AVVIZI - IT-22 HADD TA' MATULIS-SENA - 28 ta' AWWISSU 2016

Image result for 22nd sunday in ordinary time year c

PARROCCA NAXXAR                                                
Data: 28/08/2016
AVVIZI

IL-HADD
28 ta Awwissu;
Hrug tal-Istatwa min-nicca taghha.

Fid-9.30 a.m. quddiesa ghat-tfal kollha li jattendu fic-centri tad-duttrina taghna inkluz dawk fiz-zoni; wara jkollhom attivita socjali fl-Oratorju li tinkludi loghob, ikel u rigali.

Fis-6.30 p.m. quddiesa kantata; wara l-vangelu l-Arcipriet iwassal messagg dwar il-festa li nkunu ser niccelebraw; wara t-tqarbin l-istatwa titwassal sa fuq iz-zuntier u issir celebrazzjoni Marjana. Imheggin niehdu sehem.

Aktar dettalji dwar il-programm tal-festa issibuhom fuq il-web site tal-parrocca, www.bambinanaxxar.org.

IT- TNEJN
Tibda n-Novena tal-Bambina.
Fis-6.30 p.m. Koncelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-E.T. Mons Charles J. Scicluna, Arcisqof ta’ Malta, fil-presenza tal-komunita’ parrokkjali inkluz il-membri fil-Kunsill Lokali u l-ghaqdiet socjali kollha fin-Naxxar.

IT-TLIETA
Fl-10.00 a.m. ikollna quddiesa ghall-morda u l-anzjani; wara nkomplu b’riceviment fuq iz-zuntier.

Fil-5.00 p.m. issir il-presentazzjoni tat-trabi u tfal zghar lill-Bambina.

Fis-6.30 p.m. quddiesa bis-sehem tal-Kunsill Parrokkjali u l-ghaqdiet religjuzi kollha.

L-ERBGHA
Il-mistiedna huma l-membri fil-kumitat festi esterni, iz-zewg kumitati tas-Socjetajiet Filarmonici kif ukoll taz-zewg ghaqdiet piroteknici.

IL-HAMIS 
In-novena tkompli bis-sehem ta’ dawk li jqassmu l-Flimkien, il-grupp  tal-fund raising kif ukoll dawk li jghinu fl-armar u t-tindif tal-knisja.

IL-GIMGHA 
Ghall-quddiesa tan-novena qed insejhu lir-residenti li joqghodu fiz-Zoni Parrokkjali tan-Naxxar, San Pawl tat-Targa u Birguma,  inkluz il-Maghtab u l-parti tal-Iklin li taghmel man-Naxxar.

IS-SIBT
Fis-6.30 p.m. tibda l-ewwel Quddiesa Solenni mis-sacerdot novell tal-parrocca taghna Dun James Saydon. Mistiedna lkoll ninghaqdu mieghu u nitolbu ghalih.

NOTI :
Aktar dettalji dwar il-programm tal-festa issibuhom fuq il-web site tal-parrocca, fil-programm li qassamna fil-familji kif ukoll fin-notice boards. Dawk li ghadhom ma tawx l-envelope bl-offerta taghom jistghu ihalluh fis-sagrestija.

Matul dawn il-granet tal-festa ghandna ghall-bejgh diversi oggetti relatati mal-bambina fosthom mugs, posters, magnets, key chains u santi bid-domni. Bix-xiri taghkom tkunu qed tghinu lill-parrocca taghna.

L-abbati James David Gauci mill-parrocca taghna bhalissa qed jaghti servizz liturgiku fil-Bazilika ta’ San Pietru fil-Vatikan. Nappellaw lill-genituri sabiex iheggu lill-uliedhom subien jidhlu fil-grupp tal-abbatini fil-parrocca taghna billi javvicinaw lil xi hadd mis-sacerdoti taghna.

Nitolbu ghar-ruh; Guzeppi Fenech. Aghtih o Mulej .....




L-AĦĦAR POSTS