita parrokkjali kollha. Zgur li minn popolazzjoni ta kwazi 15, 000 ruh hawn min jista joffri dan is servizz. 

Fr David Gauci
 
Programm ghax-xahar ta Lulju
 
 
Ġimgħa, 1 Fis-6.00 p.m. ħin ta adorazzjoni u jsir talb ghall-vokazzjonijiet fis- 6.30 pm il-Quddiesa.Tifkira tal-Beatu Malti Nazju Falzon
 
Ħadd, 3  L-14  il-Ħadd matul is-sena.
 
Hamis, 7 Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m. il-Quddiesa
 
Ġimgħa, 8 Fit-8.00 p.m. tindaqq mota solenni biex tħabbar il-bidu tas-sibtijiet  bi thejjija għal-festa tal-Bambina.
 
Sibt, 9 L-Ewwel Sibt tal-Bambina.
Fis-6.00 p.m. Ruzarju, Kurunella, Salve u Antifona.
Fis-6.30 p.m. Quddiesa bl-omelija.
 
Ħadd, 10  Il-15 - il Ħadd matul is-sena                
 Fl-4.00 p.m. Quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-   
 Magħmudija.    
 
Ħamis, 14     Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m. il-Quddiesa
 
Sibt, 16 It-tieni Sibt tal-Bambina
 
Ħadd, 17 Is 17 - il Ħadd matul is-sena
 
Ħamis, 21     Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m. il-Quddiesa
 
Sibt, 23It-Tielet Sibt tal-Bambina
 
Ħadd, 24   Is- 17 il Ħadd matul is-sena.
 
Hamis, 29    Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m. il-Quddiesa 

MIN NIEQA - GUNJU 2022

Il-Kelma tal-Arċipriet

 

Ghall-ewwel darba qed nikteb dan il messagg f ambjent fejn il hajja bdiet terga tigi ghan normalita taghha. Il-Kolleggjata taghna regghet hadet ir ruh; bibien miftuha, bankjiet f posthom, bla restrizzjonijiet, bla hafna tabelli mhwahhla mal-post, tqarbin isir normali kif dejjem konna naghmlu kif ukoll il-gbir tal-offerta taghna. 

Fil waqt li dejjem nibqghu niehdu hsieb sahhietna u sahhet xulxin; naf li ghad hawn nies li ma irritornawx lejn il knejjes taghna ghas smiegh tal-quddies partikolarment dik tal-Hadd. 

Ejjew inwaqfu l-quddiesa tat TV u nigru lejn il knejjes taghna, nissiehbu fic-Celebrazzjoni tal Ewkaristija u nersqu lejn is Sagrament tar Rikonciljazzjoni. Ejjew ma nabbuzawx mid dispensa tal Arcisqof. Ma jaghmilx sens li tohrog u tmur kullimkien, xolghol, supermarkets, vaganzi ghawdex u safar u mbaghad ma tmurx knisja ghax tibza – meta nafu li l-knejjes kienu l-aktar postijiet sikuri. 

Dan ix xahar ta Gunju se  jkollna diversi okkazzjonijiet marbuta mal-Ewkaristija; insemmi; ic Celebrazzjoni tal-Ewwel tqarbina liz zghar taghna kemm tal parrocca kif ukoll taz zewg zoni pastorali; il festa tal Gisem u d Demm ta Kristu kif ukoll il festa tal-Qalb ta Gesu. 

Fil-granet bejn Corpus u l-Qalb ta Gesu fil-parrocca taghna jkollna dawk li insejhulhom Kwaranturi jigifieri erbghin siegha ta adorazzjoni quddiem Gesu Espost. Xieraq li nsibu hin sabiex nigu u nitolbu fis skiet quddiem l-Ewkaristija. 

Nixtieq ukoll min hawn nirringrazzjaw lis Superjur tal-Museum Johann Tabone li temm il hidma tieghu fostna biex ikompli jahdem f qasam iehor tas Socjeta u fl-istess hin nilqghu nu nawguraw hidma fejjieda lis Superjur il gdid is sur Tonio Farrugia minn Hal Qormi. Inzommuh fit talb taghna. 

Hekk kif ix xahar li ghadda fakkarna Jum l-Omm, issa f dan ix xahar ta Gunju propju fit tielet Hadd se nfakkru Jum il Missier. U fic cimiterju dak in nhar fl-10.30 am ikun hemm quddiesa. F isimkom nghid grazzi lil dawk il voluntiera li ta kuljum izommu ic cimiterju taghna nadif u ordnat. 

Fr David Gauci 

Programm ghax-xahar ta' GUNJU

 

Hamis, 2                  Fil-11.00 am fl-Oratorju Quddiesa u Ikla ghall-irgiel.

 

Gimgha, 3                Fis-6.00 pm Hin ta Adorazzjoni u jsir Talb ghall-

                                Vokazzjonijiet; Fis-6.30 pm tibda l-Quddiesa.

 

                                Fis-7.15 pm Quddiesa ta ringrazzjament lill-Grupp kollu

                                tal-ushers fi tmiem il hidma taghhom. Wara jkun hemm Wine

                                and Pizza.

 

Hadd, 5                   Sollennita ta Pentecoste.

                                Fil-6.00 pm fis-Santwarju tal-Hniena Divina jigi amministrat

                                Is-sagrament tal-Konfirmazzjoni lill-Adoloxxenti taz-zona.                  

 

                                Il-quddiesa ta filghaxija fil-Kolleggjata mil lum tibda tkun

                                fil-5.30 pm.

 

Hamis, 9                  Fis-6.00 pm Hin ta Adorazzjoni u fis-6.30 pm il-

                                Quddiesa.

 

                                Fis-7.15 pm fil-Board Room laqgha tal-Kunsill Parrokkjali

 

Hadd, 12                 Sollennita tat Trinita Qaddisa.

                                Fl-10.30 am Quddiesa li matulha issir il-Ewwel Tqarbina

                                lit-tfal tal-Museum.

 

                                Fil 11.00 am ma jkunx hemm quddiesa.

                                Fl-4.00 pm Quddiesa bic celebrazzjoni tal-maghmudija.

 

Il-Hamis, 16           Fis-6.00 pm Hin ta Adorazzjoni u fis-6.30 pm Il-

                                Quddiesa.

 

Il Hadd, 19               Sollennita tal-Gisem u d-Demm Imqaddes ta Gesu

                                 Fil-5.00 pm Quddiesa Kantata Sollenni u wara tohrog il-

                                 Purcissjoni bis-santissmu sagrament; jiehdu sehem fost

                                 ohrajn it tfal tal precett.

                                                                 

                                 Infakkru Jum il-Missier; Fic-Cimiterju fl-10.30 am

                                 Jkun hemm Quddiesa ghall missirijiet mejtin.

 

 

Mill-Erbgha 22 sal-    Jibdew il-Kwaranturi fil-Parrocca taghna. Gesu Ewkaristija

Gimgha, 24                jkun espost ghall-adorazzjoni taghna minn wara l-quddiesa

                                   tad-8.45 am sa 12.00 pm. U mill-5.00 pm sas-6.30 pm

 

Hamis,  23              Sollennita tat-Twelid ta San Gwann Battista. Fil-knisja tieghu

                                fis-6.45 pm ruzarju u fis 7.15 pm jkun hemm quddiesa kantata.

                                

 

Il-Hadd, 26               Sollennita tal-Qalb Imqaddsa ta Gesu

                                 Fil-5.00 pm Quddiesa Kantata Sollenni u wara tohrog il-

                                 Purcissjoni bis-santissmu sagrament; jiehdu sehem fost

                                 ohrajn it tfal tal precett.

 

Erbgha, 29              Sollennita tal-Martirju tal-Appostli San Pietru u San Pawl.

 

MIN NIEQA - MEJJU 2022 - Il-Kelma tal-Arcipriet
 
Kif avzajna fl-ewwel Hadd ta dan ix xahar, giet fit tmieha l-hidma sfiqa li wettqu tul is-sentejn tal pandemija il-grupp tal ushers taghna. Ghalkemm kien hemm xi individwi li forsi dejqithom id-dixxiplina stretta li wrew imma fuq kollox il maggoranza ta dawk li jiffrekwentaw il kolleggjata taghna dejjem ikkoperaw u kellhom kliem ta tifhir ghax fl-ahhar mill ahhar kulhadd jaf li l-uniku skop u xewqa taghom kienet li jharsu is sahha taghna.
 
Ghal informazzjoni ta kulhadd ahna dejjem imxejna skont ir regolamenti mahruga mid dipartiment tas sahha u d direttivi tal kurja tul il pandemija. Issa li gejna ghan normalita mhux gustifikat li ghax ghad hawn min jibza joqghod jikkritika li l-gbir fil quddies rega beda jsir bhalma dejjem kien isir qabel il covid.
 
Jekk int tibza tmissix il qoffa tal gbir; taf kif u fejn jekk tixtieq taghti offerta lill parrocca. Dawn li jibzghu imissu  l-qoffa tal gbir x jaghmlu meta jmorru fil hwienet u fis supermarkets  u tant postijiet ohra u jmissu b idejhom tant oggetti u flus li min jaf kemm nies qabilhom ikunu messew ? Fejn tidhol il-knisja hafna diffikultajiet u oggezzjonijiet ?
 
It- tberik fid djar mhux qed isir ghal iktar minn raguni wahda. Bin numru ta sacerdoti li fil mument huma disposti li jbierku mhux possibli minhabba n-numru kbir ta familji li ghandna fil parrocca. Ghiduli intom bi tliet sacerdoti kif tista tbierek il fuq minn 4500 familja ? Il-quddiem forsi naraw kif nergghu  nibdew iz zjajjar fil familji. Biss anke hawn irridu erba snin biex inkunu dhalna ghand kull familja.
 
F dawn il gimghat beda ix xoghol ta restawr fuq l-istatwa ta San Guzepp li hemm in naha tax  xelluq tal knisja taghna wara li temmejna b success ir restawr fuq l-istatwa tal Madonna tal Karmnu.
 
Bhalkom u daqskom nixtieq li l-arlogg tal-knisja jerga jibda jahdem; kull darba li ncempel lil min qed isewwih jghidli li fih hafna xoghol – naturalment hafna iktar spejjez mil figura tal-bidu.
 
Qed nippruvaw ingibu flus sabiex nibdew restawr estensiv fuq il knisja ta san gwann battista li ghandna fit tarf tar-rahal qabel taqbad triq il mosta.  Wara l-festa tal bambina inkun jista jinbeda xoghol ta manutenzjoni fuq is sejdi li ghandna fil kor tal knisja kolleggjata taghna – il post fejn il kanonci fil kapitlu jiltaqghu biex jitolbu flimkien f xi  sollennitajiet.
 
Dan l-ahhar kelli laqghta mal-perit sabiex titfassal applikazzjoni halli nkunu nistghu nibdew il progett ta kaxxi ( speci ta oqbra ) fic cimiterju; dawn huma intenzjonati l-aktar ghal min ma ghandux qabar privat tieghu allura wara sentejn mid difna tal qraba tieghu ikun jista jpoggi l fdal go kaxxa minn dawn. Il quddiem inkun nista naghtikom aktar dettalji.
 
Fr David Gauci

 

Programm ghax-xahar ta Mejju 2022

 

Hadd, 1              It-Tielet Hadd tal-Ghid.

                           Mess C  

                           Filghaxija: Festa ta San Guzepp

                           Fil-5.00 pm Quddiesa Kantata bl-omelija u wara tohrog il-

                           Purcissjoni.

 

Gimgha, 6          L-Ewwel Gimgha tax-xahar

                           Fis-6.00 pm Adorazzjoni u fis-6.30 pm il-Quddiesa.

 

Hadd, 8              Ir-Raba Hadd tal-Ghid: Jum l-Omm

                           Mess C        

                           Fit-3.30 pm Quddiesa bic-Celebrazzjoni tal-Maghmudija Infakkru       

                           Ic-Cimiterju jkun miftuh matul il-jum

 

Hamis, 12         Fis-6.00 pm Adorazzjoni u fis-6.30 pm il-Quddiesa.

 

Hadd, 15           Il-Hames Hadd tal-Ghid.

                         Mess C

 

Hamis,  19        Fis-6.00 pm Adorazzjoni u fis-6.30 pm il-Quddiesa.

 

Hadd, 22            Is-Sitt Hadd tal-Ghid

                          Mess C

                          Fil-5.00 pm fil-Kolleggjata Quddiesa bic- Celebrazzjoni tal-Ewwel

                          Tqarbina lit-Tfal mic-Centru Pastorali Sghajtar

 

Hamis, 26         Fis-6.00 pm Adorazzjoni u fis-6.30 pm il-Quddiesa.

 

Hadd, 29           Sollennita ta Tlugh il-Mulej fis-Sema

                          Mess C    pg 

MIN NIEQA APRIL 2022
IL-KELMA TAL-ARCIPRIET - APRIL 2022
 
Kif ilkoll nafu fl-ewwel weekend ta dan ix xahar se jkollna fil-gzejjer taghna lil Qdusija Tieghu l-Papa Frangisku ghall-vjagg appostoliku; vjagg li kellu jsir iktar qabel imma li thassar minhabba l-pandemija.
 
Inheggeg min hawn halli lkoll insegwi min fuq il mezzi tal-komunikazzjoni ( jekk mhemmx possibilita li narawh fizikament ) it-taghlim u d-diskorsi li se jwasslilna tul il-mawra tieghu fostna.
 
It tema maghzula mil-knisja f’Malta hija mehuda mir rakkont tal-migja tal-appostlu missierna san pawl f ‘malta u li nsibu fil-ktieb tal-atti tal-appostli meta san luqa jikteb; huma gabu ruhom maghna bi hlewwa liema bhalha.
 
Jalla din il hlewwa nuruha wkoll illum ahna l maltin mal-vigarju ta kristu kif urewha missirijietna ma l-appostlu tal-gnus. Nisimghu b attenzjoni l-kelma li ser iwasslilna marbuta mat tema tal-Hniena ( dak in nhar ikun il Hames Hadd tar Randan u l-vangelu jitkellem dwar il laqgha ta gesu mal- adultera ).
 
Imbghad Hadd wara nibdew l-iktar gimgha ghaziza u qaddisa fil-hajja tal-Knisja, isimha maghha Il Gimgha Mqaddsa. Peress li d-direttivi marbuta mal-pandemija se jkunu jippermettu, se jkun possibli li jsiru l-purcissjonijiet ta Hadd il Palm, tad Duluri trasferita, tal-Gimgha l-Kbira kif ukoll tal-Irxoxt.
 
Inheggeg sabiex nersqu lejn il Kolleggjata f dawn il granet meta se nfakkru il-misteru tat-tbatija, il mewt u l-Qawmien tas-Sinjur taghna Gesu Kristu. Ejjew nghixu dawn il granet qaddisa bl-ghemejjel qaddisa taghna ta talb ta sawm u ta karita.
 
Jalla l-mixja li qed naghmlu f dan ir randan twassalna sabiex fil vgili tal-ghid inkunu tassew nistghu nergghu ingeddu l-weghdiet tal-maghmudija taghna halli nkunu dejjem aktar insara ahjar insara mhux biss ta konvinzjoni imma ta konverzjoni kontinwa
 
Fr David Gauci

 Programm ghax-xahar ta April

 
 
Sibt, 2         Jasal Malta il-Q.T. il-Papa Frangisku
 
Hadd, 3      Il-hin tal-Quddies fil-Kolleggjata ikun hekk;
                   6.00 am 7.00 am 8.00 am u 5.00 pm
 
                   Fl-10.15 am il- Papa Frangisku jiccelebra quddiesa fuq il-Fosos.
 
Hamis, 7    Fis-5.45 p.m. Tibda celebrazzjoni Penitenzjali Komunitarja u fis-6.30
                  Il-Quddiesa.
 
Gimgha, 8  Festa ta Marija Addolorata taht is-Salib.
                   Filghodu l-hin tal-quddies ikun bhas-soltu;
                  Filghaxija l-programm ikun hekk;
                  Fil-5.00 pm u fis-6.00 pm quddies u fit 8.00 pm Kuncert mil-Banda
                  Peace.
 
Mill-Hadd 10 ta April  Ara l-Programm tal-Gimgha Mqaddsa.
       
Hamis, 21  Fis-6.00 p.m. jibda ħin ta Adorazzjoni u fis-6.30 p.m. il-Quddiesa
 
 Ħadd, 24     It-tieni Hadd tal-Ghid; Festa tal-Hniena Divina     
                    Mess C 
                    Fis-Santwarju tal-Hniena Divina fil-5.00 pm Adorazzjoni u Quddiesa.
L-E.T. Mgr Isqof Joe Galea Curmi se jiccelebra il-Festa tal-Hniena Divina 
                
Hamis, 28   Fis-6.00 p.m. jibda ħin ta Adorazzjoni u fis-6.30 p.m. il-Quddiesa
 

 

MIN NIEQA MARZU 2022

IL-KELMA TAL-ARCIPRIET - MARZU 2022

 
Mal-bidu ta dan ix xahar ta Marzu il-Knisja permezz tal-kalendarju Liturgiku taghha iddahhalna fiz zmien qaddis tar randan; zmien li jippreparana u jwassalna ghas solennita kbira anzi l-ikbar wahda tal-ghid il Kbir meta niccelebraw il-qawmien ta Kristu mil mewt.
 
Nittamaw li jekk ic-cirkustanzi jibqghu kif inhuma bhalissa dawn il festi nkunu nistghu niccelebrawhom b mod shih fil kolleggjata taghna.
 
Tiftakru li s-sena l-ohra il knejjes kienu maghluqa anke fil gimgha mqaddsa. Jalla nibqghu sejrin ghal ahjar halli il-knisja taghna tkun tista tilqa aktar nies ghac celebrazzjoni tal-quddiesa specjalment dik tal Hadd.
 
U l-ushers taghna jkunu jistghu itemmu l-hidma taghhom li ilhom sejrin biha ghal kwazi sentejn shah. Ghidtha u nerga nirrepetiha il kelma GRAZZI lilhom mhix bizzejjed.
 
Nittama li l-covid 19 heggeg fina ix xewqa li nirrintornaw lejn il knejjes taghna biex niehdu sehem fil quddiesa. Ghajb ghalina jekk nirragunaw li nkomplu bis smiegh tal quddiesa min fuq it televizzjoni.
 
Ilna intambru bizzejjed li mhemmx paragun bejn issegwi l-quddiesa fuq it televizjoni fid dar milli tiehu sehem  attiv u haj fil knisja u tersaq tircievi l-Ewkaristija. Staqsi ftit lilek innifsek; jekk bdejt tghix il hajja normali tieghek; tmur ghax xoghol, tohrog tixtri, forsi sifirt, tmur xi attivita socjali; allura li l-knisja ghala le meta nafu li l-knisja hija l-iktar post sikur ghal sahtek ?
 
Fl-ahhar gimgha ta Marzu se jkollna kors ta Ezercizzi  ghal kulhadd fil kolleggjata. Ghal beneficcju taghkom ilkoll minhabba restrizzjonijiet fil knisja, dawn l-ezecizzi se jixxandru dirett fuq il mezzi tal media socjali tal Parrocca; jigifieri il web cam, il pagna ta face book kif ukoll fuq you tube. Ir Randan nghixuh sewwa bis smiegh tal-Kelma ta Alla, bit talb u bis sawm.
 
Sakemm qed nikteb dan il messagg qed isiru diskussjonijiet dwar il possibilita li ssir il purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira. Ghad mhemmx diskussjoni dwar id-Duluri u l-Irxoxt. Kif ikollna l-informazzjoni nghadduha lilkom kif dejjem ghamilna.
 
Fr David Gauci
 
Programm ghax-xahar ta Marzu
 
Erbgha, 2    Bidu taz-Zmien Qaddis tar-Randan.
                    Hemm obbligu ghas-sawm u astinenza
                    Fis-6.30 pm Quddiesa Kantata bl-omelija.
                 
Ġimgħa, 5   Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u jsir talb gall-Vokazzjonijiet fis-6.30 p.m.   
                    Il-Quddiesa.
 
Ħadd, 6        L-Ewwel Hadd tar-Randan.
                    Mess C  
 
Ħamis, 10    Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m. Quddiesa
 
Ħadd, 13      It Tieni Ħadd tar-Randan
                     Mess   
                     Fit-3.30 p.m. Quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tas-sagrament tal-
                     Magħmudija.
 
Ħamis, 17     Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m. Quddiesa
 
Sibt, 19        Solennita ta’ San Ġuzepp, għarus tal-Verġni Mqaddsa Marija
                     Għalkemm mhemmx obbligu, xieraq li nieħdu sehem fil-quddiesa
 
Ħadd, 20       It-Tielet Ħadd tar-Randan
                     Mess C
 
Tnejn, 21      Fl-4.30 pm issir l-ewwel qrara ghat tfal subien tal-ewwel tqarbina
 
Erbgha, 23    Fl-4.30 pm issir l-ewwel qrara ghat tfal bniet tal-ewwel tqarbina
 
Gimgha, 25    Sollennita tat-Thabbira tal-Mulej. ( il-Lunzjata )
                      Ghalkemm mhemmx obbligu xieraq li niehdu sehem fil-quddiesa.
 
Hadd, 27        Ir-Raba Hadd tar Randan
                       Mess C
 
Tnejn, 28       Fil-Kolleggjata wara l-quddiesa ta filghaxija jibda kors ta ezercizzi
                      Ghal kulhadd. Predikatur: Dun Christopher Bugeja.
 

MIN NIEQA FRAR 2022

Il-Kelma tal-Arcipriet – FRAR 2022

 
Inhoss li f ísem il-komunita parrokkjali ghandna nergghu nghidu grazzi lill-grupp tal-ushers li ghandna fil-kolleggjata; dawn qed jaghtu servizz impekkabli lil dawk kollha li jigu ghas-smiegh tal-quddies. Ghaddew sentejn u xorta wahda ghadhom bl istess hegga u inizjattiva fl-operat taghhom.
 
Wiehed irid izomm f mohhu li barra l-orarju tal-quddies ta kuljum ( li mhux ftit ) ikollhom ukoll quddies ta zwigijiet, funerali u okkazzjonijiet ohra. Meta niftakru li dak li qed jaghmlu huwa biex iharsu sahhietna allura ma jkollna l-ebda kelma fuq fommna hlief GRAZZI.
 
Nifhem il-prokkupazzjoni tal-genituri li uliedhom ser jaghmlu l-ewwel tqarbina din is-sena propju minhabba l-fatt li jista nkunu ghadna bil-protokol sanitarju li bih konna sa issa. Biss jekk il-protokoli jkunu spiccaw ic-cerimonja tal-Ewwel Tqarbina ghat-tfal tal-oqsma tal-Museum se ssir il Hadd 12 ta Gunju 2022 fl-10.30 am
 
Dwar il-grizma tal-Isqof jekk inkunu b’xi mod gejna ghan-normalita ( anke jekk normalita gdida ) il-grizma issir f’Novembru mill-isqof jew delegat tieghu.
 
Kif wiehed jista jinnota issa tlesta r-restawr taz-zewg kampnari wkoll. Issa jonqos biss ir-restawr tal-istatwi li ghandna fuq il fronti spizju u b hekk inkunu temmejna kull fazi li kienet ippjanata skont il kuntratt. Infakkar li dan ir-restawr qed jithallas hekk; tmenin fil-mija tal-ispiza se tithallas minn fondi ewropej waqt li ghoxrin fil-mija ( i.e. tlieta u tletin elf euro ) iridu jithalsu mil-parrocca taghna.
 
Ix-xoghol fuq l-arlogg tal-knisja miexi, ghalkemm bil mod imma miexi. Naturalment intom tifhmu li xoghol bhal dan ma tantx hawn nies esperti li jafu jaghmluh ( biex ma nghidx mhawnx addirittura ) spiss incemplu u nistqsu fhiex wasal ix-xoghol. Nittamaw li xi darba din is sena narawh jahdem. Naturalment l-ispejjez huma hafna aktar mill istima tal-bidu; kemm ghax hemm hafna hsarat u kemm ghax hemm il hsieb li naghmluh jahdem bl-eletriku.
 
It tqarbin lill-morda u l-anzjani taghna rega qed isir kif kien qabel. Jekk hawn xi familjari li ghandhom lil xi hadd marid jew anzjan id dar li ma jistax jmur il knisja infurmawna bihom halli noffrulhom is servizz taghna.
 
Il-grupp tal-kolleggjata kompla ghaddej bil hidma tieghu fejn jidhol il progett tal-mazza tal-kapitlu. Fi zmien li gej se nkunu qed nibghatu id disinn taghha barra minn Malta. Dawk li jixtiequ jaghtu offerta ta flus b risq dan il progett javvicinani.
 
Sar ukoll hafna xoghol fic-cimiterju; wiehed jinnota b sodisfazjon l-indafa li fih; sar xoghol fuq il-pompa sabiex ikun hemm cirkulazjoni ta ilma mad-dawra kollha tal-post; sar xoghol fuq il bieb tal-kappella, installazzjoni gdida tal-elettriku fil-kappella. L-ispejjez ta dan ix xoghol kollu thallas mill-profit li l-parrocca kellha mill bejgh tal oqbra. U grazzi lill-voluntiera li jaghtu daqqa ta' id.
 
 
Fr David Gauci
  
Programm ghax- xahar ta Frar
 
 
Tlieta, 1      Fis-Santwarju tal-Hniena Divina fil-5.30 pm Quddiesa mill-Vigarju
                   Generali ghar-religjuzi rgiel u nisa.
 
Erbgha, 2    Festa tal-Presentazzjoni tal-Mulej u Jum il-Hajja Ikkonsagrata
                    Fis-6.20 pm tberik tax-xemgha, purcissjoni gol-knisja u quddiesa
                    bil-kant u bl-omelija.
 
Ġimgha, 4   Fis-6.00 pm Adorazzjoni ghall-vokazzjonijiet u fis-6.30 p.m Quddiesa
 
Hadd, 6      Il-Hames Hadd matul is-sena
                   Mess  
 
Hamis, 10    Sollennita tan-Nawfragju ta San Pawl
                     Il-Hin tal-Quddies ikun bhal nhar ta Hadd
 
Ħadd, 13    Is-Sitt Ħadd matul is-sena
                   Mess C    
                   Fit-3.30 pm quddiesa bic-celebrazzjoni tas-sagrament tal-Maghmudija.
 
Ħamis, 17   Fis-6.00 pm Adorazzjoni u fis-6.30 p.m Quddiesa
 
Ħadd, 20     Is-Seba  Hadd tas-Sena
                    Mess C
 
Hamis, 24   Fis-6.00 pm Adorazzjoni u fis-6.30 p.m Quddiesa
 
Hadd, 27     It-Tmin Hadd tas-Sena
                    Mess C
 

IL - KELMA TAL- ARCIPRIET - JANNAR 2022

Il-Kelma tal-Arċipriet
 
Qabel ma poggejt bilqeghda nikteb dan il messagg fittitx x kont ktibt fil messagg tieghi ta jannar tas sena 2021. U kont ghidt li kellna genn biex tispicca s-sena 2020 minhabba l-pandemija bit tama li s-sena 2021 tkun hafna ahjar min dik ta qabilha.
 
Ghalkemm ma ninsabux f lock down ( sakemm qed nikteb ) u ghalkemm in negozji u l-knejjes huma miftuha u ghalkemm nistghu inzuru lill familjari taghna fid-djar tal-anzjani biss xorta wahda ghadna bil mizuri tal-protokoll sanitarju.
 
Ic-cifri telghin u jekk naghtu harsa lejn pajjizi ewropej naraw li is sitwazzjoni ma tanxt hija felici. Donnu ha ndumu ma nibdew nghixu l-hekk imsejha normalita gdida.
 
Irrid min hawn imma nelenka b sodisfazjon li fl-aspett intern taghha stajna niccelebraw festa dekoruza u ta gieh lill-ommna marija bambina b funzjonijiet sbieh u li ghalihom kellna attendenza tajba hafna ( naturalment dejjem fil limiti imposti ).
 
Bhalma kien ukoll ta sodisfazzjoni kbir li l-komunita naxxarija ghax gharfet is-servizz tant utli u bzonjuz li qed jaghti l-grupp tal-ushers tal-kolleggjata taghna, innominah ghal prempju sens civiku naxxari
 
Zgur li l-pandemija qed tghallimna hafna u ghajb ghalina jekk ma nitghalmux min din l-esperjenza qarsa li qatt hadd ma kien jimmagina li ser nghaddu minnha. Kien hemm xihadd qalli; Tant snin ilu l-bniedem kien kapaci jitla fil qamar u llum bl-avvvanz kollu fil-qasam tal-medicina u ma sibnix rimedju ghal dan il virus ?
 
Daqsxejn ta virus li qatel tant eluf ta eluf madwar id dinja.  Jehtieg illi minkejja kollox nibqghu naghmlu l-ahjar taghna possibli, nibqghu nibzghu ghal xulxin, ma niehdu qatt lil xulxin for granted, niehdu hsieb lil gheziez taghna ghax xi darba ghad ikun tard wisq.
 
l-ewwel granet ta sena gdida huma ideali ghal dawk li ahna insejhu proponimenti.
 
Int se tiehu proponiment ? aghzel proponiment wiehed biss wara aghmel proponiment li se zzomm il proponiment tieghek tul is sena kollha.
 
 
Fr David Gauci

Programm għax-xahar ta' Jannar 2022
 
Sibt, 1           Solennita ta’Marija Omm Alla; hija festa kmandata  
                      Mess C.  pġ   
 
Ħadd, 2         Solennita tal-Epifanija tal-Mulej. Mess C  pġ
    
Gimgha, 7     Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u Quddiesa 
Fis-7.30 pm fic-centru hniena divina jibda l-kors ta kana ghall-gharajjes.
 
Ħadd, 9         Festa tal- Maghmudija tal-Mulej.
  Mess C  pġ   
  Fit-3.30 p.m. Quddiesa biċ-Ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-         Magħmudija
 
Ħamis, 13  Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u Quddiesa                                                                         
 
Ħadd, 16     It-Tieni Ħadd ta matul is-sena. Jum il-Kelma ta Alla
                    Mess C    pġ
 
Tlieta, 18    Jibda Ottavarju ta Talb għall-għaqda fost il-Knejjes Insara
 
Ħamis, 20   Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u Quddiesa
 
Ħadd, 23     It-Tielet Ħadd ta matul is-sena
                    Mess C  pġ
 
Tlieta, 25    Festa tal-konverzjoni tal-Appostlu San Pawl
 
Hamis, 27   Fis-6.00 pm Adorazzjoni u Quddiesa


 
                 Dati importanti matul is-sena 2022 

Ras ir-Randan    2 Marzu

Duluri 8 April

Ħadd il-Palm 10 April

Ġimgħa l-Kbira 12 April

Għid il-Kbir 17 April

San Ġuzepp 1 Mejju

Pentecoste 5 Gunju

L-Ewwel Tqarbina (Museum) 12 Gunju

Corpus 19 Ġunju

Qalb ta Ġesu 26 Ġunju

Kristu Sultan 20 Novembru

**********

 

IL - KELMA TAL- ARCIPRIET - DICEMBRU 2021
 
Kif avzajna diga mill-ewwel Hadd ta dan ix-xahar ser nergghu nifthu l-knejjes ta San Gwann Battista u ta Santa Lucija sabiex fihom niccelebraw il-quddiesa; San Gwann fis-7.30 am u Santa Lucija fit-8.30 am. Fit-13 tax xahar niccelebraw il-festa ta santa Lucija; fil-knisja taghha fis-6.00 pm jkun hemm quddiesa kantata bl-omelija.
 
Din is-sena wkoll il-Milied ser ikollna nergghu niccelebrawh b’mod differenti minn kif is-soltu naghmlu u dan minhabba r-restrizzjonijiet tal-Covid – 19. Ghalhekk il-Velja tal-Milied ser tibda fit-8.30 pm.   
 
Nafu li minhabba l-Covid- 19 xejn baqa normali; Sakemm qieghed nikteb dan il messagg, l-ewropa ghaddejja mir-raba fazi tal-pandemija. Diversi bliet ewropej kellhom jergghu imorru lura ghal lock down. F’Malta ghalkemm qed naraw zieda fil-kazijiet biss ghadha taht kontroll.
 
Filwaqt li nheggeg lil kul min jista sabiex il-quddiesa tal-hadd jiehu sehem fiha billi jigi fizikament il-knisja; biss dawk li ghal xi raguni ma jistghux inheggeg sabiex isegwuha minn fuq il mezzi socjali u jaghmlu it-tqarbina tax-xewqa.
 
Biss ha nghidha cara; mhux sew li ma niddejqux u ma nibzghux imorru hafna postijiet u l-knisja nghidu li nibzghu imorru. Kif jaf kulhadd il-kolleggjata taghna altru milli hija safe.
 
Il-hidma assidwa u d-dedikazzjoni tal-ushers taghna qed joffru ambjent sikur ghal ahhar; dan qed jaghmluh billi ( kif ahna obligati naghmlu ) jassiguraw li kull min jidhol il-knisja isegwi id-diretivi sanitarji kollha.
 
Infakkar sabiex regolarment izzuru l-website tal-parrocca taghna li jkun fiha minjiera ta informazzjoni; kif ukoll il-pagna tal-facebook tal-parrocca, tal-kolleggjata u anke l-pagna tal-face book tal-grupp tal-abbatini taghna.
Zommu lilkom infuskom interessati f’dak li jkun ghaddej fil-parrocca.
 
Kif tafu wkoll issa rega huwa permess it tqarbina fid dajr ghall-morda taghna. Jekk hawn xi morda fid djar li jehtiegu is-servizz ta qrar u jew tqarbin javvicinaw lil xi wiehed mis-sacerdoti taghna.
 
Nawguralkom milied qaddis mimli bil-ferh li ggib maghha t-tarbija ta betlem.
 
Fr David Gauci

Programm ghax-xahar ta Diċembru

 

Gimgha, 3        Fis-6.00 ħin ta’ Adorazzjoni u fis-6.30 p.m. il-quddiesa

 

Ħadd, 5            It-Tieni Ħadd tal-Avvent.

       Messalin C  

  

Erbgha, 8         Sollennita tal-Kuncizzjoni Immakulata

              Fil-knisja taghha fil-5.00 pm quddiesa kantata bl-omelija

 

Hamis, 9          Fis-6.00 ħin ta’ Adorazzjoni u fis-6.30 p.m. il-quddiesa

 

Sibt 11           Sollennita tal-Konsagrazzjoni tal-Kolleggjata taghna

                       Fil-5.00 pm Quddiesa kantata bl-omelija.

                      

Hadd, 12         It-Tielet  Hadd tal-Avvent

                       Messalin C 

             Fit-3.30 p.m. Quddiesa biċ-Celebrazzjoni tal-Magħmudija.

 

Tnejn 13,        Festa ta Santa Lucija

                       Fis-6.00 pm quddiesa kantata bl-omelija

 

Erbgha,  15      Tibda n-Novena tal-Milied;

   Fis-6.30 p.m. Quddiesa u Riflessjoni wara l-Vanġelu bis-sehem tal-

   Ghaqdiet Religjuzi li ghandna fil-parrocca.

 

Hadd, 19       Ir-Raba Hadd tal-Avvent 

                      Mess C

                      Waqt il-quddiesa tal-10 am isir it tberik tal-Bambini lit-tfal

 

Gimgha , 24      Lejliet il-Milied.  Ikun hawn il-qrar qabel kull quddiesa.

    Fil-5.00 p.m. u fis- 6.30 p.m. Quddies tal-Vġili tal-Milied

 

  Fit-8.30 p.m. tibda l-funzjoni tal-lejl tal-milied li tinkludi

  Ghanjiet tal-Milied, Priedka tat-tifel, Purċissjoni bil-Bambin u    Konċelebrazzjoni Solenni.  

 

Sibt, 25           Solennita tat-Twelid tas-Sinjur tagħna Ġesu Kristu

    Messalin C    pġ 

   Il-hin tal-quddies ikun bhal nhar ta Hadd

 

Ħadd, 26        Festa tal-Familja Mqaddsa

                      Mess  C  pġ   

 

Hamis, 30     Fis-6.00 pm Adorazzjoni u fis-6.30 pm Quddiesa  

 

Gimgha, 31    L-aħħar jum tas-sena 2021; Ikun hawn il-qrar qabel kull quddiesa.

                    Fil-5.00 p.m. Quddiesa

          Fis-6.30 p.m. Konċelebrazzjoni Solenni, purcissjoni bl-Ewkaristija 

          Wara t-Tqarbin waqt il-kant tat-Te Deum; nispiccaw bil benedizzjoni

           Sagramentali.                         

Fl-Annexxe tal-Knisja Arcipretali tan-Naxxar
sall-Ħadd 12 ta’ Diċembru 2021
Mid-9.00 a.m. sa 12.00 p.m u mill-5.00 p.m. sas-7.00 p.m.
Fost oħrajn issibu: pjanti, qaghaq tal-ghasel, ponsjetti inbejjed kejkijiet
u tant affarijiet ohra
Ejjew u ixtru u ħudu gost u fl-istess ħin tkunu qed tgħinu lill-parroċċa .





 


L-AĦĦAR POSTS