Youth Centre: Pre-Adolexxenti (Sghajtar)

Youth Centre: Pre-Adolexxenti (Sghajtar)

Tfal

Iċ-Ċentru Pastorali Sgħajtar joffri formazzjoni kontinwa għat-tfal minn l-età ta’ 5 snin ‘il fuq. Din tibda b’duttrina darba fil-ġimgħa għat-tfal li l-iskola qegħdin Year 1 (twieldu 2009). Tkompli mbagħad b’duttrina għat-tfal bejn l-età ta’ 6 u 12-il sena (twieldu bejn 2002 u 2008), li għandhom l-għażla li jattendu jew darbtejn fil-ġimgħa matul il-ġimgħa, jew darba is-Sibt waranofsinhar.
Matul il-ġimgħa it-tfal ikollhom lezzjoni ta’ tliet kwarti, darbtejn fil-ġimgħa. Is-Sibt it-tfal ikollhom mhux biss lezzjoni, iżda jkollhom ukoll kant, talb, brejk u għażla bejn lezzjoni tad-drama, tal-kitarra jew lezzjoni taż-żfin. Il-lezzjoni tal-kant issir f’forma ta’ kor tat-tfal li mbagħad janima l-quddies darba fix-xahar u jkanta wkoll f’lejl il-Milied.
It-tfal subien li għamlu l-preċett jistgħu jagħżlu wkoll li jsiru abbatini. Aktar informazzjoni dwar l-abbatini tinstab hawnhekk.
Wara li jagħlqu 12-il sena, it-tfal jistgħu jingħaqdu mal-grupp Navitas, li jilħaq l-adoloxxenti (12+, 13+, 14+) u ż-żgħażagħ (18+). Aktar informazzjoni dwar Navitas tinstab hawnhekk.
http://centrupastoralisghajtar.org/tfal/


L-AĦĦAR POSTS