AVVIZI - 23 APRIL 2017 - IT-TIENI HADD TAL-GHID
PARROCCA NAXXAR
Data: 23/04/2017
AVVIZI
IT-TIENI HADD TAL-GHID
IL-HADD
It-Tieni Hadd tal-Ghid; Festa tal-Hniena Divina.
Fis-Santwarju taghha fil-5.00 p.m. tibda Adorazzjoni u wara quddiesa bil-kant; imexxi
l-E.T. Mons Charles J Scicluna, Arcisqof ta’ Malta.
IT-TLIETA
Il-quddiesa ta’
filghaxija se ssir fl-annexe.
L-ERBGHA
Ikollna coffee
morning fl-Oratorju; nibdew bil-qudiesa tad-8.45 a.m. biljetti jinkisbu
minghand il-helpers.
IL-HAMIS
Fis-6.00 p.m. jkun hawn hin
ta’ Adorazzjoni mill-membri tal-Legjun ta’ Marija u
fis-6.30 p.m. il-quddiesa.
Fis-7.00 p.m. is-Scjeta
tal-Museum ser jorganizzaw attivita tal-Ghid ghal kulhadd li ggib l-isem
ta’ Crosslight.
IS-SIBT
Nhar is-Sibt jibda l-Bazaar
fl-annexe tal-knisja; napprezzaw jekk f’dawn il-granet iggibulna oggetti sabiex
jinbieghu f’dan il-bazaar; biss mhux hwejjeg uzati.
IL-HADD
Niccelebraw Jum
il-Karita; Fil-quddies kollu issir il-gabra ghal karita b’risq
l-istituti tal-karita f’Malta.
NOTI
Filwaqt li nirringrazzjaw
lil dawk kollha li taw is-sehem taghhom fil-festi li ghaddew, dawk li ghandhom
ilbiesi relatati mal-Gimgha l-Kbira jirritornawhom fis-sagrestija matul din
il-gimgha.
Kif tistghu taraw intramat l-ewwel linfa restawrata mill-hamsa li ghandna. Veru li
d-donazzjonijiet bdew dehlin izda ghadna lura hafna hafna. Biss xorta hassejna
li ghandna nibdew dan il-progett bil-ghan li meta wiehed jara b’ghajnejh
jitqanqal iktar u jaghmel l-offerta tieghu b’imhabba lejn Marija Bambina.
Ir-restawr ta’ kull linfa jiswa € 6, 500. Hawn min qed
jistaqsi: mela kif issemmiet ic-cifra ta € 11, 000 ? Din ic-cifra tapplika jekk
issir linfa kompletament gdida u mhux restawr, li fil-kaz taghna dan ma
japplikax. Min jixtieq jaghti donazzjoni ta’ flus jista jiehu envelop min hdejn
l-artal ta’ San Guzepp jew javvicina lill Arcipriet.
Bhal dejjem napprezzaw il-kummenti taghkom sakemm dawn
ikunu fid-dawl tad-disinn tal-linfa originali i.e. tal-1890 meta kienu saru.