FLIMKLIEN - min NIEQA - 2017 - 2020

KELMA TAL-ARCIPRIET

DICEMBRU 2020

Il-Kelma tal-Arċipriet 

F’dan ix-xahar żgur li l-Milied ser nibqgħu niftakruh mhux biss għax niċċelebraw it-twelid tas-Salvatur tagħna iżda l-iktar għall-mod kif ser niċċelebrawh. 

Minħabba r-restrizzjonijiet tal-COVID-19 il-Velja tal-Milied ser tibda fit-8.00 p.m. u mhux fil-11.00 p.m. Biex inħarsu r-regoli u min jiġi ma jibqax barra, u biex nieħdu ħsieb saħħitna u saħħet xulxin għamilna sistema ta’ biljetti. 

F’temp ta’ ftit sigħat inħatfu. Dan juri, fost oħrajn, kemm ħafna nies il-Velja tal-Milied jixtiquha li ma tkunx tard billejl. 

Li kieku mhux għax hemm ir-restrizzjonijiet żgur li kien ikollna knisja mballata bin-nies (bħalma jkun hemm f’dawk il-knejjes fejn din il-velja ssir kmieni). Qed nikkontempla jekk fis-snin futuri tibqax issir bħal din is-sena. Jiddispjaċini li ħafna ħarġu ddiżappuntati, imma l-knisja hi dik li hi. 

Nafu li minħabba l-COVID-19 xejn ma baqa’ normali. Fejn qabel biex turi imħabba u affezzjoni lill-għeżież tiegħek kont iżżurhom u tgħannaqhom miegħek, illum għax tħobbhom trid toqgħod ’il boghod minnhom. 

Inħeġġeġ lil kull min jista’ sabiex il-quddiesa tal-Ħadd jieħu sehem fiha billi jiġi fiżikament il-knisja; biss dawk li għal xi raġuni ma jistgħux inħeġġiġhom sabiex isegwuha minn fuq il-mezzi soċjali u jagħmlu t-tqarbina tax-xewqa. Infakkar li bħalissa mhux permess it-tqarbin tal-morda fi djarhom. 

Infakkar sabiex regolarment iżżuru l-website tal-parroċċa tagħna li jkun fiha minjiera ta’ informazzjoni, kif ukoll il-paġni tal-facebook tal-parroċċa u tal-grupp tal-abbatini tal-kolleġġjata tagħna. 

Żommu lilkom infuskom interessati f’dak li jkun għaddej fil-parroċċa. 

F’isem il-Kapitlu u l-Kleru tal-Kolleġġjata tan-Naxxar, nixtieq nawgura mill-qalb Milied qaddis lill-familji kollha fin-Naxxar. 

Fr David Gauci 

Programm ghax-xahar ta Diċembru 

Il-Ġimgħa, 4          Fis-6.00 p.m. ħin ta’ adorazzjoni u fis-6.30 p.m. il-quddiesa 

Il-Ħadd, 6              It-Tieni Ħadd tal-Avvent. Messalin B, pġ 80.  

It-Tlieta, 8             Is-Solennità tal-Kuncizzjoni Immakulata. Messalin B, pġ 568 

Il-Ħadd, 13            It-Tielet Ħadd tal-Avvent. Messalin B, pġ 86.

Fit-3.30 p.m. quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tal-Magħmudija. 

It-Tlieta, 15           Bidu tan-Novena tal-Milied.

Matul dawn il-jiem, fis-6.30 p.m. tibda l-quddiesa b’riflessjoni wara l-Evanġelju. Jieħdu sehem l-għaqdiet reliġjużi li għandna fil-parroċċa.                    

Il-Ħadd, 20            Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent. Messalin B, pġ 91.

Waqt il-quddiesa tal-10.00 a.m. jsir it-tberik tal-Bambini lit-tfal. 

Il-Ħamis, 24          Lejliet il-Milied.  

Ikun hawn il-qrar qabel kull quddiesa. Fil-5.00 p.m. u fis-6.30 p.m. quddies tal-Vġili tal-Milied.  Fit-8.00 p.m. tibda l-funzjoni tal-Lejl tal-Milied li tinkludi għanjiet tal-Milied, il-prietka tat-tifel, purċissjoni bil-Bambin u Konċelebrazzjoni Solenni. Għal din il-funzjoni diġà mtlew il-postijiet fil-knisja, minħabba li l-biljetti maħruġa ġew meħuda kollha. Min ma rnexxielux jirriserva post, jista’ jsegwiha mid-dar fuq Skyline Webcam. 

Il-Ġimgħa, 25        Solennità tat-Twelid tas-Sinjur tagħna Ġesù Kristu.

Messalin B, pġ 100. Hija festa kmandata u l-ħin tal-quddies ikun bhal nhar ta’ Ħadd. 

Il-Ħadd, 27            Festa tal-Familja Mqaddsa. Messalin B, pġ 118.   

Il-Ħamis, 31          L-aħħar jum tas-sena 2020.

Ikun hawn il-qrar qabel kull quddiesa. Fil-5.00 p.m. quddiesa. Fis-6.30 p.m. Konċelebrazzjoni Solenni. Wara t-tqarbin jitkanta t-Te Deum waqt li ssir purċissjoni bl-Ewkaristija li tintemm bil-Benedizzjoni Sagramentali.                       

FLIMKIEN DICEMBRU 2020
ikklikkja fuq l-istampa biex tara l-Magazine 




KELMA TAL-ARCIPRIET
NOVEMBRU 2020

Il-Kelma tal-Arcipriet

Ix-xahar ta Novembru kif ilkoll nafu huwa marbut mal-gheziez mejtin taghna; dawk li hallewna u ghaddew ghall-hajja ta dejjem. In nisrani jemmen li mal-mewt il-hajja mhux tintemm imma tinbidel – kif fil-fatt naqraw fil-prefazju tal-quddiesa tal-funeral.

Dan ifisser li l-harsa taghna trid tmur lil hemm mil-qabar fic-cimiterju; hemm nidfnu l-fdalijiet tal-gheziez taghna imma il-fidi taghna tghidilna li r-ruh tinghaqad mal-hallieq ghal- dejjem fil-genna – dejjem jekk wiehd ikun ghex il-hajja tieghu fuq din l-art skont kif irid Alla.

 Hija drawwa sabieha li f’dan ix-xahar ahna immorru ninvistaw u nitolbu u inzejnu l-oqbra taghna li ghandna fic-cimiterju. Biss infakkar li anke fic-cimiterju ahna obbligati nosservaw il-mizuri li hemm fis-sehh marbuta mal-pandemija.

 Ghaldaqstant hija obbligatorja l-uzu tal-maskra, id-distanza socjali ta zewg metri kwadri, li ma nkunux aktar minn grupp ta ghaxar persuni. Barra min hekk niftakru li c-cimiterju huwa post qaddis, post tat-talb ghal gheziez taghna; mela l-imgieba taghna trid turi li ahna verament insara.

 Din is-sena wkoll minhabba l-pandemija mhux ghaqli li jsir it-tberik tal-oqbra anke minhabba l-fatt li jingabru hafna nies ghalih li normalment ikun jaqbez il-limitu ta kemm nies jistghu jidhlu fil-post.

 Irrid ninforma wkoll li din is-sena minhabba l-pandemija l-Vatikan qed jestendi z-zmien li fih tista tintrebah l-indulgenzja plenarja. Is-soltu l-indulgenza tintrebah fl-ewwel tmint ijiem ta Novembru; izda din is-sena l-Vatikan estendija ghal-granet kollha ta Novembru.

 L-Indulgenza Plenarja tintrebah billi wiehed iqerr u jitqarben skont il-bzonn, jitlob ghal mejtin u skont il-fehma tal-Papa kif ukoll jirrecita il-Kredu.

 Tajjeb li wiehed jaghmel uzu minn dawn il-mezzi li toffrilna l-Knisja f’dawn iz-zminijiet partikulari

 Fr David Gauci

Programm ghax-xahar ta' Novembru

                    Hadd, 1                  Solennita tal-Qaddisin Kollha.

                              Messalin   paġn

Tnejn, 2                 Tifkira Solenni tal-Mejtin kollha.
Fis-6.30 pm koncelebrazzjoni solenni u tberik tal-oqbra fil-Kolleggjata
 
Gimgha, 6            Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m. il-Quddiesa
 
Ħadd, 8                It-32 Ħadd ta’ matul is-sena.
                            Mess A       Paġna
                            Fit.330 a.m. Quddiesa biċ-Ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-  
                            Magħmudija.             
 
Ħamis, 12           Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m. il-Quddiesa
 
Ħadd, 15             It-33 Ħadd matul is-sena.
                           Messalin A.   paġna
 
Ħamis, 19           Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m. il-Quddiesa
 
Ħadd, 22             Sollennita ta Sidna Ġesu Kristu, Sultan tal-Ħolqien kollu.
                           Mess A    Pagna
 
Ħamis, 26           Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m. il-Quddiesa
 
Hadd, 29             L-Ewwel Hadd tal-Avvent  - Sena B
                           Mess  B    Pagna 

************

FLIMKIEN NOVEMBRU 2020
ikklikkja fuq l-istampa biex tara l-Magazine

FLIMKIEN OTTUBRU 2020
ikklikkja fuq l-istampa biex tara l-Magazine


KELMA TAL-ARCIPRIET
OTTUBRU 2020

Il-Kelma tal-Arcipriet 

Certament li ghadhom friski fil-mohh u fil-qalb taghna ic-cerimonji sbieh li kellna marbutin mal-Kolleggjata taghna u t-twaqqif tal-ewwel Kapitlu tan-Naxxar. 

Minkejja ir-restrizzjonijiet li qed iggib maghha l-pandemija tal-Covid- 19 biss irrid nghid b’sodisfazzjon kbir ( grazzi anke ghal-group formidabli ta ushers li ghandna fil-Kolleggjata taghna ) irnexxilna naghmlu funzjonijiet sbieh, b’dinjita u bla-ebda periklu ghal dawk li kienu prezenti. 

L-istess jista jinghad ghal mod kif iccelebrajna s-sollennita tat-twelid tal-Vergni Mqaddsa Marija.  Il-pontifikal solenni mmexxi mil-arcisqof mons charles j scicluna flimkien mal-kapitlu tan-naxxar u sacerdoti ohra; il-kliem meqjus u profondita tal-arcisqof fl-omelija tieghu dwar marija bambina; quddiesa li kienet segwita minn eluf ta nies grazzi ghal TVM 2. Minkejja l-virus fostna, dak kollu li stajna naghmlu ghamilnieh u ghamilnieh kif jixraq lill-Ommna tas-Sema. 

Biss kunu afu ( kif fil-fatt tafu ) li dak li ma ghamilniex ( u xtaqna li naghmluh ) ma sarx ghax ma ridnix nipperikolaw is-sahha tal-poplu taghna. Kif qed jghid kulhadd f’dan iz-zmien Is Sahha l-ewwel. 

U dan kollu li qed nghid japplika wkoll ghal mod kif iccelebrajna is-sagrament tal-tal-Grizma tal-Isqof lill-adoloxxenti  taghna gejjin mill-oqsma tal-Museum u miz-zewg centri pastorali jigifieri dak tal-Hniena Divina u dak tal-Familja Mqaddsa; kif ukoll  il-mod kif saret ic-celebrazjoni tal-Ewwel Tqarbina liz-zghar taghna, grazzi ghal-ghajnuna tal-katekisti fid-diversi centri tad-duttrina. 

Irrid min hawn naghmel appell lil dawk kollha li qed jigu l-knisja ghall-quddiesa sabiex jikkoperaw mal-ushers u noqghodu ghall-istruzzjonijiet li jaghtuna. Inzommu f’mohhna li dak kollu qed isir biex nissalvagwardjaw u niehdu hsieb is-sahha ta xulxin. Naturalment dan ikun jitlob minna ftit sagrificcju li tajjeb naghmluh mill-qalb, u l-Mulej ipattihulna kif jaf HU. 

Inheggeg sabiex f’dan ix-xahar ta Ottubru insibu hin sabiex nitolbu it-talba tar-ruzarju li hija tant ghal qalb il-Vergni Marija u noffruh halli d-dinja tehles mill-Virus Covid – 19 

Fr David Gauci 

Programm ghax-xahar ta Ottubru 

Ġimgħa, 2       Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m. il-Quddiesa

Ħadd, 4           Is-27 Hadd matul is-sena.  Mess A   pg

                      Mil lum il-quddiesa ta' filghaxija tibda tkun fil-5.00 pm 

Erbgha, 7        Festa Liturgika tal-Madonna tar-Ruzarju.  

Ħamis, 8      Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m. il-Quddiesa          

Ħadd, 11      It-28 Hadd matul is-sena. Messalin A  pġ

Fit-3.30 p.m. quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tal-magħmudija 

Ħamis, 17    Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m. il-Quddiesa          

Ħadd, 18     Id-29 Hadd matul is-sena. Messalin A  pġ

                    Niccelebraw il-Gurnata Missjunarja. Il-ġbir kollu li jsir fil-

                    Quddies ikun b’risq il-missjoni.                    

Ħamis, 22   Tifkira Liturgika ta San Gwann Pawlu 2 Papa

Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m. il-Quddiesa 

Ħadd, 25      Festa tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja. 

                                                              Avviz 

Infakkru li matul ix-xahar ta' Ottubru, r-Ruzarju jingħad quddiem Ġesu Ewkaristija Espost fil-Kolleggjata; kuljum fis-6.00 p.m. is-Sibt fl-4.30 p.m. u fis-6.00 p.m.

U l-Hadd fl-4.30 pm 

Inħeġġu ħalli lkoll insibu ħin biex ninġabru u nitolbu bit-talba tant għaziza għall-Madonna.

 

FLIMKIEN SETTEMBRU 2020
ikklikkja fuq l-istampa biex tara l-Magazine


KELMA TAL-ARCIPRIET
SETTEMBRU 2020


FLIMKIEN AWWISSU 2020
ikklikkja fuq l-istampa biex tara l-Magazine


AWWISSU 2020
Il-Kelma tal-Arċipriet

Se nkompli bil-katekezi tieghi lilkom dwar il-jum tal-Hadd b’riflessjonijiet mehuda minn Dies Domini ta San Gwanni Pawlu 11.

Il-Hadd – dan hu l-jum li ghamel il-Mulej – ha nifirhu u nithennew fih. Hu jum ta talb, u radd il hajr, imhabba grazzja u ferh. Niehdu sehem shih fih. Hu jum li ma nistghux nghaddu minghajru. Jibda minn lejliet – il-quddiesa tas-sibt hi l-quddiesa festiva tal-Hadd.

Hu jum li jfakkarna li Alla johloq u jsalva. Alla bierek is-seba jum u qaddsu. Fih neskopru l-istorja tal-imhabba ta Alla. Il-Hadd hu jum ta djalogu bejn Alla u l-bniedem. Hu fil-qalba tal-qima lil Alla.

Kull nhar ta Hadd niccelebraw l-Ghid. Nghixu, ingawdu u habbru l-misteru tal-Ghid. Nhar ta Hadd b’mod specjali Gesu hu f’nofs il-poplu tieghu. Hu hin li naghtu lill-Mulej. Jghidilna ejjew u ahna nghidulu ejja Mulej Gesu. Il-qdusija ta Gesu tidher fic-celebrazzjonijet ta Marija u l-qaddisin.

Hu jum l-insara; hu ta siwi u vitali ghall-bini tal-komunita. Hu jum li jaghni lill-komunita. Il-hadd niltaqghu ma Kristu u l-Knisja. Fih naqsmu hobza wahda Hu jum ta gid ghas-socjeta.

L-Ewkaristija hija ic-centru, il-quccata u l-ghajn tal hajja nisranija. Qieghda fil-qalbha tal-hadd. Timpenjana biex naghtu qima, inhabbru l-kelma ta Alla u naqdu lil-hutna.

Jekk m’’ghandekx raguni valida, kif tista ma tissehibx ma hutek fil-komunita ghall-quddiesa tal-hadd ? Kif tista tibqa tirraguna u tghid li ahjar toqghod issegwiha min fuq it televizzjoni ?
  
Fr David Gauci
  
 Programm għax-xahar ta Awwissu

Ħadd, 2            It-18 il-Ħadd matul is-sena
                        Messalin A   pġ 

Hamis, 6           Festa tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej.

Gimgha, 7         Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m. il-Quddiesa
          
Sibt, 8              Ikomplu s-Sibtijiet tal-Bambina.
                        Fis-6.00 p.m. Ruzarju, Kurunella, Salve u Antifona.
                        Fis-6.30 p.m. Quddiesa kantata bl-omelija.

Ħadd, 9            Id-Dsatax  il-Ħadd matul is-sena.
      Messalin A.  Paġna  
      Fl-4.00 pm Quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-   
     Magħmudija.    

Hamis, 13       Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m. il-Quddiesa
          
Sibt  15         Solennita tat-Tlugħ fis-sema tal-Verġni Marija.
                      Hija festa kmandata u l-ħin tal-Quddies ikun bħal nhar ta Ħadd.
                   
Ħadd, 16      L- Għoxrin  Ħadd matul is-sena.
                      Messalin A    paġna  

Ħamis, 20    Fis-6.00 p.m. Ruzarju; Fis-6.30 p.m. Quddiesa

Gimgha, 21   Fis-7.15 pm fil-Kolleggjata laqgha ghall-genituri u l-parrini tal-
                       Adoloxxenti tal-Grizma tal-isqof.
                                                   
Ħadd, 23    Il-Wieħed u Għoxrin Ħadd ta matul is-sena
                   Mess A paġna

Hamis, 27   Fis-6.30 pm fil-Kolleggjata tibda l-Investitura tal-Kanonci l-godda tal-
                    Kapitlu Marija Bambina Naxxxar.

Gimgha, 28  Fis-6.30 pm tibda l-ewwel koncelebrazzjoni kapitulari u kxif ta lapida
                     Kommemorattiva.

- - - - - -

LULJU 2020
Il-Kelma tal-Arċipriet

Ma nistax ma nibdiex dan il-messaġġ tiegħi jekk mhux biex f’isem il-parroċċa tagħna nifirħu u nkomplu nitolbu għas-saċerdot novell Dun Christopher Bugeja li għadu kemm ġie ordnat nhar id-29 ta’ Ġunju li għadda, Solennità tal-Martirju tal-Appostli San Pietru u San Pawl.

Dawn il-presbiteri se jmexxu l-pastorali ġdida tal-Knisja f’Malta wara l-COVID-19, fuq l-eżortazzjoni appostolika Evangelii Gaudium, li titkellem dwar dawn il-kwalitajiet li l-Knisja teħtieġ li jkollha:

-        Knisja li tisma’
Iktar minn qabel, il-Knisja teħtieġ li tisma’ l-Kelma t’Alla u l-weġgħat tan-nies. Trid tkun Knisja li tisma’ wkoll x’qed jitlob minna l-ħolqien illum.

-        Knisja li tilqa’
Minkejja li qegħdin fiż-żmien li matulu rridu nżommu d-distanza soċjali u li ma nistgħux nieħdu b’idejn xulxin, aħna rridu nippreżentaw Knisja inklussiva, Knisja li tibni pontijiet u mhux ħitan.

-        Knisja li takkumpanja
Din il-kwalità timbuttana biex ma nibżgħux nużaw is-social media, li nagħmlu minn djarna skejjel ta’ talb, li nappoġġjaw lill-ġenituri biex ikunu edukaturi ta’ wliedhom u sabiex isibu modi ġodda ta’ kif jgħaddu l-fidi tagħhom lil uliedhom.

-        Knisja li toħroġ
Dan ifisser li nkunu ta’ servizz billi nfittxu lil dawk li jkunu fil-periferija tas-soċjetà, l-imwarrbin, dawk bi problemi ta’ saħħa mentali, vittmi tal-vjolenza domestika, ir-refuġjati, dawk li tilfu x-xogħol, fost ħafna nies oħra li għaddejjin minn diffikultajiet u tbatija, u li xi drabi ma jidhrux jew jinsabu moħbija.

Issa huwa ż-żmien tal-konverżjoni, tal-integrità, tal-koerenza fit-twemmin tagħna.

Nawguraw ħidma sfiqa fil-għalqa tal-Mulej lis-saċerdoti l-ġodda. Ad multos annos!

Fr David Gauci

Programm ghax-xahar ta Lulju

Erbgha,   1      Tifkira tal-Beatu Malti Nazju Falzon
              
Ġimgħa, 3     Fis-6.00 p.m. ħin ta adorazzjoni u fis-6.30 p.m. il-quddiesa

Ħadd, 5         L-14  il-Ħadd matul is-sena.
    Messalin A  Paġna  

Hamis, 9       Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m. il-Quddiesa
                      

Ġimgħa, 10    Fit-8.00 p.m. tindaqq mota solenni biex tħabbar il-bidu tas-sibtijiet
                       bi thejjija għal-festa tal-Bambina.

Sibt, 11           L-Ewwel Sibt tal-Bambina.
                       Fis-6.00 p.m. Ruzarju, Kurunella, Salve u Antifona.
                       Fis-6.30 p.m. Quddiesa bl-omelija.

Ħadd, 12        Il-15 - il Ħadd matul is-sena                
                      Messalin A   paġna
    Fl-4.00 p.m. Quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-   
    Magħmudija.    

Ħamis, 16     Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m. il-Quddiesa

Sibt, 18         Fl-10.30 am it-tfal bniet li jattendu l-museum jircievu l-ewwel
                      tqarbina

Ħadd, 19        Is 16 - il Ħadd matul is-sena                
                      Messalin A  paġna
                
Ħamis, 23     Fis-6.00 p.m. Adorazzjoni u fis-6.30 p.m. il-Quddiesa

Sibt, 25         Fl-10.30 a.m it-tfal subien li jattendu l-museum jircievu l-ewwel    
                     tqarbina
                  
Ħadd, 26     Is- 17 il Ħadd matul is-sena.
                    Messalin A    paġna 


ikklikkja fuq l-istampa biex tara
l-Magazine


FLIMKIEN - GUNJU 2020
aghfas hawn iew fuq l-istampa
aghfas hawn taht 
https://church.mt/flimkien-may-2020-2/

KELMA TAL-ARCIPRIET
GUNJU 2020
Il-Kelma tal-Arċipriet

Meta se jiftħu l-knejjes Arċipriet? Meta se nkunu nistgħu nerġgħu nibdew niġu l-knisja? Meta se nkunu nistgħu nibdew nisimgħu l-quddiesa u nitqarbnu kif konna nagħmlu?

Dawn huma ftit mill-mistoqsijiet li diversi minnkom qegħdin jistaqsu. U bir-raġun! Issa ilna iktar min xahrejn bil-knejjes magħluqa u n-nies bdiet tiddejjaq. Irrid ngħid li jien (għalkemm waħdi minħabba ċ-ċirkostanzi li żviluppaw) mill-ewwel ġurnata bqajt nagħti s-servizz tiegħi lill-poplu ta’ Alla. Kif tafu, kuljum ikollna s-servizz tal-quddiesa mill-Kolleġġjata fil-5.00 p.m. u nhar ta’ Ħadd fil-11.00 a.m.

Min kellu bżonn is-sagrament tar-rikonċiljazzjoni, ingħata wkoll dan is-servizz; il-knisja baqgħet tiftaħ kuljum għat-talb privat; min kien jeħtieġ servizz mill-uffiċċju parrokkjali dejjem sab l-għajnuna; komplejna ngħinu familji u individwi fil-bżonn.

Issa, kif mistenni, dawk li kellhom tarbija qed jitolbu l-magħmudija għat-tarbija tagħhom peress li ż-żmien qed jgħaddi. Minkejja l-limitazzjonijiet, kulħadd sab u ingħata s-servizz li xtaq.

Dwar il-quddies il-pożizzjoni hija din: bħalissa hemm il-permess li l-funerali jerġgħu jibdew isiru bil-quddiesa – jew fil-knisja (għal min għandu knisja bil-kobor meħtieġ bħalma hi tagħna) jew fil-beraħ. Fi żmien qarib, l-isqfijiet tagħna ser jerġgħu jkollhom laqgħa mal-awtoritajiet tas-saħħa biex jevalwaw is-sitwazzjoni tal-mument u jiddeċiedu dwar il-pass li jkun imiss. Nistennew u naraw.

Importanti li nibqgħu insostnu lil xulxin fit-talb u wkoll bl-għajnuna finanzjarja lill-parroċċa sabiex tkun tista’ tlaħħaq ma’ dawk kollha li jirrikorru għall-għajnuna. Niftakru li l-Mulej ipattielna bil-mija fil-wieħed.
                                                 

FLIMKIEN - MEJJU 2020


aghfas hawn taht 
https://church.mt/flimkien-may-2020/

KELMA TAL-ARCIPRIET 
MEJJU 2020


FLIMKIEN - min NIEQA 
Ikklikkja fuq l-istampa biex tkabbar

APRIL 2020




aghfas hawn taht / click hereuner



MARZU 2020






FRAR 2020



 



JANNAR 2020









DICEMBRU 2019





NOVEMBRU 2019






OTTUBRU 2019





SETTEMBRU 2019






AWWISSU  2019





LULJU 2019





GUNJU 2019





MEJJU 2019






APRIL 2019





MARZU 2019





FRAR 2019





JANNAR  2019







DICEMBRU 2018








NOVEMBRU 2018






OTTUBRU 2018







SETTEMBRU 2018





AWWISSU 2018






LULJU 2018





GUNJU 2018





MEJJU 2018





APRIL 2018







MARZU 2018




 


FRAR 2018




 

JANNAR 2018



  

 
 ~~~~~~~~~~~~~~ 

DICEMBRU 2017






NOVEMBRU 2017






OTTUBRU 2017






SETTEMBRU 2017










AWWISSU 2017






LULJU 2017 





GUNJU 2017

 




MEJJU 2017









APRIL 2017







Posted by Charles V. Farrugia
WebMaster

L-AĦĦAR POSTS