AVVIZI - 27 AWWISSU 2017
PARROCCA NAXXAR
Data: 27 ta’ AWWISSU
2017
AVVIZI
IT-TNEJN
Naghtu bidu
ghall-festa bil-hrug tal-istatwa min nicca taghha;
Fis-6.30 p.m. Quddiesa mill-Arcipriet li matulha iwassal
il-messagg tieghu; wara l-quddiesa kant tas-salve, antifona u l-istatwa
titwassal sa hdejn il-bieb tal-knisja fejn isir talb u innijiet religjuzi.
IT-TLIETA
L-ewwel jum tan-Novena;
Fl-10.00 a.m. quddiesa ghall-Anzjani;
fil-5.00 p.m. prezentazzjoni
tat-trabi u tfal zghar lill-bambina u fis-6.30 p.m. in-novena tkun ghal dawk li
qed ifakkru anniversarju specjali fiz-zwieg
taghhom.
L-ERBGHA
Il-quddiesa tan-novena tkun iddedikata ghal dawk involuti direttament fil-festa; i.e.
il-kumitat festi esterni, is-socjetajiet filarmonici, kif ukoll iz-zewg
ghaqdiet piroteknici.
IL-HAMIS
In-novena tkompli bis-sehem ta’ dawk li jqassmu l-Flimkien, il-group tal-fund
raising kif ukoll dawk li jghinu fl-armar u t-tindif tal-knisja.
IL-GIMGHA
Ir-residenti
taz-Zoni huma mistiedna ghall-quddiesa tan-novena specjalment
l-operaturi pastorali tas-Sghajtar u tal-Hniena Divina.
IS-SIBT
Il-quddiesa
tad-8.45 a.m. issir fil-Kappella tal-Madonna tat-Triq Loyola House.
Fil-5.00 p.m. quddiesa bic-celebrazzjoni tas-Sagrament
tal-Maghmudija u fis-6.30
p.m.in-novena tkompli bis-sehem tal-familjari
mejtin.
IL-HADD
Fid-9.30 a.m. Quddiesa ghat-Tfal kollha u wara
jkollhom party fl-oratorju u tqassim ta’ rigali.
Fil-11.00 a.m. quddiesa ghall-Adoloxxenti u z-Zghazagh kollha inkluz dawk fiz-zewg kazini
filarmonici.
NOTI
Aktar dettalji dwar
il-programm issibuhom fil-ktieb li qassamna kif ukoll fil-web site
tal-parrocca.
F’dawn il-granet qed jitqassam il-magazine Flimkien. Aqrawh u segwu dak li hemm
fih.
L-ikla
tal-festa se ssir nhar is-Sibt 16 ta’ Settembru u mhux l-ghada
tal-Vitorja; biljetti jinkisbu minghand il-helpers.