AVVIZI - IR-RABA' HADD TAR-RANDAN - 6 ta' MARZU 2016
Data: 6/03/2016
Ir-RABA’ HADD
TAR-RANDAN
AVVIZI
IT-TNEJN
Fil-knisja parrokkjali fis-7.00 p.m. jibda Kors ta’ Ezercizzi ghall-koppji
mizzewga; il-predikatur se jkun Patri Gorg Zammit OFM Conv.
IL-HAMIS
Fid-8.45 a.m. jitlaq it-trasport mill-pjazza ghal dawk li
sejrin il- buffet breakfast;
biljetti jinkisbu minghand il-helpers.
IS-SIBT
Fl-Oratorju fil-11.00 a.m. se jkun hemm seminar
ghall-letturi, ministri tat-tqarbin u animaturi li jaghtu is-servizz taghhom
fil-parrocca.
Fil-knisja parrokkjali fis-7.30 p.m. is-Socjeta Filarmonika
Peace se ttella Via Crucis; kulhadd
huwa mistieden. Il-quddiesa tas-6.30 p.m. issir fil-kappella tal-Madonna tat-Triq
f’Loyola House.
NOTI
Matul din il-gimgha is-sacerdoti taghna jkomplu bil Family Visits fiz-zona ta’ Birguma
u San Pawl tat-Targa. Xieraq li possibilment il-membri tal-familja jkunu
prezenti.
Fil-week end li gej fuq iz-zuntier se jkollna l-figolli ghall-bejgh; bix-xiri taghkom
tkun qed tghinu lill-parrocca taghna.
Il-Via Crucis
Nazzjonali mmexxija mill-Arcisqof se ssir nhar l-Erbgha 23 ta' Marzu
fis-7.30 p.m. fic-Centru ta' San Blas Haz Zebbug; dawk li jixtiequ jmorru
ghandhom jinkitbu fis-sagristija.
Infakkrukom fil-knisja ta’ San Pawl tat-Targa mit-Tnejn sal-Gimgha qed ikun hemm quddiesa
fil-5.30 p.m, u s-Sibt fis-6.00pm.