PROGRAMM TAL-FESTA TA' MARIJA BAMBINA - 2016

PROGRAMM TAĊ-ĊELEBRAZZJONIJIET
F’ĠIEĦ IT-TWELID TAL-VERĠNI MARIJA
FIL-KNISJA ARĊIMATRIĊI U ARĊIPRETALI TAN-NAXXAR
2016

Il-Ħamis 25 ta’ Awwissu:
Fis-7.00pm Mument Flimkien ma’ Ġesù fil-knisja parrokkjali organizzata mill-Grupp Kariżmatiku , għall-għaqdiet, lajċi impenjati u kull min hu interessat, fejn isir talb, kant u adorazzjoni biex il-festa li ġejja tħalli l-frott mixtieq f’kull min jieħu sehem fiha.

ĦRUĠ TAL-ISTATWA MIN-NIĊĊA
Il-Ħadd 28 ta’ Awwissu:
Fid-9.30a.m. Quddiesa minn Dun   Stephen Magro     ghat-tfal kollha li jattendu fil-museum u f’centri ohra tad-duttrina. Wara jkollhom bibita u logħob fl-oratorju u tinghata tifkira lit-tfal kollha. L-animazzjoni tkun f’idejn il-kummissjoni kateketika. Jiehu sehem kor iffurmat mill-membri tal-Museum.

Fis-6.30pm quddiesa mill-arcipriet Fr David Gauci. Wara l-vangelu, L-Arċipriet iwassal messaġġ dwar il-festa li nkunu ser niċċelebraw. Kif tispicca l-quddiesa isir il- kant tas-Salve u l-Antifona . Ħruġ tal-istatwa ta’ Marija Bambina fil-bieb prinċipali tal-knisja., jingħad tifħir lil Marija u kant ta’ innijiet Marjani akkompanjati mill-Banda Peace tan-Naxxar. Jiehu sehem il-kor Iubilate Deo.

NOVENA BI TĦEJJIJA GĦALL-FESTA
Mit-Tnejn 29 ta’ Awwissu sat-Tlieta 6 ta’ Settembru:
Fis-6.00pm Rużarju u Kurunella. Fis-6.30pm Quddiesa Kantata bl-omelija. Wara, Salve, Antifona u Barka Sagramentali.

It-Tnejn 29 ta’ Awwissu:
F’12.00pm tindaqq mota solenni biex tħabbar il-bidu tan-novena tal-Bambina.
Fis-6.30pm  Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-E.T. Mons Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta, bis-sehem tal-membri kollha fi hdan il-Kunsill Lokali, l-ghaqdiet socjali, kulturali, rikreattivi u l-assoċjazzjonijiet kollha fin-Naxxar. L-animazzjoni jiehu hsiebha il-membri rgiel tal-legjun ta marija u bis-sehem tal-kor Iubilate Deo.

It-Tlieta, 30 ta’Awwissu:
Fl-10.00am quddiesa għall-morda u  l-anzjani li jghixu fi djarhom u dawk li jgħixu fid-Djar tal-Anzjani, organizzata mill-kummissjoni djakonija. Jiċċelebra Mons. Charles Cordina, Vigarju Episkopali għad-Djakonija.
Fil-5.00 pm Prezentazzjoni tat-trabi li twieldu mill-festa tas-sena l-ohra l’ hawn lill-Marija Bambina.

Fis-6.30 p.m. Quddiesa mill-W.R.Arċipriet Dun David Gauci, bis-sehem tal-membri kollha fi hdan il-Kunsill Pastorali Parrokkjali, il-Kummissjonijiet kollha u l-ghaqdiet religjuzi kollha inkluz l-abbatini, u l-fratelli  li ghandna fil-parrocca,  kif ukoll l-operaturi pastorali fiz-zewg zoni pastorali. Jiehu sehem il-kor Gaudete in Domino. Il-membri tal-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu janimaw din l-Ewkaristija. 

L-Erbgħa 31 ta’Awwissu:
Fis-6.30p.m. Quddiesa minn Dun Rene Vella, Kappillan ta’ Pembroke  bis-sehem ta dawk involuti direttament fl-organizzazzjoni tal-festa, jigifieri l-kumitat festi esterni, il-kumitat tas-socjeta filarmonika Peace, is-socjeta filarmonika Vittorja kif ukoll il-membri tal-ghaqda piroteknika Marija Bambina u Vittorja. L-animazzjoni tkun f’idejn il-membri tal-Kummissjoni liturgija, u l-muzika f’idejn il-kor Gaudete in Domino.

Il-Ħamis 1 ta’ Settembru:
Fis-6.30pm Quddiesa minn Dun Gerald Micallef, Viċi Parroku. Mistiedna dawk kollha li jqassmu l-Flimkien, dawk li jghinu fil-Fund Raising  kif ukoll dawk li jghinu fl-armar u fit-tindif tal-knisja. L-animazzjoni tkun f’idejn in-nisa tal-azzjoni kattolika.  Wara, Salve, Litanija, Antifona, u Ċelebrazzjoni Ewkaristika bil-mużika. Jieħu sehem il-kor Gaudete in Domino.

Il-Ġimgħa 2 ta’ Settembru:
Fis-6.30pm quddiesa tan-novena għar-residenti taż-żoni tas-Sgħajtar, San Pawl tat-Tarġa, Birguma, il-Magħtab u l-Iklin, organizzata mill-animaturi taż-żoni.  Jiċċelebraw ir-Rev. Kan. Michael Agius, Rettur taż-żona ta’ San Pawl tat-Tarġa, u r-Rev. Dun Raymond Zammit, Rettur taż-żona tas-Sgħajtar . Jiehu sehem il-kor Gaudete in Domino.

Is-Sibt 3 ta Settembru:
Fis-6.30p.m. L-ewwel quddiesa solenni tas-saċerdot novell mill-parroċċa tagħna Dun James Saydon, bl-omelija tal-okkazzjoni minn Dun Rene Vella. Kulħadd huwa mistieden.
(Il-quddiesa tal-5.00 pm ma ssirx) 

Il-Ħadd 4 ta’ Settembru: L-Ewwel Jum tat-Tridu;
Il-Predikatur tat-Tridu huwa l-Wisq Reverendu Kan. Dun Antoine Borg
Fil-quddiesa tad-9.30am jipparteċipaw iż-żgħażagħ taż-żewġ każini tal-baned Peace u Vittorja kif ukoll iz-zghazagh u l-adoloxxenti tal-parrocca. Jiccelebra l-Arcipriet Dun David Gauci Janimaw il-quddiesa il-leaders taz-zghazagh.

Fil-11.00 a.m. quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Magħmudija.

Fil-5.30p.m. Quddiesa mill-W.R. Dun Richard Borg, Arċipriet tal-Furjana. Mistiedna il-familjari ta dawk li mietu mill-festa tal-Bambina tas-sena l-ohra.  Janimaw il-membri tal-kummissjoni djakonija.

Fis-6.30pm Quddiesa Kantata tat-Tridu mis-Saċerdot Ġizwita Patri Charles Delia S.J. Jippriedka il-W.R.Kan Dun Antoine Borg
Wara, Salve, Litanija, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika bil-mużika.

It-Tnejn 5 ta’settembru: It-Tieni Jum tat-Tridu;
Fis-6.30p.m.Quddiesa Kantata tat-Tridu minn Patri Ivan Scicluna ofm kap u animata mill-Kummissjoni Familja bis-sehem ta dawk il-koppji li qed ifakkru 10, 25 u 50 sena miz-zwieg taghhom, kif ukoll ta dawk il-koppji li gew joqghodu fin-naxxar din l-ahhar sena. Jippriedka
il-W.R.Kan Dun Antoine Borg
Wara, Salve, Litanija, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika bil-mużika. 

It-Tlieta 6 ta’settembru: It-Tielet Jum tat-Tridu;
Fis-6.30p.m. Quddiesa Kantata tat-Tridu mir-Reverendu Kanonku Dun Stefan Galea, Viċi Parroku, li matulha isir talb għal aktar vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjuzi.
Jippriedka il-W.R.Kan Dun Antoine Borg
Wara, Salve, Litanija, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika bil-mużika.

L-Erbgħa, 7 ta’ Settembru: Lejlet il-Festa
Fid-8.45am quddiesa bil-kant tat-Te Deum minn Dun Karm Catania Fl-aħħar titkanta l-Antifona. Jiehu sehem il-kor Gaudete in Domino.
Fil-5.00pm quddiesa bi-kant minn Dun Emanuel Camilleri
Fis-6.30pm Tranżlazzjoni solenni tar-relikwija tal-Madonna mill-kappella tal-Vitorja sal-Knisja Arċipretali. Titkanta l-Antifona u Salmi tal-Ewwel Ghasar u Ċelebrazzjoni Ewkaristika bis-sehem tal-kor Iubilate Deo.
Imexxi is-saċerdot novell Dun James Saydon.

Fis-7.45pm quddiesa bil-kant mill-W.R. Dun Richard Borg, Arċipriet tal-Furjana, bis-sehem tal-kor Gaudete in Domino.

Il-Ħamis 8 ta’ Settembru: Solennita tat-twelid tal-Vergni Mqaddsa marija
Il-quddies ikun fis-6.00am, fis-7.00am u fit-8.00am.
Fid-9.30am konċelebrazzjoni solenni mmexxija mill-W.R. Mons Lawrenz Sciberras,  bil-paniġierku mill-W.R. Patri Martin Schembri, Kappillan ta’ Fleur De Lys. Wara l-quddiesa jitkanta t-Te Deum b’ringrazzjament ’l Alla għar-rebħa fiż-żewġ assedji, l-Antifona u jsir il-bews tar-relikwija.

Fis-5.00pm quddiesa bil-kant u bl-omelija minn Dun James Saydon, sacerdot novell

Fis-6.00pm Għasar solenni u fis-7.00pm purċissjoni bl-istatwa u r-relikwija ta’ Marija Bambina mmexxija minn Dun James Saydon. Fid-dħul tal-istatwa titkanta l-Antifona Gloriosae Virginis Mariae u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

N.B. Il-mużika fil-ġranet tal-festa tkun diretta minn Mro Christopher Muscat B.A. (Hons) M. Mus., bis-sehem tal-kor Jubilate Deo tan-Naxxar. Tindaqq il-mużika ta’ Fenech, Camilleri, Nani, Vassallo u Ciappara.

Il-Ħadd 11 ta’ Settembru: Dħul tal-istatwa fin-niċċa
Wara l-quddiesa tas-6.30pm kant tal-Antifona u tingħata l-Barka Sagramentali. Wara ssir purċissjoni mal-knisja bl-istatwa ta’ Marija Bambina san-niċċa tagħha, biex b’hekk nagħlqu l-festi għal din is-sena.

PROGRAMM TAL-FESTI ESTERNI

Il-Ħadd, 28 ta’ Awwissu: Ħruġ tal-istawa min-niċċa
Wara l-Quddiesa tas-6.30 pm il-Banda Peace takkompanja l-istatwa ta’ Marija Bambina fuq iz-zuntier b’innijiet Marjani. Wara l-istess banda tagħmel marċ qasir matul Vjal il-Labour.

Il-Ħadd, 4 ta’ Settembru: L-Ewwel jum tat-Tridu
Fit-8.30pm il-Banda Vittorja tan-Naxxar iddoqq marċi f’dawn it-toroq: l-Għenieq, il-
Barrada, il-Musbieħ, il-Qoton, il-Bjad, il-Missjunarji, l-Emigranti, il-Ġermanja, l-Ingilterra, il-Maħluġ, il-Qoton, l-Imraden, l-Imħalla, il-Musbieħ, Vjal il-21 ta’ Settembru, l-Ifran u Santa Luċija sal-pjazza (marċ ikkummissjonat mill-kumitat tal-festa). Wara ħruq tan-nar tal-art mill-Għaqda Vittorja. 

It-Tnejn, 5 ta’ Settembru: It-Tieni jum tat-Tridu
Fit-8.30pm il-Banda Peace iddoqq marċi f’dawn it-toroq: il-Markiż Scicluna, Castro, Emmanuel Debono, il-Bużjett, San Pawl, il-Parroċċa, l-Oratorju, San Ġorġ u l-Kbira sal-pjazza (marċ ikkummissjonat mill-kumitat tal-festa). Wara ħruq tan-nar tal-art fil-pjazza mill-Għaqda Marija Bambina.

It-Tlieta, 6 ta’ Settembru: It-Tielet jum tat-Tridu
Fit-8.30pm il-Banda Vittorja ddoqq marċi fit-toroq San Ġwann u Santa Luċija sal-pjazza. Fid-9.30pm il-Brass Band tal-Peace tagħmel programm quddiem il-każin tagħha (marċ ikkummissjonat mill-kumitat tal-festa). Wara ħruq tan-nar tal-art mill-Għaqda Vittorja.

L-Erbgħa, 7 ta’ Settembru: Lejlet il-Festa ta’ Marija Bambina
Fit-8.00pm l-Banda Vittorja ddoqq marċi fit-toroq Ġużeppi Stivala, is-Sejjieħ, Leli Falzon, Emmanuel Debono, il-Parroċċa, l-Oratorju, San Ġorġ, il-Kbira, Pjazza Vittorja, Vjal il-Labour, Vjal il-21 ta’ Settembru, iż-Żenqa u Santa Luċija sa quddiem il-każin (marċ ikkummissjonat mill-kumitat tal-festa).

Fl-10.00pm l-Banda Peace ittella’ programm mużikali fuq il-planċier fil-pjazza. Wara ħruq tan-nar tal-art mill-Għaqda Marija Bambina.

It-Ħamis , 8  ta’ Settembru: Jum il-Festa ta’ Marija Bambina
Fid-9.30am marċ mill-Banda Vittorja.

Fil-5.30pm il-Banda Queen Victoria taz-zurrieq iddoqq marċi fi Triq l-Imdina, Triq il-Kbira u l-pjazza. L-istess banda tagħmel marċ fi Vjal il-Labour waqt il-purċissjoni (marċ ikkummissjonat mill-kumitat tal-festa).

Fis-6.00pm l-Banda 12 th May ta haz zebbug iddoqq marċi fi Triq San Ġwann u Triq Santa Luċija sal-pjazza. Din l-istess banda tagħmel programm fil-pjazza waqt il-purċissjoni (marċ ikkummissjonat mill-kumitat tal-festa).


Fis-7.00pm ħruġ tal-purċissjoni bil-kant tal-Ave Maria. Il-Banda Peace takkumpanja l-istatwa ta’ Marija Bambina matul il-purċissjoni. Il-poplu Naxxari huwa mħeġġeġ jieħu sehem bil-kant tal-innijiet Marjani waqt li l-istatwa ta’ Marija Bambina tkun fil-pjazza. Kif l-istatwa tkun fuq iz-zuntier jitkantaw innijiet Marjani akkumpanjati mill-Banda Peace flimkien mas-Sopran Marita Bezzina u t-Tenur Frans Mangion. Fl-aħħar insellmu lill-Bambina bil-kant tal-Ave Maria tas-Surmast Ġużeppi Fenech.

L-AĦĦAR POSTS