PROGRAMM TAL-FESTA TA' MARIJA BAMBINA
PROGRAMM TAĊ-ĊELEBRAZZJONIJIET
F’ĠIEĦ IT-TWELID TAL-VERĠNI MARIJA
FIL-KNISJA ARĊIMATRIĊI U ARĊIPRETALI TAN-NAXXAR
2019
Il-Ħamis 22 ta’ Awwissu:
Fis-7.00pm Mument Flimkien ma’ Ġesù fil-Knisja Arċipretali organizzata mill-Grupp Kariżmatiku , għall-għaqdiet, u lajċi impenjati fejn isir talb, kant u Adorazzjoni biex il-festa li ġejja tħalli l-frott mixtieq f’kull min jieħu sehem fiha.
L-Erbgha 28 ta’ Awwissu:
ĦRUĠ TAL-ISTATWA MIN-NIĊĊA
Fis-6.30pm Quddiesa minn Dun Julian Cassar Chaplain ta’ HillTop Gardens. Kif tispicca l-quddiesa isir il- kant tas-Salve u diskors mill-Arcipriet Dun David Gauci. Imbghad titkanta l-Antifona . Ħruġ tal-istatwa ta’ Marija Bambina fil-bieb prinċipali tal-knisja; Jinghad tifħir lil Marija u kant ta’ innijiet Marjani akkompanjati mill-Banda Peace tan-Naxxar. Jiehu sehem il-kor Gaudete in Domino.
NOVENA BI TĦEJJIJA GĦALL-FESTA
Mil-Ħamis 29 ta’ Awwissu sal-Ġimgħa, 6 ta’ Settembru:
Fis-6.00pm Rużarju u Kurunella. Fis-6.30pm Quddiesa Kantata bl-omelija. Wara, Salve, Antifona u Barka Sagramentali
Il-Ħamis, 29 ta’Awwissu: Jum it-Tfal
F’12.00 p.m tindaqq mota solenni biex tħabbar il-bidu tan-novena tal-Bambina.
Fis-5.45 p.m. Dimostrazzjoni ferrieha mit-tfal kollha bl-istatwa tal-Bambina mill-Museum tas-Subien sal-Knisja Arċipretali.
Fis-6.15 p.m. Kurunella u Benedizzjoni Sagramentali.
Fis-6.30 p.m Quddiesa minn Dun Ray Toledo, ghat-tfal kollha li jattendu fil-Museum u f’Ċentri oħra tad-duttrina. Wara jkollhom bibita u logħob fl-oratorju u tinghata tifkira lit-tfal kollha. L-animazzjoni tkun f’idejn il-Kummissjoni Kateketika. Jiehu sehem kor Pueri Cantores.
Il-Ġimgha 30 ta’Awwissu; Jum dawk involuti fil-festa:
Fis-6.30 pm quddiesa minn Dun Ray Zammit, Rettur fiz-Zona tal-Familja Mqaddsa, Sghajtar, u bis-sehem ta’ dawk involuti direttament fl-organizzazzjoni tal-festa, jigifieri l-kumitat festi esterni, il-kumitat tas-Socjeta Filarmonika Peace, is-Socjeta Filarmonika Vittorja kif ukoll il-membri tal-ghaqda piroteknika Marija Bambina u Vittorja. L-animazzjoni tkun f’idejn il-membri tal-Kummissjoni Liturgija, u l-Kant f’idejn il-kor tas-Sghajtar.
Is-Sibt 31 ta’ Awwissu: Nilqghu ulied ġodda fil-komunita parrokkjali:
Fil-5.00 p.m.. Quddiesa minn Dun James Saydon, Viċi Parroku fil-parroċċa tal - Ibraġġ, li matulha jigi amministrat is-Sagrament tal-Maghmudija.
Fis-6.30 p.m. Konċelebrazzjoni mmexxija mill-E.T. Mons Charles J. Scicluna, Arċisqof Metropolita ta’ Malta bis-sehem tal-membri kollha fi hdan il-Kunsill Pastorali Parrokkjali, il-Kummissjonijiet kollha u l-Ghaqdiet Religjuzi kollha inkluz l-abbatini, u l-fratelli li ghandna fil-parrocca, kif ukoll l-operaturi pastorali fiz-zewg zoni pastorali. Il-membri tal-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu janimaw din l-Ewkaristija. Jieħu sehem il-Kor Jubilate Deo.
Il-Ħadd 1 ta’ Settembru: Nitolbu ghaz-zghazagh taghna u ghall-Vokazzjonijiet
Fil-11.00 a.m. Quddiesa bis-sehem taż-żgħażagħ taż-żewġ każini tal-baned Peace u Vittorja kif ukoll iz-zghazagh u l-adoloxxenti tal-parrocca. Janimaw il-quddiesa kif ukoll il-kant il-group taz-zghazagh.
Fis-6.30p.m. Quddiesa minn Dun Noel Vassallo, Vigarju Episkopali ghal-Kleru u bil-presenza tar-Reliġjuzi Irġiel u Nisa li għandna fil-parroċċa . Matulha isir talb għal aktar vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjuzi. Jiehu sehem il-kor Gaudete in Domino.
It-Tnejn, 2 ta’ Settembru: Nitolbu l-Bambina isseddaq il-Familji taghna.
Fis-6.30 p.m. Quddiesa minn Dun Michael Agius, Rettur fiz-zona Hniena Divina, San Pawl tat-Tarġa u animata mill-Kummissjoni Familja bis-sehem ta’ dawk il-koppji li qed ifakkru 10, 25 u 50 sena miz-zwieg taghhom, kif ukoll ta’ dawk il-koppji li gew joqghodu fin-Naxxar din l-ahhar sena. Il-kant ikun f’idejn il-grupp taz-zghazagh.
It-Tlieta, 3 ta Settembru: Nitolbu ghall-morda u l-anzjani taghna:
Fl-10.00 am quddiesa għall-Morda u l-Anzjani li jghixu fi djarhom u dawk li jgħixu fid-Djar tal-Anzjani, organizzata mill-Kummissjoni Djakonija. Il-kant ikun f’idejn il-kor Marija Bambina. Jiċċelebra Dun Tony Agius.
Fil-5.00 pm Prezentazzjoni tat-trabi u tfal zghar lill-Marija Bambina, li twieldu mill-festa tas-sena l-ohra ‘l hawn.
Fis-6.30 p.m. Quddiesa minn Dun Rene Vella, Kappillan tal-Imtarfa, bis-sehem tal-Membri fi hdan il-Kunsill Lokali u l-Ghaqdiet Socjali, Kulturali, Politici u Rikreattivi. Janima il-kant il-Grupp Karizmatiku. L-animazzjoni tal-liturgija tkun f’idejn il-membri tal-Legjun ta’ Marija.
L-Erbgha, 4 ta’ Settembru: l-ewwel jum tat-Tridu.
Nitolbu lil Marija Bambina tintercedi ghall-mejtin taghna.
Fis-6.30 p.m. Quddiesa kantata minn Kan. Dun Stefan Galea, Viċi Parroku. Mistiedna il-familjari ta dawk li mietu mill-festa tal-Bambina tas-sena l-ohra. Janimaw il-membri tal-Kummissjoni Djakonija. Wara l-Vanġelu Dun Blake Camilleri, Kapillan tal-Ibraġġ jagħmel l-priedka tat-Tridu. Wara l-Quddiesa isir il-Kant tas- Salve, Litanija, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika bil-mużika.
Il-Ħamis 5 ta’ Settembru: it-tieni jum tat-Tridu:
Illum nitolbu ghal tant voluntiera f’diversi oqsma fil-parroċċa
Fis-6.30pm Quddiesa kantata minn Dun Gerald Micallef, Viċi Parroku. Mistiedna dawk kollha li jqassmu l-Flimkien, dawk li jghinu fil-Fund Raising kif ukoll dawk li jghinu fl-armar u fit-tindif tal-knisja. L-animazzjoni tkun f’idejn in-nisa tal-Azzjoni Kattolika.
Wara l-Vanġelu Dun Blake Camilleri jagħmel l-priedka tat-Tridu.
Wara l-Quddiesa isir il-Kant tas-Salve, Litanija, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika bil-mużika.
Il-Ġimgha, 6 ta Settembru; it-tielet jum tat-Tridu;
Ninghaqdu mal-Arċipriet taghna fir-radd ta Ħajr lil Alla ghal ħamsa u ghoxrin sena mill-ordinazzjoni sacerdotali tieghu.
Fis-6.30pm Konċelebrazzjoni solenni mmexxija mill-W.R.Arċipriet Dun David Gauci flimkien ma sacerdoti ohra u religjuzi. Wara l-Vanġelu Dun Blake Camilleri jagħmel l-priedka tat-Tridu. Wara l-Quddiesa isir il-Kant tas- Salve, Litanija, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika bil-mużika.
Is-Sibt, 7 ta’ Settembru: Lejlet il-Festa
Fid-8.45am quddiesa bil-kant tat-Te Deum minn Dun Karm Catania Fl-aħħar titkanta l-Antifona. Jiehu sehem il-kor Gaudete in Domino.
Fil-5.30pm Quddiesa
Fis-6.30pm Tranżlazzjoni Solenni tar-Relikwija tal-Madonna mill-knisja tal-Vitorja sal-Knisja Arċipretali. Titkanta l-Antifona, Ghasar Solenni u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
Imexxi il-W.R Kan. Marc Andre Camilleri, Kappillan tal-parroċċa ta’ Kristu Re’ Paola.
Fit-7.45 pm Quddiesa bil-kant u bl-omelija mill-Kanonku Dun David Cilia
Il-Ħadd, 8 ta’ Settembru: Solennita tat-twelid tal-Vergni Mqaddsa Marija
Il-quddies ikun fis-6.00am, fis-7.00am u fit-8.00am.
Fid-9.30am Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-W.R. Mons. Richard Borg, Kanonku tal-Kapitlu tal-Katidral. Jinseġ il-paniġierku Dun Darren Pace, Viċi Parroku fil-Parroċċa tal-Gzira. Wara l-quddiesa jitkanta t-Te Deum b’ringrazzjament ’l Alla għar-rebħa fiż-żewġ Assedji, l-Antifona u jsir il-bews tar-Relikwija.
Fis-5.00pm Quddiesa bil-kant u bl-omelija minn Dun Aayrton Muscat, saċerdot novell.
Fis-6.00pm Għasar Solenni u fis-7.00pm purċissjoni bl-Istatwa u r-Relikwija ta’ Marija Bambina mmexxija minn Dun Aayrton. Fid-dħul tal-istatwa titkanta l-Antifona Gloriosae Virginis Mariae u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
N.B. Il-mużika fil-jiem tat-Tridu u fil-jumejn tal-Festa tkun diretta minn Mro Christopher Muscat B.A. (Hons) M. Mus., bis-sehem tal-Kor Jubilate Deo tan-Naxxar. Tindaqq il-mużika ta’ Fenech, Camilleri, Nani, Vassallo u Ciappara.
Is-Sibt 14 ta’ Settembru: Dħul tal-Istatwa fin-niċċa
Wara l-quddiesa tas-6.30pm kant tal-Antifona u tingħata l-Barka Sagramentali. Wara ssir purċissjoni mal-knisja bl-Istatwa ta’ Marija Bambina san-niċċa tagħha, biex b’hekk nagħlqu l-festi għal din is-sena.
PROGRAMM TAL-FESTI ESTERNI
L-Erbgha, 28 ta’ Awwissu: Ħruġ tal-istawa min-niċċa
Wara l-Quddiesa tas-6.30 pm il-Banda Peace takkompanja l-Istatwa ta’ Marija Bambina fuq iz-zuntier b’innijiet Marjani. Wara l-istess banda tagħmel marċ qasir matul Vjal il-Labour.
L-Erbgha, 4 ta’ Settembru: L-Ewwel jum tat-Tridu
Fit-8.30pm il-Banda Vittorja tan-Naxxar iddoqq marċi f’dawn it-toroq: l-Għenieq, il-
Barrada, il-Musbieħ, il-Qoton, il-Bjad, il-Missjunarji, l-Emigranti, il-Ġermanja, l-Ingilterra, il-Maħluġ, il-Qoton, l-Imraden, l-Imħalla, il-Musbieħ, Vjal il-21 ta’ Settembru, l-Ifran u Santa Luċija sal-pjazza (marċ ikkummissjonat mill-kumitat tal-festa). Wara ħruq tan-nar tal-art mill-Għaqda Vittorja.
Il-Hamis, 5 ta’ Settembru: It-Tieni jum tat-Tridu
Fit-8.30pm il-Banda Peace iddoqq marċi f’dawn it-toroq: il-Markiż Scicluna, Castro, Emmanuel Debono, il-Bużjett, San Pawl, il-Parroċċa, l-Oratorju, San Ġorġ u l-Kbira sal-Pjazza (marċ ikkummissjonat mill-kumitat tal-festa). Wara ħruq tan-nar tal-art fil-Pjazza mill-Għaqda Marija Bambina.
Il-Gimgha, 6 ta’ Settembru: It-Tielet jum tat-Tridu
Fit-8.30pm il-Banda Vittorja ddoqq marċi fit-toroq San Ġwann u Santa Luċija sal-Pjazza. Fid-9.30pm il-Brass Band tal-Peace tagħmel programm quddiem il-każin tagħha (marċ ikkummissjonat mill-kumitat tal-festa). Wara ħruq tan-nar tal-art mill-Għaqda Vittorja.
Is-Sibt, 7 ta’ Settembru: Lejlet il-Festa ta’ Marija Bambina
Fit-8.00pm l-Banda Vittorja ddoqq marċi fit-toroq Ġużeppi Stivala, is-Sejjieħ, Leli Falzon, Emmanuel Debono, il-Parroċċa, l-Oratorju, San Ġorġ, il-Kbira, Pjazza Vittorja, Vjal il-Labour, Vjal il-21 ta’ Settembru, iż-Żenqa u Santa Luċija sa quddiem il-każin (marċ ikkummissjonat mill-kumitat tal-festa).
Fl-10.00pm l-Banda Peace ittella’ programm mużikali fuq il-Planċier fil-Pjazza. Wara ħruq tan-nar tal-art mill-Għaqda Marija Bambina.
Il-Hadd, 8 ta’ Settembru: Jum il-Festa ta’ Marija Bambina
Fid-9.30am marċ mill-Banda Vittorja.
Fil-5.30pm il-Banda Queen Victoria taz-Zurrieq iddoqq marċi fi Triq l-Imdina, Triq il-Kbira u l-Pjazza. L-istess banda tagħmel marċ fi Vjal il-Labour waqt il-Purċissjoni (marċ ikkummissjonat mill-kumitat tal-festa).
Fis-6.00pm l-Banda 12 th May ta’ Haz-Zebbug iddoqq marċi fi Triq San Ġwann u Triq Santa Luċija sal-Pjazza. Din l-istess banda tagħmel programm fil-Pjazza waqt il-Purċissjoni (marċ ikkummissjonat mill-kumitat tal-festa).
Fis-7.00pm ħruġ tal-purċissjoni bil-kant tal-Ave Maria. Il-Banda Peace takkumpanja l-istatwa ta’ Marija Bambina matul il-Purċissjoni. Il-poplu Naxxari huwa mħeġġeġ jieħu sehem bil-kant tal-Innijiet Marjani waqt li l-istatwa ta’ Marija Bambina tkun fil-Pjazza. Kif l-istatwa tkun fuq iz-zuntier jitkantaw Innijiet Marjani akkumpanjati mill-Banda Peace flimkien mas-Sopran Marita Bezzina u t-Tenur Frans Mangion. Fl-aħħar insellmu lill-Bambina bil-kant tal-Ave Maria tas-Surmast Ġużeppi Fenech.