AVVIZI - 26 ta' MARZU 2017

PARROCCA NAXXAR                                                
Data: 26/03/2017
AVVIZI

IR-RABA’ HADD TAR-RANDAN

IT-TNEJN
Fil-knisja Arcipretali fil-5.00 p.m. jkun hawn l-ewwel qrara ghat-Tfal tal-Ewwel Tqarbina. Se jkun hawn ukoll konfessuri disposti ghall-qrar tal-genituri tat-tfal.

Wara l-quddiesa ta’ filghaxija jibda l-ahhar kors ta’ Ezercizzi ghal Kulhadd; il-predikatur huwa Patri Damjan Cachia OC.

IT-TLIETA
Fid-8.45 a.m. jitlaq it-trasport mill-pjazza ghal dawk li gejjin il- Quddiesa u riflessjoni spiritwali ghand is-Sorijiet tal-Klarissi San Giljan. Wara jkun hemm hin ghal kafe. Min jixtieq jigi ghandu jinkiteb ghand il-helpers

IL-HAMIS
Fis-6.00 p.m. jkun hawn hin ta’ Adorazzjoni mill-Ministri tat-Tqarbin u
fis-6.30 p.m. il-quddiesa.

NOTI :
Illum wara l-quddiesa hdejn il-bibien tal-knisja se jkun hemm il-bejgh ta’ kwarezimal kif ukoll ta’ oggetti religjuzi marbutin mal-Gimgha Mqaddsa.

Nhar it-Tnejn, 3 ta’ April fil-Knisja Arcipretali fis-7.00 p.m. se ssir laqgha ta’ formazzjoni spiritwali ghar-reffiegha kollha u ghall-personaggi kollha li se jiehdu sehem fil-purcissjonijet tal-Gimgha l-Kbira u l-irxoxt. Nesigi li lkoll ikunu prezenti.

Dawk it-tfal li jixtiequ jiehdu sehem fil-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira ghandhom ikellmu lil xi membru tal-kumitat. Inheggu sabiex hafna tfal jimpenjaw ruhhom u jaghtu s-sehem taghhom.


L-AĦĦAR POSTS