min-NIEQA - u FLIMKIEN 2021
Min NIEQA NOVEMBRU 2021
Min NIEQA NOVEMBRU 2021
Il-Kelma tal-Arċipriet
Minn Hawn u minn Hemm Ghal-grazzja ta Alla minkejja
l-effetti hziena li l-Pandemija Covid – 19 gabet maghha, fosthom nuqqas ta dhul
finanzjarju ghall-parrocca, izjed spejjez relatati mad-direttivi bhalma huma sanitizers,
termometri tad deni, maskli; aktar hidma ghall-ushers taghna
li minkejja li ghaddew tant xhur baqghu leali u vigilanti fix-xoghol taghhom u
li kien dejjem apprezzat mill-maggoranza tan-nies taghna u ta dawk li jidhlu
fil-kolleggjata taghna; xorta wahda, grazzi
ghall-generozita taghkom ilkoll, ta xi benefatturi partikolari, l-ghajnuna mil
fondi ewropej u mill finanzi tal-parrocca frott
tal-attivitajiet li jwettaq il fund raising group ( grazzi dejjem ) bqajna mexjin b ritmu tajjeb fejn jidhol xoghol
ta restawr u manutenzjoni. L-istess jghodd ghall membri tal kumitat tal-festa ;
dawn baqghu ghaddejjin bil hidma taghhom fejn jidhol l-armar tal-festa
tal-bambina. Dwar ir-restawr
tal-kolleggjata, issa ninsabu fl-ahhar fazi skont il ftehim originali; tiftakru
li bil budget li kellna ghad-dispozizzjoni taghna stajna naghmlu xoghol ta
restawr fuq il faccata ta quddiem, il-koppla kif ukoll iz-zewg kampnari – u
hekk sar u qed isir. Ix-xoghol ta restawr fuq
l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu qed joqrob fi tmiemu; tifhmu li l-pandmeija
harbtet kull qasam tax-xoghol, min mod u min iehor. Ghamilna studju u rapport u se
napplikaw forsi ninghataw fondi halli naghmlu restawr fuq il-knisja ta san
gwann battista. Hemm ippjanat ukoll li ssir manutenzjoni
fuq is-sedji li ghandna fil kor tal-kolleggjata taghna; min kien prezenti
lejliet il festa tal-bambina seta jara l-kanonci migbura jitolbu it talba ta
filghaxija. Saret hidma kbira
fic-cimiterju; servizz ta ilma mad-dawra kollha, pompa biex tiffacilita dan is
servizz, manutenzjoni fuq il bieb tal kappella, se ninstallaw sistema gdida
tal-elettriku fl-istess kappella. Grazzi lil dawk il voluntiera li ta kuljum
qed jiehdu hsieb l-indafa tal-post. U l-Arlogg tal-Knisja ? l-Arlogg tal-knisja kif tafu,
gejna infurmati li fih hafna aktar hsarat milli wiehed kien jahseb u allura
ghalhekk huwa gustifikat il-hafna dewmin; haga ohra hi li inghatajna parir li
kif ahna fiz-zifna – kif nghidu bil-malti, naghmluh jahdem bl-elettriku – biss
naturlament iktar spejjez. Jekk int wiehed minn dawk li tixtieq li l-arlogg
tal-knisja jerga jibda jahdem ghax imdorrija thares lejn u ssegwi lilu biex
tara x hin hu, inheggek tkun generuz u taghtina ghotja ta flus. Irrid ukoll min
hawn nirringrazzja lil dawk li diga flus ghal dan il-ghan. Spiza ohra kbira se tkun il-manutenzjoni
fl-oratorju; fuq il bejt hemm diversi bicciet ta membrane li jridu jinbidlu (
ilhom li saru snin twal ) it-twieqi tal-koppla tal-oratorju ukoll jehtiegu
dawra sewwa. U kif tafu kull ma tmiss spejjez. Ix-xahar ta Novembru kif ilkoll
nafu huwa marbut mal-gheziez mejtin taghna; dawk li hallewna u ghaddew
ghall-hajja ta dejjem. Hija drawwa sabieha li f’dan
ix-xahar ahna immorru ninvistaw u nitolbu u inzejnu l-oqbra taghna li ghandna
fic-cimiterju. Barra min hekk niftakru li
c-cimiterju huwa post qaddis, post ta talb ghal gheziez taghna; mela l-imgieba taghna
trid turi li ahna verament insara. Fr David Gauci Programm ghax-xahar
ta Novembru Tnejn 1 Sollennita tal-Qaddisin Kollha. Tlieta, 2 Tifkira Solenni tal-Mejtin kollha.Fis-6.30 pm koncelebrazzjoni solenni u tberik tal-oqbra fil-Kolleggjata Gimgha, 5 Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m.
il-Quddiesa Ħadd, 7 It-32 Ħadd ta’ matul is-sena. Fl-4.00 pm fic
cimiterju quddiesa u tberik tal-oqbra. Ħamis, 11 Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m.
il-Quddiesa Ħadd, 14 It-33 Ħadd matul is-sena. Fit-3.30 p.m.
Quddiesa biċ-Ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-
Magħmudija. Ħamis, 18 Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m.
il-Quddiesa Ħadd, 21 Sollennita ta Sidna Ġesu Kristu, Sultan
tal-Ħolqien kollu. Ħamis, 25 Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m.
il-Quddiesa Hadd, 28
L-Ewwel Hadd tal-Avvent - Sena C
Min NIEQA OTTUBRU 2021
Il-Kelma tal-Arcipriet - OTTUBRU 2021
Kulhadd kelma wahda: il-poplu issa xeba, U ghalhekk li
dan is-sajf rajna il-bajjiet u x-xtut tal-gzira taghna iffullati bin-nies.
Il-poplu xeba u ghahekk li l-postijiet tad-divertiment u l-istabbilimenti
tal-ikel f’Malta regghu hadu r-ruh b’hafna familji u hbieb migburin madar
l-imwejjed ghal ikel. Il-poplu xeba u ghalhekk li fl ajruport ergajna bdejna
naraw hafna minna gejjin jew sejrin ghal btala barra minn Malta biex ma
insemmux l-eluf ta Maltin li ghazlu lil Ghawdex bhala d-destinazzjoni taghhom. Il poplu xeba u ghalhekk l-ghajta kostanti mill eluf ta
dilettanti li jridu lura il festi maltin fosthom dawk tal-gimgha l-kbira u
l-Irxoxt. L-istess dawk li jhobbu il-karnival.
Dan kollu lili xejn ma jinkwetani. Tafu x jinkwetani lili ? Li hafna min nies taghna, nifhem
nghid nies li suppost ghandhom formazzjoni religjuza u katekezi b sahhitha, u
xorta wahda ghadhom ma xebghux isegwu l-quddiesa minn fuq il mezzi tal-media
socjali. Jinkwetani li hafna nies ma jibzghux imorru f hafna
postijiet u ghal knisja – l-iktar post sikur ( il-kolleggjata taghna fuq
quddiem nett ) jghidulek li jibzghu imorru. Din jien ma nifimhix. U nistaqsi; x hemm wara kollox ? x inhi r-raguni vera ? Biza jew indifferenza u bruda spiriwtali ? u forsi
xi drabi ghazz ghax nippreferi noqghod insegwi quddiesa bilqgheda fuq sufan ? Bdejna x-xahar ta Ottubru- tibda l iskola u tibda wkoll
il-hajja pastorali fil-parrocca ( wara l-festa tant sabieha u ghaziza li lkoll
iccelebrajna b mod tassew dinjituz ad unur marija bambina ). Bdew ic-centri tad duttrina taghna, bdew il-laqghat ta
formazzjoni fil kummissjonijiet u l-ghaqdiet fi hdan il parrocca. Jonqos biss li int taghti sehmek; kun prezenti u aghti
l-kontribut tieghekKif dejjem nghid il bibien tal parrocca huma miftuha ghal
kulhadd. Fr David Gauci Programm ghax-xahar
ta Ottubru Ġimgħa, 1
Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m. il-Quddiesa Sibt, 2
Festa tal-Arkangli Mqaddsa Mikiel, Gabrijel u Rafel. Ħadd, 3
Is-27 Hadd matul is-sena. Mess B pg Mil
lum il-quddiesa ta filghaxija tibda tkun fil-5.00 pm Fl-4.30 pm ruzarju u fil 5.00 pm quddiesa bl-omelija Hamis, 7
Festa Liturgika tal-Madonna tar-Ruzarju. Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u
fis-6.30 p.m. il-Quddiesa Ħadd, 10 It-28
Hadd matul is-sena. Messalin B pġ Fit-3.30 p.m. quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tal-magħmudija Ħamis, 14 Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m.
il-Quddiesa Ħadd, 17 Id-29
Hadd matul is-sena. Messalin A pġ Ħamis, 21 Fis-6.00
p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m. il-Quddiesa Hadd, 24
Niccelebraw il-Gurnata Missjunarja. Il-ġbir kollu li jsir fil- Quddies ikun b’risq il-missjoni. Hamis, 28 Fis-6.00
p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m. il-Quddiesa Ħadd, 31 Festa
tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja. Avviz Infakkru li matul ix-xahar ta Ottubru, r-Ruzarju jingħad quddiem Ġesu
Ewkaristija Espost fil-Kolleggjata:- kuljum fis-6.00 p.m. is-Sibt fis-6.00 p.m., u l-Hadd fl-4.30 pm Inħeġġu ħalli lkoll insibu ħin biex ninġabru u nitolbu bit-talba tant
għaziza għall-Madonna.
MIN - NIEQA SETTEMBRU 2021
KELMA TAL-ARCIPRIET - SETTEMBRU 2021
Marija Bambina.
Din hija l-Omelija li ghamel l-Arcipriet fis-Solennita' tat-Twelid ta' Marija Bambina fil-Kolleggjata nhar it-8 ta Settembru 2021 waqt il-quddiesa
tat-8.00 am.
Mat-twelid
tal-Bambina beda l-process biex Alla jerga jinzel fil-gnien tal-umanita biex
jimxi pass pass mal-bniedem. Alla ghazel li jerga jkun habib tal-bniedem kif
inhu u mhux kif suppost ikun. Hafna drabi ahna nizbaljaw meta nistennew li
l-bniedem ikun perfett.
Il-bniedem
li Alla jrid jirrelata mieghu huwa l-bniedem li jgorr fuqu l-marki tad-dinjita
kif ukoll tad-dghufija, tal-kobor u tal-mizerja, tal-gmiel u fl-istess waqt
tal-kruha.
Ghax
hija omm Kristu Marija Bambina hija omm il-bnedmin kollha. Huwa ghalhekk li
qatt ma nstema li xi had resaq ghandna u t-talb tieghu ma kienx mismugh.
Bizzejjed wiehed ihares lejn l-istorja ta pajjizna matul is-sekli; ir-rebhiet
li missirijietna garbu bl-intercessjoni tal-bambina. Mhux ta b xejn li
nghidulha; bi twelidek rebbahtna.
Il-maternita
ta Marija ssib il-kontinwazzjoni taghha fil-maternita tal-knisja. Kif
bl-imhabba materna taghha Marija ghamlet accessibli l-hniena ta Alla, hekk il
knisja Omm ghandha l-missjoni liddewwaq din il-hniena ta Alla lill-umanita
feruta taghna.
Il-knisja
u meta qed nghid il-knisja qed nifhem ahna – kull wiehed u wahda minna – u hemm
bzonn li nifhmuha din il-haga. Ghax meta
tara certi kummenti fuq fb jaqbdek il-biki; kemm meta tara l-injoranza ta uhud
minna imma izjed minn hekk meta tara – ippermettuli nuza kelma iebsa- meta tara
l-hdura ta uhud lejn xulxin inkluz lejn il-ministri tal-knisja.
Il-knisja
ghandha missjoni u f’din il-missjoni ma tistax titraskura lil-bniedem kif inhu
llum; veru li l-bniedem jista jkun ahjar – imma hekk hu l-bniedem.
Il-knisja
omm bhal marija bambina ghandha taghmel l-ghazla preferenzjali ta dawk li
jinsabu fil-periferija eziztenzjali; uhud minn dawn huma dawk li qatghu qalbhom
mill-hajja, mil-knisja, mis-socjeta u forsi wkoll minn Alla.
Hemm
dawk li tant bkew li ma ghadx fadlilhom dmugh f’ghajnejhom. Hemm dawk li huma
foqra materjalment u intelletwalment. Hemm dawk li jhossuhom eskluzi minhabba
pregudizzju sesswali, razzjali jew kulturali. Hemm dawk li huma bla Alla.
Dawn
ir-realtajiet hargu iktar fil-berah tul ix xhur tal-pandemija u jien kburi li
l-kolleggjata taghna konna fuq quddiem biex naghtu u fil fatt tajna kull
ghajnuna possibli li dawk li kienu jehtieguha. Ghax marija bambina dan titlob
minna kontinwament jigifieri biex naghmlu dak li jghidilna Binha.
U
fost ohrajn Binha Gesu jghidilna hekk; kont bil guh u tmajtuni kont bil ghatx u
sqejtuni, kont marid u gejtu izzuruni. Bhalma jghidilna wkoll; tiggudikawx biex
ma tkunux iggudikati, tikkundannawx biex ma tkunux ikkundannati; hennu u ssibu
hniena. Hobbu lil xulxin kif habbejtkom jien.
Ahna
lkoll ahwa maltin, ahna lkoll ulied marija bambina. Tajjeb li indendlu x-xbieha
tal-bambina mal-galleriji taghna, tajjeb li ndendlu xbieha taghha fil-karozzi
taghna, imma nqisu li fuq kollox hajjietna tkun xbieha ta dak li kienet u
ghexet marija bambina f’kull mument tal-hajja taghha.
Niftakru
li dik l-iva li qalet lil arkanglu gabrijel f nazareth waslitha biex tkun
addolorata fuq il kalvarju.
Naghlaq
bir-refrain sabih li intennu fil-kurunella taghha u f isimkom nghidilha;
O Bambina kollok glorja bhar Regina inberkuk biex taghnina bil vittorja o hanina
nitolbuk.
Infakkru li mill-ewwel ħadd ta' Ottubru l-ħin tal-quddiesa
tal-Ħadd filgħaxija jibda jkun fil-5.00 p.m. Adorazzjoni fil-Kappella ta’ Santa Marija tax-Xagħra
Nixtiequ nfakkru li mill-20 ta’ Settembru, il-kappella ta’ Santa
Marija tax-Xagħra tkun miftuħa għall-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija.
Tajjeb li matul il-ġurnata nsibu ħin fejn nieqfu quddiem
Ġesù f’dan is-Sagrament kbir ta’ mħabba lejna. Programm ghax-xahar ta Settembru Ħadd, 19 L-25 Ħadd matul is-sena. Messalin B Paġna Ħamis, 23 Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m.
il-Quddiesa Ħadd, 26 Is-26 Ħadd matul is-sena Messalin B Paġna L-Erbgha, 29 Festa
tal-Arkanġli Mqaddsa: Mikiel, Gabriel u Rafel.
Tul dan ix-xahar ta Awwissu l-eqqel tas-sajf il-knisja
ticcelebra festi kbar marbuta ma sidtna marija. Propju f nofs ix-xahar
niccelebraw it-tlugh fis-sema tal-vergni mqaddsa marija. Il-messagg ewlieni ta
din il festa huwa wiehed ta tama.
Hekk kif Ommna Marija wara li temmet il-mixja taghha fuq
din l-art giet imtellgha fis-sema bir-ruh u bil-gisem u issa qeghda ssaltan ma
Alla l-Missier; ahna wkoll ghad jasal il mument meta dak li nkunu ittamajna fih
u ghexna ghalih imbghad narawh fi glorja kollha tieghu.
Imbghad fit 22 tax xahar, propju sebat ijiem fuq il festa
ta Santa Marija naghmlu t-tifkira ta Marija Regina. Fil litanija tar ruzarju
mqaddes lil Marija naghtuha hafna titli sbieh fosthom dak ta Sultana – ta
Regina. Hi li nisslet lil Iben ta Alla maghmul bniedem kien jisthoqqilha li
tkun inkurunta Regina tas-Sema u l-art.
Ftit granet wara imbghad nibdew ic-celebrazzjonijiet
fil-kolleggjata taghna li jwassluna biex fit 8 ta settembru niccelebraw it twelid ta Marija Bambina.
Fitt 28 ta awwissu se jkollna maghna lil E.T in Nunzju
Appostoliku sabiex jippresidi koncelebrazjoni flimkien mal Kapitlu tan Naxxar
fl-okkazzjoni tat-tieni anniversarju mit twaqqif tal-Kolleggjata taghna.
Aqraw il-ktieb tal-festa li fih programm dettaljat ta
kull gurnata tan novena; kif taraw din is-sena fil-kolleggjata se jsir kollox;
Iva naghtu kaz tal-protokol sanitarju halli niehdu hsieb sahhietna – biss
minghajr hafna biza u pre okkupazzjoni zejda. Intom tafu li hawn nies li ma
mardux bil covid 19 imma imsieken mardu psikologikament u mentalment. Dawn
jehtiegu is-sapport u t talb kollu taghna.
Tul il-pandemija il kolleggjatata taghna kienet min ta
quddiem li konkretament ghenet u kienet ta sosten iva anke dak finanzjarju lil
dawk milquta. Ahna nemmnu li dan hu fil prattika xi tfisser meta qed nghidu
knisja li tisma, knisja li takkompanja, knisja li tohrog. U b dan il mod li fuq
ix-xewqa tal Papa Frangisku ikollna fuqna ir riha tan nghag.
Jalla jkun dan l ispirtu li jmexxina wkoll fil granet
tal-festa.
fr david gauci
Programm għax-xahar ta Awwissu
Ħadd, 2 It-18 il-Ħadd matul is-sena
Messalin B
Gimgha 6 Festa tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej.
Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u fis-6.30
p.m. il-Quddiesa
Sibt, 7 Ikomplu
s-Sibtijiet tal-Bambina.
Fis-6.00 p.m. Ruzarju, Kurunella, Salve u
Antifona.
Fis-6.30 p.m. Quddiesa kantata bl-omelija.
Ħadd, 8 Id-Dsatax
il-Ħadd matul is-sena.
Messalin B
Fl-4.00 pm Quddiesa
biċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-
Magħmudija.
Hamis, 12 Fis-6.00
p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m. il-Quddiesa
Hadd, 15 Solennita
tat-Tlugħ fis-sema tal-Verġni Marija.
Ħamis, 19 Fis-6.00
p.m. Ruzarju; Fis-6.30 p.m. Quddiesa
Ħadd, 22 Il-Wieħed u Għoxrin Ħadd ta matul is-sena
Mess B
Hamis, 26 Fis-7.00
pm Adorazzjoni ghas-success spiritwali tal-festa.
Gimgha, 27
Fis-6.30 pm Quddiesa mill-Arcipriet u wara jsir il-kxif tar-restawr
tal-pittura li hemm fl-artal tal-Kor.
Sibt, 28 Fis-6.30 pm koncelebrazzjoni kapitulari mmexxija
minn Nunzju
Appostoliku
Ara l-kumplament fil-ktieb tal-festa mahrug apposta
fl-okkazzjoni ta Marija Bambina.
Il-Kelma tal-Arċipriet - LULJU 2021
F’dan ix-xahar nibdew biex nghid hekk it-thejjija spiritwali remota bi preparazzjoni ghas-sollennita tat-twelid tal-vergni mqaddsa marija nhar it 8 ta settembru. Dan naghmluh b’dawk li insejhulhom is-sibtijiet tal-Bambina fejn ghal disa sibtijiet ikollna taghlim dwar il vergni mbierka.
Ma jkunx
korrett ghall-ahhar min qed jghid li din is-sena mhux se jsiru l-festi.
Kif kulhadd
jaf, il-funzjonijiet religjuzi gol kolleggjata se jsiru kollha bhalma kienu
jsiru qabel ma dhalna fil-covid 19; naturlament dejjem skont id-direttivi
moghtija mid dipartiment tas-sahha minn zmien ghal zmien.
Issa huwa
veru wkoll li din is-sena mhux permessi l-attivitajiet marbuta mal-aspett
estern tal-festa bhalma huma il-marci u l-loghob tan-nar. Hu veru wkoll li dawn
huma parti integrali mill festa maltija.
Ix-xewqa
tieghi hi li naghmlu hilitna u niehdu sehem u nippartecipaw fil-funzjonijiet
religjuzi li se jsiru tul il-granet tan-novena u fil-jumejn tal-festa. Dan hu
l-ahjar mod ta kif niccelebraw il-festa tal-bambina; nifhem nghid billi
nisimghu l-kelma ta Alla, nitghalmu kif Marija wetqet ir-rieda ta Alla tul
hajjietha u niehdu sehem fic-celebrazjoni tal-quddiesa. U naturalment (skont
il-bzonn ) qrara sinciera.
Fuq nota ohra irrid minn hawn ukoll nghid grazzi li dawk il benefatturi li tul il-pandemija sostnuta bl-ghajnuna finanzjarja taghhom kemm biex stajna nkompli l-hidma taghna kif ukoll biex stajna nkunu ta sosten ghall-persuni u familji li habbtu l-bibienn taghna jitolbuna l-ghajna. Marija Bambina tbierek il-generozita taghkom.
Fr David Gauci
Programm ghax-xahar ta Lulju
Hamis, 1
Tifkira tal-Beatu Malti Nazju Falzon
Ġimgħ, 2 Fis-6.00 p.m. ħin ta adorazzjoni u jsir
talb ghall-vokazzjonijiet fis-
6.30 pm il-Quddiesa
Ħadd, 4 L-14
il-Ħadd matul is-sena.
Messalin B Paġna
Hamis, 8 Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m.
il-Quddiesa
Ġimgħa, 9
Fit-8.00 p.m. tindaqq mota solenni biex
tħabbar il-bidu tas-sibtijiet
bi thejjija għal-festa
tal-Bambina.
Sibt, 10 L-Ewwel Sibt tal-Bambina.
Fis-6.00 p.m. Ruzarju,
Kurunella, Salve u Antifona.
Fis-6.30 p.m. Quddiesa bl-omelija.
Ħadd, 11 Il-15 - il Ħadd matul is-sena
Messalin B paġna
Fl-4.00 p.m. Quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-
Magħmudija.
Ħamis, 15 Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m.
il-Quddiesa
Sibt, 17 It-tieni Sibt tal-Bambina
Ħadd, 18 Is 16
- il Ħadd matul is-sena
Messalin
A paġna
Ħamis, 22 Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m.
il-Quddiesa
Sibt, 24 It-Tielet Sibt tal-Bambina
Ħadd, 25 Is-
17 il Ħadd matul is-sena.
Messalin A paġna
Hamis, 29 Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m. il-Quddiesa
Il-Kelma tal-Arċipriet
Nahseb jekk hemm xewqa kbira
fil-qalb taghna hi li mill-aktar fis jirnexxielna nohorgu ghall-kollox
mill-Pandemija tal-Covid-19 kif ukoll mill-mizuri kollha li gew imposti fuqna (
naturalment ghas-sahha taghna ).
Ilkoll nixtiequ li nigu
l-knisja u ma jkunx hemm minn jghidilna biex nippruvaw it temperatura tad-deni,
biex naghmlu s-sanitizer u juruna fejn nistghu inpoggu.
Imma nahseb li lkoll nixtiequ
wkoll nghidu grazzi kbira mil-qalb lil dawk l-ishers li ghal aktar minn hmistax
il xahar iddedikaw hin prezjuz minn taghhom sabiex lilna li konna nigu l-knisja
iharsulna sahhietna. Irri nghid li l-maggoranza tan-nies fehmu, apprezzaw u
kkoperaw mad-direttivi moghtija lilhom.
Sakemm tkunu qed taqraw dan
il-messagg nittamaw li nkunu f’sitwazzjoni ahjar min dik attwali ta meta qed
nikteb dan il-messagg.
Huwa veru li d-dinja wara Covid
19 mhix se tkun bhalma kienet qabel il-Covid 19. Din hija realta li hadd ma
jista jinnega. Ilkoll sibna u se jkollna nkomplu nsibu modi u manjieri ta kif
nghixu, nahdmu u nirrelataw ma xulxin.
Hija verita li llum in nies qed
insibuhom fid-dinja virtwali. Araw ftit l-istatistika u taraw fejn qeghdin
in-nies, fejn qed jixxandar dak kollu li jigri madwarna – jekk hux fil-platform
tas-social media jigifieri Face book, Instagram Linked In, Tik Tok u Twitter.
Dawn saru il-pulptu mhux biss
tas-socjeta u tal-istat izda wkoll tal-knisja. Jekk mhux ser naghmlu din
il-qabza se naqghu lura u nsiru irrelevanti ghan-nies tal-lum.
B’sens kbir ta sodisfazzjon
nghid li l-parrocca taghna tan-Naxxar
hija aggornata sew fejn tidhol il-media socjali ( grazzi ghal ghajnuna
professjonali ta fr Chrisopher ) kemm fit-tmexxija tal-ufficcju
parrokkjali kif ukoll fejn jidhlu
ix-xandiriet live streaming tal-funzjonijiet li jsiru fil-Kolleggjata taghna.
fr David Gauci
.
Programm ghax-xahar ta’ Gunju
Gimgha, 4 Fis-6.00
pm Hin ta Adorazzjoni u jsir Talb
Ghall- Vokazzjonijiet; Fis-6.30 pm tibda l-Quddiesa.
Hadd, 6 Solennita’
tal-Gisem u d-Demm Imqaddes ta’ Gesu
Fil-11.00 am Quddiesa
Kantata Solenni
Fl-4.30 pm u fis-6.30 pm quddies li matulhom issir l-Ewwel Tqarbina
lit-tfal tal-MUSEUM.
Il-Quddiesa tal-5.30 pm li s-soltu issir fil-Kolleggjata Issir fis- Santwarju tal-Hniena Divina
Mill-Erbgha 9 sal-
Jibdew il-Kwaranturi fil-Parrocca taghna.
Gimgha, 11 Gesu
Ewkaristija jkun espost
ghall-adorazzjoni taghna minn wara l-quddiesa tad-8.45 am sa
12.00 pm.
Fis-6.00 pm
Ruzarju; fis-6.30 p.m. Quddiesa bil-kant u wara
Tibda nofs
siegha adorazzjoni organizzata. Nispiccaw
bil-
Benedizzjoni
Sagramentali.
Il-Gimgha, 11
Solennita’ tal-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu
Fis-6.30 pm
Quddiesa Kantata bl-omelija.
Il-Hadd, 13 Il-Hdax il Hadd matul is-sena.
Mess B pg
Fl-4.30 pm u fis-6.30 pm quddies li matulhom issir l-Ewwel Tqarbina
lit-tfal tal-MUSEUM.
Il-Quddiesa tal-5.30 pm li s-soltu issir fil-Kolleggjata Issir fis- Santwarju tal-Hniena Divina
Il-Hamis, 17
Fis-6.00 pm Hin ta Adorazzjoni u fis-6.30 pm
Il-Quddiesa.
Il-Hadd, 20
It-Tnax il-Hadd matul is-sena. Mes B
pg
Infakkru Jum il-Missier; Fic-Cimiterju fid- 9.30am jkun hemm Quddiesa.
Fl-4.00 pm Quddiesa bic-Celebrazzjoni tas-Sagrament Tal- Maghmudija.
Hamis, 24 Solennita’ tat-Twelid ta’ San
Gwann Battista.
Fis-6.00 pm Hin ta Adorazzjoni u fis-6.30 pm Il-Quddiesa.
Hadd, 27
It-Tlettax il -Hadd matul is-sena Mess B
Tlieta, 29
Solennita’ tal-Martirju tal-Appostli San Pietru u San Pawl.
MEJJU 2021
Programm għax-xahar ta’ Mejju 2021 Il-Ħadd, 2 Il-Ħames
Ħadd tal-Għid (Messalin B p. 294). Il-Ġimgħa, 7 L-Ewwel
Ġimgha tax-Xahar. Fis-6.00 pm ssir adorazzjoni
u fis-6.30 pm tibda l-quddiesa. Il-Ħadd, 9 Is-Sitt
Ħadd tal-Għid (Messalin B p. 299). Infakkru Jum l-Omm. Iċ-ċimiterju
jkun miftuħ matul il-jum. Fit-3.30 pm tibda quddiesa biċ-ċelebrazzjoni
tal-Magħmudija Il-Ħamis, 13 Fis-6.00
pm ssir adorazzjoni u fis-6.30 pm tibda l-quddiesa. Il-Ħadd, 16 Is-Solennità
ta’ Tlugħ il-Mulej fis-Sema (Messalin B p. 305).Fil-5.30 pm, fis-Santwarju tal-Ħniena Divina, tibda quddiesa li matulha tingħata
l-Ewwel Tqarbina lit-tfal li jattendu għall-katekiżmu f’dik iż-żona. Il-Ħamis, 20 Fis-6.00
pm ssir adorazzjoni u fis-6.30 pm tibda l-quddiesa. Il-Ħadd, 23 Is-Solennità
tal-Miġja tal-Ispirtu s-Santu (Messalin B p. 311). Fl-4.30 pm u fis-6.30 pm, fis-Santwarju tal-Ħniena Divina, ikun hemm Quddiesa li matulha
jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lit-tfal li jattendu
għall-katekiżmu f’dik iż-żona. Il-Ħamis, 27 Fis-6.00
pm ssir adorazzjoni u fis-6.30 pm tibda l-quddiesa. Il-Ħadd, 30 Is-Solennità
tat-Trinità Qaddisa (Messalin B p. 325).
aghfas fuq l-istampa biex tara l-Magazine
KELMA TAL-ARCIPRIET
KELMA TAL-ARCIPRIET
MARZU 2021
Fl-1968 it-teologu Joseph Ratzinger kiteb hekk: “Il-knejjes kbar bil-mod il-mod
se jizvujtaw. Il-kunventi u l-monasteri jispiccaw bil-mod il-mod ksir ir-ras
kif ser izzommuhom. L-attivitajiet u l-opri tal-hniena jispiccaw, diffikulta
kif ser ikompluhom l-insara. Jigi zmien li l-komunitajiet kristjani nsara jkunu
zghar, u ma jibqghux jaghmlu hoss fid-dinja.
Id-dinja tinsa lil Alla, imma dawk li jinsew lil
Alla jghixu f’solitudni shiha, u jib dew iharsu lejn il-komunitajiet zghar
insara. Il-kristjanezmu jibdew jghixuh mhux aktar bi drawwa imma b’ghazla; mhux
iktar ghax l-omm tghaddih lill-iben, imma ghax l-iben meta jikber u wara li
jaghmel hafna esperjenzi, jaghraf u jinduna bis-sabih li timxi wara gesu.
Imbghad bil-mod il-mod id-dinja fis-solitudni tibda taghraf il-kobor,
it-tjubija u sbuhja tal-Vangelu”.
Ridt nibda propju bis-sena ta meta inkiteb dan
id-diskors ghax verament il-futur Papa Benedittu XVI kien profetiku . U dan
minghjar l-esperjenza tal-Covid – 19.
Kulhadd qed jaqbel li d-dinja mhix se tkun l-istess
meta jghaddi dan il-virus. Hekk ukoll il-knisja mhix se tkun l-istess kif mhix
se tkun l-istess il-hajja tal-insara.
Diversi qed jistaqsu – meta kollox jigi ghan-normal
( jekk xi darba jigi ) il-kattolici ser jergghu jibdew jigu fil-knejjes ghall
quddiesa tal-Hadd ? ser jergghu jibdew jiltaqghu sabiex jiccelebraw u jircievu
l-Ewkaristija ? Ghax nghiduha kif inhi tara kemm tara u tisma kemm tisma
quddies fuq it televizjoni , imma xorta wahda mintix tiehux sehem u tircievi
it-tqarbin imqaddes.
Issa ejja nghidu kollox; veru wkoll li d-dixxipli ta
Gesu jigifieri dawk li jridu jibqghu ihaddnu u jghixu l-fidi taghhom
probabilment se jkun aktar insara awtentici… ta very. Ftit fil-kwantita imma
mhux hekk fil-kwalita.
Ninsabu f’dan iz-zmien qaddis tar-randan; qaddis mhux
minnu innifsu imma bil-mod kif inqadsuh ahna; nifhem nghid ( u hawn insemmi dak li
nsibu fil-kelma ta Alla ) jigifieri it-talb is-sawm u l-ghoti ta karita. Huma
dawn l-ghemmejjel li iqaddsu dawn il-hames gimghat ta qabel is-sollennita tal-Ghid
il-kbir.
Ejjew ma gesu nghixu l-ahhar sieghat tal-hajja tieghu fuq din l-art ghax “ hu obda sal-mewt, anzi sal-mewt
tas-salib”.
fr David Gauci
Programm ghax-xahar
ta Marzu
Ġimgħa, 5 Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u jsir talb
gall-Vokazzjonijiet fis-6.30 p.m.
Il-Quddiesa.
Ħadd, 7 It-Tielet Hadd tar-Randan.
Mess B pġ
Ħamis, 11 Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m.
Quddiesa
Ħadd, 14 Ir-Raba Ħadd tar-Randan
Mess B pġ
Fit-3.30 p.m. Quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tas-sagrament tal-
Magħmudija.
Ħamis, 18 Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m. Quddiesa
Gimgha, 19 Solennita ta’ San Ġuzepp,
għarus tal-Verġni Mqaddsa Marija
Għalkemm mhemmx obbligu, xieraq li nieħdu sehem fil-quddiesa
Ħadd, 21 Il-Hames Ħadd tar-Randan
Mess A pġ
Hamis,
25 Sollennita tat-Thabbira tal-Mulej.
( il-Lunzjata )
Tkun ukoll lejliet
id-Duluri
Fis-6.00 pm jkun hawn
Celebrazzjoni Penitenzjali Komunitarja
Gimgha,
26 Festa ta Marija Addolorata taht
is-Salib. Il-quddies ikun hekk;
6.00 am. 7.00am. 7.45
am. 8.45 am u 5.00pm 6.30pm 7.45pm
Hadd,
28 Ara l-Programm tal-Gimgha
Mqaddsa.
Fl-1968 it-teologu Joseph Ratzinger kiteb hekk: “Il-knejjes kbar bil-mod il-mod
se jizvujtaw. Il-kunventi u l-monasteri jispiccaw bil-mod il-mod ksir ir-ras
kif ser izzommuhom. L-attivitajiet u l-opri tal-hniena jispiccaw, diffikulta
kif ser ikompluhom l-insara. Jigi zmien li l-komunitajiet kristjani nsara jkunu
zghar, u ma jibqghux jaghmlu hoss fid-dinja.
Id-dinja tinsa lil Alla, imma dawk li jinsew lil
Alla jghixu f’solitudni shiha, u jib dew iharsu lejn il-komunitajiet zghar
insara. Il-kristjanezmu jibdew jghixuh mhux aktar bi drawwa imma b’ghazla; mhux
iktar ghax l-omm tghaddih lill-iben, imma ghax l-iben meta jikber u wara li
jaghmel hafna esperjenzi, jaghraf u jinduna bis-sabih li timxi wara gesu.
Imbghad bil-mod il-mod id-dinja fis-solitudni tibda taghraf il-kobor,
it-tjubija u sbuhja tal-Vangelu”.
Ridt nibda propju bis-sena ta meta inkiteb dan
id-diskors ghax verament il-futur Papa Benedittu XVI kien profetiku . U dan
minghjar l-esperjenza tal-Covid – 19.
Kulhadd qed jaqbel li d-dinja mhix se tkun l-istess
meta jghaddi dan il-virus. Hekk ukoll il-knisja mhix se tkun l-istess kif mhix
se tkun l-istess il-hajja tal-insara.
Diversi qed jistaqsu – meta kollox jigi ghan-normal
( jekk xi darba jigi ) il-kattolici ser jergghu jibdew jigu fil-knejjes ghall
quddiesa tal-Hadd ? ser jergghu jibdew jiltaqghu sabiex jiccelebraw u jircievu
l-Ewkaristija ? Ghax nghiduha kif inhi tara kemm tara u tisma kemm tisma
quddies fuq it televizjoni , imma xorta wahda mintix tiehux sehem u tircievi
it-tqarbin imqaddes.
Issa ejja nghidu kollox; veru wkoll li d-dixxipli ta
Gesu jigifieri dawk li jridu jibqghu ihaddnu u jghixu l-fidi taghhom
probabilment se jkun aktar insara awtentici… ta very. Ftit fil-kwantita imma
mhux hekk fil-kwalita.
Ninsabu f’dan iz-zmien qaddis tar-randan; qaddis mhux
minnu innifsu imma bil-mod kif inqadsuh ahna; nifhem nghid ( u hawn insemmi dak li
nsibu fil-kelma ta Alla ) jigifieri it-talb is-sawm u l-ghoti ta karita. Huma
dawn l-ghemmejjel li iqaddsu dawn il-hames gimghat ta qabel is-sollennita tal-Ghid
il-kbir.
Ejjew ma gesu nghixu l-ahhar sieghat tal-hajja tieghu fuq din l-art ghax “ hu obda sal-mewt, anzi sal-mewt
tas-salib”.
fr David Gauci
Programm ghax-xahar
ta Marzu
Ġimgħa, 5 Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u jsir talb
gall-Vokazzjonijiet fis-6.30 p.m.
Il-Quddiesa.
Ħadd, 7 It-Tielet Hadd tar-Randan.
Mess B pġ
Ħamis, 11 Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m.
Quddiesa
Ħadd, 14 Ir-Raba Ħadd tar-Randan
Mess B pġ
Fit-3.30 p.m. Quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tas-sagrament tal-
Magħmudija.
Ħamis, 18 Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m. Quddiesa
Gimgha, 19 Solennita ta’ San Ġuzepp,
għarus tal-Verġni Mqaddsa Marija
Għalkemm mhemmx obbligu, xieraq li nieħdu sehem fil-quddiesa
Ħadd, 21 Il-Hames Ħadd tar-Randan
Mess A pġ
Hamis,
25 Sollennita tat-Thabbira tal-Mulej.
( il-Lunzjata )
Tkun ukoll lejliet
id-Duluri
Fis-6.00 pm jkun hawn
Celebrazzjoni Penitenzjali Komunitarja
Gimgha,
26 Festa ta Marija Addolorata taht
is-Salib. Il-quddies ikun hekk;
6.00 am. 7.00am. 7.45
am. 8.45 am u 5.00pm 6.30pm 7.45pm
Hadd,
28 Ara l-Programm tal-Gimgha
Mqaddsa.
PROGRAMM TAL-ĠIMGĦA
MQADDSA 2021
PROGRAMM TAL-ĠIMGĦA MQADDSA 2021
Il-Ħadd, 28 ta Marzu; Ħadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej.Il-ħin tal-quddies filgħodu jkun hekk; 6.00,. 7.00, 8.00,
9.00, 10.00 amFil-11.00
a.m. ninġabru lkoll fil-Kolleggjata fejn isir it-tberik tal-palm u taz-zebbuġ; wara titkompla quddiesa kantata.
Jinqara ir-rakkont tal-passjoni, din is-sena skont San Mark. Il-ġbir kollu li jsir fil-quddies illum ikun b’risq
il-festi tal-ġimgħa l-kbira u l-irxoxt. Mit-Tnejn 29
sal-Erbgha 31 ta MarzuTridu tal-Gimgha
Mqaddsa.Fis-6.30 pm Quddiesa bil-kant u bl-omelija fuq
il-Passjoni ta Gesu minn Mons Richard Borg Il-Ħamis, 1 ta’ April: Ħamis ix-Xirka.Jum it-Twaqqif tal-Ewkaristija u tas-Saċerdozju.Fil-5.00
pm Quddiesa letta Fis-6.30 p.m. Konċelebrazzjoni Solenni; wara t-tqarbin issir translazzjoni tas-Sagrament lejn l-artal
tar-reposizzjoni.Fid-9.00 p.m.
u fl-10.00 p.m. Adorazzjoni. Il-Ġimgħa, 2 ta’ April; Il-Ġimgħa l-Kbira.Hemm obbligu għas-Sawm u Astinenza.Fis-6.00 a.m. fis-7.30 a.m., fid-9.00 am u fl-10.30 am jkun
hawn hin ta Adorazzjoni. Fis-2.30 p.m. Tingħad il-Via Cruxis Fit-3.00 p.m. tibda l-Azzjoni Liturġika li fiha infakkru
l-mewt ta Ġesu bil-qari tal-passjoni, u t-tqarbin. Is-Sibt, 3 ta’ April; Sibt il-Għid.Fit-8.00 p.m. tibda l-Funzjoni tal-Vġili tal-Għid
tal-Mulej li tinkludi t-tberik tan-nar il-ġdid u mixgħela tal-Blandun, kant
tal-Exultet, qari mill-kotba mqaddsa, u ċelebrazzjoni tal-magħmudija u
tal-Ewkaristija. Il-Ħadd, 4 ta’April: Il-Qawmien ta’Ġesu mill-mewt.Il-Hin
tal-Quddies ikun bhal nhar ta Hadd.
Il-Ħadd, 28 ta Marzu; Ħadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej.Il-ħin tal-quddies filgħodu jkun hekk; 6.00,. 7.00, 8.00,
9.00, 10.00 amFil-11.00
a.m. ninġabru lkoll fil-Kolleggjata fejn isir it-tberik tal-palm u taz-zebbuġ; wara titkompla quddiesa kantata.
Jinqara ir-rakkont tal-passjoni, din is-sena skont San Mark. Il-ġbir kollu li jsir fil-quddies illum ikun b’risq
il-festi tal-ġimgħa l-kbira u l-irxoxt. Mit-Tnejn 29
sal-Erbgha 31 ta MarzuTridu tal-Gimgha
Mqaddsa.Fis-6.30 pm Quddiesa bil-kant u bl-omelija fuq
il-Passjoni ta Gesu minn Mons Richard Borg Il-Ħamis, 1 ta’ April: Ħamis ix-Xirka.Jum it-Twaqqif tal-Ewkaristija u tas-Saċerdozju.Fil-5.00
pm Quddiesa letta Fis-6.30 p.m. Konċelebrazzjoni Solenni; wara t-tqarbin issir translazzjoni tas-Sagrament lejn l-artal
tar-reposizzjoni.Fid-9.00 p.m.
u fl-10.00 p.m. Adorazzjoni. Il-Ġimgħa, 2 ta’ April; Il-Ġimgħa l-Kbira.Hemm obbligu għas-Sawm u Astinenza.Fis-6.00 a.m. fis-7.30 a.m., fid-9.00 am u fl-10.30 am jkun
hawn hin ta Adorazzjoni. Fis-2.30 p.m. Tingħad il-Via Cruxis Fit-3.00 p.m. tibda l-Azzjoni Liturġika li fiha infakkru
l-mewt ta Ġesu bil-qari tal-passjoni, u t-tqarbin. Is-Sibt, 3 ta’ April; Sibt il-Għid.Fit-8.00 p.m. tibda l-Funzjoni tal-Vġili tal-Għid
tal-Mulej li tinkludi t-tberik tan-nar il-ġdid u mixgħela tal-Blandun, kant
tal-Exultet, qari mill-kotba mqaddsa, u ċelebrazzjoni tal-magħmudija u
tal-Ewkaristija. Il-Ħadd, 4 ta’April: Il-Qawmien ta’Ġesu mill-mewt.Il-Hin
tal-Quddies ikun bhal nhar ta Hadd.
FRAR 2021F’isem il-komunità parrokkjali ngħidu grazzi lill-grupp tal-ushers li għandna
fil-kolleġġjata. Dawn qed jagħtu servizz impekkabli lil dawk kollha li jiġu għall-quddies.
Ma neskludix li xi drabi narawhom bħala xkiel, biss meta niftakru li dak li qed
jagħmlu huwa biex iħarsu saħħitna, allura ma jkollna l-ebda kelma fuq fommna ħlief
GRAZZI.
Għadna qed ngħixu f’dan
iż-żmien ta’ pandemija. Nifhem il-preokkupazzjoni tal-ġenituri li uliedhom ser
jagħmlu l-Ewwel Tqarbina din is-sena proprju minħabba l-fatt li x’aktarx se
nkunu għadna bil-miżuri ta’ mitigazzjoni li konna bihom fis-sena 2020. Sakemm qed
nikteb dan il-messaġġ għadni miniex f’pożizzjoni li nagħtikom konferma dwar
id-data u l-ħin ta’ meta se jsir il-Preċett. Biss, kif ikolli konferma,
ninforma lis-superjuri tal-MUSEUM sabiex jikkomunikaw magħkom id-dettalji
kollha.
Dwar il-Griżma tal-Isqof, jekk
inkunu b’xi mod ġejna għan-normalità, (anki jekk normalità ġdida) issir f’Novembru. Jekk il-Kurja se timxi fuq il-linji li bihom
imxiet is-sena li għaddiet, allura l-affarijiet ikunu mod ieħor. ’Il quddiem inżommkom
aġġornati.
Infakkar fl-użu tal-webcam li għandna
fil-parroċċa tagħna u, kif ħafna jafu, issa għandna wkoll il-paġna ta’ Facebook
u YouTube li fuqhom nitrażmettu l-funzjonijiet ewlenin li jsiru fil-kolleġġjata.
Jidher li kien hemm rispons tajjeb għalihom. Ovvjament kollox flus: l-istima li
għandna għal dan l-investiment hija ta’ madwar € 2000.
Kif wieħed jista’ jinnota, issa tlesta r-restawr
tal-koppla (ovvjament minħabba l-pandemija x-xogħol waqa’ lura) u issa għaddejjin
bix-xogħol ta’ restawr tal-kampnar tal-lemin tal-knisja. Infakkar li dan
ir-restawr qed jitħallas hekk: 80% tal-ispiża se jitħallsu minn fondi ewropej,
waqt li 20% (iġifieri € 33,000) iridu jitħallsu mill-parroċċa tagħna.
Dalwaqt nibdew iż-żmien qaddis
tar-Randan. Ejjew nilqgħu l-istedina tal-Knisja u nersqu b’qalb niedma u sogħbiena
lejn Alla bi tħejjija għaċ-ċelebrazzjoni tal-passjoni, l-mewt u l-qawmien ta’ Kristu.
Il-Kurja għadha qed tistenna direttivi min-naħa tal-awtoritajiet tas-saħħa dwar iċ-ċelebrazzjonijiet
esterni marbutin mal-Ġimgħa Mqaddsa, fosthom il-purċissjonijiet.
Nittamaw li fix-xhur li ġejjin (anki
jekk mhux fil-qrib) inkunu nistgħu nerġgħu noffru s-servizz tat-tqarbin
fid-djar lill-morda u lill-anzjani tagħna.
Ninsabu fis-sena ddedikata lil
San Ġużepp fl-okkażjoni tal-150 sena minn meta ġie ddikkjarat patrun tal-Knisja
Universali. Nitolbu lil Alla bl-interċessjoni ta’ dan il-qaddis sabiex neħilsu
minn din il-pandemija.
Fr David Gauci
Programm ghax- xahar ta' Frar
Tlieta, 2 Festa tal-Presentazzjoni tal-Mulej u Jum
il-Hajja Ikkonsagrata
Fis-6.20 pm
tberik tax-xemgha, purcissjoni gol-knisja u quddiesa
Bil-kant u
bl-omelija.
Ġimgha, 5 Fis-6.00 pm Adorazzjoni ghall-vokazzjonijiet
u fis-6.30 p.m Quddiesa
Hadd, 7 Il-Hames Hadd matul
is-sena
Mess B pġ
Erbgha, 10 Solennita tan-Nawfragju
ta San Pawl
Mess
pġ
Il-Hin tal-Quddies ikun bhal nhar ta Hadd
Ħamis, 11 Fis-6.00 pm Adorazzjoni u
fis-6.30 p.m Quddiesa
Ħadd, 14 Is-Sitt Ħadd matul
is-sena
Mess B pġ
Erbgha, 17 Bidu taz-zmien qaddis
tar-Randan.
Obbligu ghas-sawm
u astinenza.
Fil-quddies
kollu isir tberik u tqeghid ta rmied fuq ras in-nies
Ħamis, 20 Fis-6.00 pm Adorazzjoni u
fis-6.30 p.m Quddiesa
Ħadd, 21 L-Ewwel Hadd tar-Randan
Mess B pg
Hamis, 25 Fis-6.00 pm Adorazzjoni u
fis-6.30 p.m Quddiesa
ikklikkja fuq l-istampa biex tara l-MagazineJANNAR 2021
F’isem il-komunità parrokkjali ngħidu grazzi lill-grupp tal-ushers li għandna fil-kolleġġjata. Dawn qed jagħtu servizz impekkabli lil dawk kollha li jiġu għall-quddies. Ma neskludix li xi drabi narawhom bħala xkiel, biss meta niftakru li dak li qed jagħmlu huwa biex iħarsu saħħitna, allura ma jkollna l-ebda kelma fuq fommna ħlief GRAZZI.
Għadna qed ngħixu f’dan iż-żmien ta’ pandemija. Nifhem il-preokkupazzjoni tal-ġenituri li uliedhom ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina din is-sena proprju minħabba l-fatt li x’aktarx se nkunu għadna bil-miżuri ta’ mitigazzjoni li konna bihom fis-sena 2020. Sakemm qed nikteb dan il-messaġġ għadni miniex f’pożizzjoni li nagħtikom konferma dwar id-data u l-ħin ta’ meta se jsir il-Preċett. Biss, kif ikolli konferma, ninforma lis-superjuri tal-MUSEUM sabiex jikkomunikaw magħkom id-dettalji kollha.
Dwar il-Griżma tal-Isqof, jekk inkunu b’xi mod ġejna għan-normalità, (anki jekk normalità ġdida) issir f’Novembru. Jekk il-Kurja se timxi fuq il-linji li bihom imxiet is-sena li għaddiet, allura l-affarijiet ikunu mod ieħor. ’Il quddiem inżommkom aġġornati.
Infakkar fl-użu tal-webcam li għandna fil-parroċċa tagħna u, kif ħafna jafu, issa għandna wkoll il-paġna ta’ Facebook u YouTube li fuqhom nitrażmettu l-funzjonijiet ewlenin li jsiru fil-kolleġġjata. Jidher li kien hemm rispons tajjeb għalihom. Ovvjament kollox flus: l-istima li għandna għal dan l-investiment hija ta’ madwar € 2000.
Kif wieħed jista’ jinnota, issa tlesta r-restawr tal-koppla (ovvjament minħabba l-pandemija x-xogħol waqa’ lura) u issa għaddejjin bix-xogħol ta’ restawr tal-kampnar tal-lemin tal-knisja. Infakkar li dan ir-restawr qed jitħallas hekk: 80% tal-ispiża se jitħallsu minn fondi ewropej, waqt li 20% (iġifieri € 33,000) iridu jitħallsu mill-parroċċa tagħna.
Dalwaqt nibdew iż-żmien qaddis tar-Randan. Ejjew nilqgħu l-istedina tal-Knisja u nersqu b’qalb niedma u sogħbiena lejn Alla bi tħejjija għaċ-ċelebrazzjoni tal-passjoni, l-mewt u l-qawmien ta’ Kristu. Il-Kurja għadha qed tistenna direttivi min-naħa tal-awtoritajiet tas-saħħa dwar iċ-ċelebrazzjonijiet esterni marbutin mal-Ġimgħa Mqaddsa, fosthom il-purċissjonijiet.
Nittamaw li fix-xhur li ġejjin (anki jekk mhux fil-qrib) inkunu nistgħu nerġgħu noffru s-servizz tat-tqarbin fid-djar lill-morda u lill-anzjani tagħna.
Ninsabu fis-sena ddedikata lil San Ġużepp fl-okkażjoni tal-150 sena minn meta ġie ddikkjarat patrun tal-Knisja Universali. Nitolbu lil Alla bl-interċessjoni ta’ dan il-qaddis sabiex neħilsu minn din il-pandemija.
Fr David Gauci
Programm ghax- xahar ta' Frar
Tlieta, 2 Festa tal-Presentazzjoni tal-Mulej u Jum
il-Hajja Ikkonsagrata
Fis-6.20 pm
tberik tax-xemgha, purcissjoni gol-knisja u quddiesa
Bil-kant u bl-omelija.
Ġimgha, 5 Fis-6.00 pm Adorazzjoni ghall-vokazzjonijiet
u fis-6.30 p.m Quddiesa
Hadd, 7 Il-Hames Hadd matul is-sena
Mess B pġ
Erbgha, 10 Solennita tan-Nawfragju ta San Pawl
Mess
pġ
Il-Hin tal-Quddies ikun bhal nhar ta Hadd
Ħamis, 11 Fis-6.00 pm Adorazzjoni u fis-6.30 p.m Quddiesa
Ħadd, 14 Is-Sitt Ħadd matul is-sena
Mess B pġ
Erbgha, 17 Bidu taz-zmien qaddis tar-Randan.
Obbligu ghas-sawm
u astinenza.
Fil-quddies
kollu isir tberik u tqeghid ta rmied fuq ras in-nies
Ħamis, 20 Fis-6.00 pm Adorazzjoni u fis-6.30 p.m Quddiesa
Ħadd, 21 L-Ewwel Hadd tar-Randan
Mess B pg
Hamis, 25 Fis-6.00 pm Adorazzjoni u fis-6.30 p.m Quddiesa
Hadd ma jlumna jekk kellna genn sabiex tispicca s-sena 2020 bit-tama li maghha tibda tispicca wkoll il-pandemija li hakmet lid-dinja kollha inkluz pajjizna.
Hafna minna inhakmu mill virus, ohrajn kellhom joqghodu kwarantina, imcahdin mill-gheziez taghna, ma nistghux insiefru, noqghodu l-boghod kwazi nibzghu minn xulxin. Dan kollu u iktar ghexnih tul is-sena li ghadha kemm spiccat.
Qeghdin nibdew sena gdida bit tama li gradwalment dan kollu jispicca u nergghu nibdew nghixu dik l-hekk imsejha normalita gdida. Biss ikun ghajb ghalina jekk ninsew dak li akkwistajna fix-xhur tal-lock down; kemm naqas it-tniggis tal-ajru f’pajjjizna;
kemm tajna valur ikbar lil dak li jghodd tassew fosthom ilpersuni gheziez ghalina; kemm kellna kontroll fuq il-pandemija meta gbidna habel wiehed; kemm xoghol seta jsir mid-dar u iffrankajna sieghat maqbudin fit-traffiku
Forsi wahda mill-iktar affarijiet li tghallimna hi li nieqaf nahseb, nirifletti, naghraf xínhu dak li huwa tassew essenzjali fil-hajja, kemm il-bniedem huwa dghajjef,
Jalla meta ninsabu fil-bidu ta sena gdida naghmlu ftit il-kontijiet maghna infusna u f’dawk li insejhulhom proponimenti nimmarkaw dawk il-lezzjonijiet li tghallimna tul il-pandemija – filwaqt li xorta wahda nibqghu nibzghu ghal sahhietna u sahhet xulxin u nobdu d-diretttivi li jaghtuna l-awtoritajiet tas-sahha.
Hafna minna hassejna ghafsa ta qalb li ma stajniex niccelebraw il-festi marbutin mal-gimgha mqaddsa u tal-Bambina bil-mod tas-soltu. Nittamaw li din is-sena is-sitwazzjoni tkun differenti u jalla dawn l-istess fetsi iservu sabiex nersqu aktar lejn Alla u lejn xulxin.
Fr David Gauci
Programm għax-xahar ta Jannar 2021
Gimgha, 1 Solennita ta’Marija Omm Alla; hija festa kmandata
Mess B. pġ
Ħadd, 3 Solennita tal-Epifanija tal-Mulej. Mess B pġ
Gimgha, 8 Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u Quddiesa
Fis-7.30 pm fl-oratorju jibda l-kors ta kana ghall-gharajjes.
Ħadd, 10 Festa tal- Maghmudija tal-Mulej. Mess B pġ
Fit-3.30 p.m. Quddiesa biċ-Ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal- Magħmudija
Ħamis, 14 Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u Quddiesa
Sibt, 18 Jibda Ottavarju ta Talb għall-għaqda fost il-Knejjes Insara
Ħadd, 17 It-Tieni Ħadd ta matul is-sena. Jum il-Kelma ta Alla
Mess B pġ
Tnejn, 18 Jibda Ottavarju ta Talb għall-għaqda fost il-Knejjes Insara
Ħamis, 21 Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u Quddiesa
Sibt, 25 Festa tal-konverzjoni ta san pawl
Ħadd, 24 It-Tielet Ħadd ta matul is-sena
Mess B pġ
Tnejn, 25 Festa tal-konverzjoni tal-Appostlu San Pawl
Hamis, 28 Fis-6.00 pm Adorazzjoni u Quddiesa
Ras ir-Randan 17 Frar
Redentur 12 Marzu
Duluri 26 Marzu
Ħadd il-Palm 28 Marzu
Ġimgħa l-Kbira 2 April
Għid il-Kbir 4 April
San Ġuzepp 2 Mejju
Pentecoste 23 Mejju
L-Ewwel Tqarbina:
Subien - 6 Ġunju
Bniet - 13 Ġunju
Corpus 6 Ġunju
Qalb ta Ġesu 13 Ġunju
Bniet - 11 Settermbru fis-6.30pm
Subien - 12 Settembru fl-4.30pm u fis-6.30pm
Kristu Sultan 21 Novembru
ikklikkja fuq l-istampa biex tara l-Magazine