AVVIZI - 4 ta' SETTEMBRU 2016 - IT-23 HADD TA' MATUL IS-SENA
PARROCCA NAXXAR
Data: 04/09/2016
AVVIZI
IL-HADD - 4 ta' SETTEMBRU
Illum nibdew it-tliet ijiem ta’ Tridu tal-Bambina;
fis-6.30 p.m. quddiesa kantata; wara l-vangelu issir
l-omelija tat-tridu mill-Kan Antoine Borg.
IT- TNEJN
Ghall-quddiesa ta’ filghaxija qed nistiednu lil dawk
il-koppji li qed ifakkru anniversarju
specjali miz-zwieg taghhom. Tinghata tifkira tal-okkazzjoni lil koppji
prezenti.
IT-TLIETA
Fil-quddiesa ta’ filghaxija isir talb ghall-aktar vokazzjonijiet sacerdotali u ghal hajja religjuza.
L-ERBGHA
Lejliet
il-festa;
Fid-8.45 a.m. quddiesa kantata tad-Te Deum;
Fil-5.00 p.m. quddiesa bl-omelija u
fis-6.30 p.m. tohrog it-translazzjoni mill-knisja ta’ Sta
Lucija lejn il-parrocca; Kant tal-ghasar u celebrazzjoni ewkaristika;
fit-7.45 p.m. tibda quddiesa ohra.
IL-HAMIS
8 ta’ Settembru – Jum il-Festa;
Solennita tat-Twelid tal-Vergni Mqaddsa Marija.
Il-hin tal-quddies filghodu
jkun hekk; 6.00, 7.00, 8.00.
Fid-9.30 a.m. quddiesa kantata
solenni bil-panigierku; fl-ahhar tal-quddiesa jitkanta it-Te Deum u jsir
il-bews tar-relikwija.
Filghaxija l-programm ikompli hekk;
Fil-5.00 p.m. quddiesa bil-kant
u bl-omelija
Fis-6.00 p.m. kant tal-Ghasar u
fis-7.00 p.m. tohrog
il-purcissjoni bl-istatwa tal-Bambina.
Mad-dhul i.e. fl-10.30 p.m. tinghata
l-benedizzjoni sagramentali.
IL-GIMGHA
Ma jkunx hawn quddiesa tas-6.00 a.m:. l-ewwel wahda tkun fis-6.45 a.m.
IS-SIBT
Nhar is-Sibt 10
ta’ Settembru ser norganizzaw ikla
tal-festa; biljetti jinkisbu minghand il-helpers.
NOTI :
Aktar dettalji dwar il-programm
tal-festa issibuhom fuq il-web site tal-parrocca, fil-programm li qassamna
fil-familji kif ukoll fin-notice boards. Dawk li ghadhom ma tawx l-envelop
bl-offerta taghom jistghu ihalluh fis-sagrestija.
Infakkru li ghandna
ghall-bejgh diversi oggetti relatati mal-bambina fosthom mugs, posters,
magnets, key chains u santi bid-domni. Bix-xiri taghkom tkunu qed tghinu
lill-parrocca taghna.
Nhar l-Erbgha 14 ta’ Settembru fil-Katidral tal-Imdina
ser jitfakkar Jum l-Anzjani;
Il-grupp tal-parrocca taghna ser jorganizza trasport ghal din l-attivita. Min
hu interessat ghandu jinkiteb fis-sagrestija.
Il-pulizija
tappella lir-residenti li joqghodu fit-toroq li minnhom jghaddu
l-baned sabiex jikkkoperaw mas-sinjali tat-traffiku specjalment fejn hemm dawk
ta’ No Parking.