AVVIZI - 03 SETTEMBRU 2017
PARROCCA NAXXAR
03 SETTEMBRU
2017
AVVIZI
IL-HADD
Fid-9.30 a.m. Quddiesa ghat-Tfal kollha u wara
jkollhom party fl-oratorju u tqassim ta’ rigali.
Fil-11.00 a.m. quddiesa ghall-Adoloxxenti u z-Zghazagh kollha inkluz dawk fiz-zewg kazini
filarmonici.
IT-TNEJN
L-ewwel jum
tat-Tridu;
Fis-6.30 p.m. quddiesa ta’ ringrazzjament lil Alla ghal
25 sena servizz ta’ Godwin Gauci bhala sagristan.
IT-TLIETA
Il-quddiesa tkun
bis-sehem tal-Kunsill Lokali, u l-ghaqdiet socjali, politici, kulturali u
sportivi.
L-ERBGHA
Fis-6.30 p.m.Koncelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-E.T. Mons Charles Scicluna, Arcisqof ta’
Malta u bis-sehem tal-Kunsill Parrokkjali, Kummissjonijiet u Ghaqdiet Religjuzi
u operaturi pastorali ohrajn inkluz iz-zoni.
IL-HAMIS
Lejliet il-Festa:
Fid-8.45 a.m. Quddiesa kantata
bil-kant tad-Deum
Fil-5.00 p.m. Quddiesa
bl-omelija;
fis-6.30 p.m. Translazzjoni
mill-knisja tal-Vitorja sal-Parrocca; kant tal-ewwel ghasar u Celebrazzjoni Ewkaristika.
Fit-7.45 p.m. tibda quddiesa
ohra.
IL-GIMGHA
8 ta’ Settembru;
Solennita tat-Twelid tal-Vergni Mqaddsa Marija.
Il-hin tal-quddies filghodu
jkun hekk; 6.00, 7.00 u 8.00 a.m.
Fid-9.30 a.m Pontifikal Solenni mmexxi mill-E.T. Mons
Pawlu Cremona, Arcisqof Emeritu ta’ Malta; jinseg il-panigierku Patri Michael
Camilleri Kappillan tal-parrocca ta’ San Duminku, Valletta.
Filghaxija l-programm
ikompli hekk;
Fil-5.00 p.m. Quddiesa bl-omelija;
fis-6.00 p.m kant tat-tieni ghasar u fis-6.45p.m. tibda
hierga l-purcissjoni bl-istatwa ta’ Marija Bambina;
Mad-dhul tal-purcissjoni, ie. 10.30 p.m. tinghata
l-Benedizzjoni Sagramentali.
Aktar dettalji dwar
il-programm issibuhom fil-ktieb li qassamna kif ukoll fil-web site
tal-parrocca.
Infakru lil min ghadu ma tax offerta b’risq il-festa.
Il-funzjonijiet
kollha tal-festa ser jigu trasmessi fuq Xejk Television waqt li
l-quddiesa tal-panigierku ser tigi mxanndra wkoll fuq Radju Marija.
Hdejn l-artal ta’ San
Lawrenz issibu ghall-bejgh diversi oggetti relatati mal-festa.
IS-SIBT
L-ewwel quddiesa fil-parrocca tkun fis-7.00 a.m.
NOTI
Fil-Magazine
Flimkien tistghu taqraw il-messagg tal-Arcipriet li ghamel
fil-hrug tal-Bambina min nicca; issibu wkoll stedina kemm ghat-tfal kif ukoll
ghal kbar li jixtiequ jinghaqdu mal-kor Jubilate Deo.
L-ikla
tal-festa se ssir nhar is-sibt 16 ta’ Settembru; tluq mill-pjazza
fis-7.30 p.m. biljetti jinkisbu minghand il-helpers jew il-kumitat tal-festa.
Bhalissa l-abbati
tal-parrocca taghna Federico Zrinzo Azzopardi qed jaghti servizz liturgiku
fil-Vatikan. Inheggu aktar subien biex jinghaqdu mal-grupp tal-abbatini
tal-knisja taghna; fil-prezent hawn 16 il abbati.
Nitolbu
ghar-ruh: Fr Victor Xuereb SJ. Aghtih o Mulej .......
PARROCCA NAXXAR
10 ta' SETTEMBRU
2017
AVVIZI
IT-TNEJN
Terga tiftah il-knisja ta’ Sta Marija tax-Xaghra ghall-Adorazzjoni taghna quddies Gesu’ Ewkaristija
espost.
IL-HAMIS
14 ta’ settembru:
Festa tal-Ezaltazzjoni
tas-Salib Imqaddes;
Fis-6.30 p.m. quddiesa bil-kant
u bl-omelija u wara purcissjoni fil-knisja bil Veru Lignum.
Fl-Annexxe fis-7.00 p.m.
jergghu jibdew il-laqghat tal-Meditazzjoni Nisranija; min hu
interessat jista jiehu sehem.
IL-GIMGHA
15 ta’ Settembru:
Festa ta’
Marija Addolorata taht is-salib;
Fis-6.30 p.m. quddiesa bil-kant u bl-omelija.
IS-SIBT
Fis-7.30 p.m jitlaq it-trasport mill-pjazza ghal dawk li
sejrin L-Ikla tal-Festa. biljetti
jinkisbu minghand il-helpers.
NOTI
Nhar l-Erbgha 20 ta’ Settembru se jkollna coffee morning fl-Oratorju; biljetti
jinkisbu minghand il-helpers.
Dawk li sejrin jaghtu d-demm ghandhom jiehdu maghhom il-karta tal-identita.