AVVIZI - IT- 3 HADD TAR-RANDAN - 28 ta' FRAR 2016
PARROCCA NAXXAR
Data: 28/02/2016
IT-TIELET HADD
TAR-RANDAN
AVVIZI
IL-HADD
Fl-oratorju jibda high
tea u tombola mis- 2.30 p.m. il-quddiem. Biljetti jinkisbu minghand
il-helpers.
IT-TNEJN
Filghodu se jsir il-hasil
tal-knisja; napprezzaw jekk ikun hawn min jista jigi jghinna f’din
il-hidma.
Filghaxija, u it-Tlieta filghaxija ser jintramaw l-istatwi tal-Gimgha l-Kbira
fil-knisja; kull ghajnuna hija apprezzata; infakkru wkoll biex dawk li ghadhom
ma tawx l-envelop bl-offerta taghhom b’risq il-festa tal-vitorja jistghu
ihalluh fis-sagrestija
L-ERBGHA
Fil-knisja ta’ San Gwann fis-7.30 p.m. se jkun hemm laqgha ghas-separati.
IL-HAMIS
Gejna mistiedna mil-komunita
tas-seminarju biex niehdu sehem maghhom fl-adorazzjoni u quddiesa. Min
jixtieq jigi ghandu jinkiteb fis-sagrestija halli norganizzaw trasport li
jitlaq mill-pjazza fis-5.45 p.m.
IL-GIMGHA
Festa ta’ Gesu
Redentur;
Fil-5.30 p.m. jibda l-pellegrinagg mill-parrocca lejn is-Santwarju
tal-Hniena Divina u jghaddi minn dawn it-toroq: Sta Lucija, Guze Muscat u Sta Marija;
matul it-triq issir il-Via Sagra. Kif
naslu s-santwarju tibda quddiesa bil-kant u bl-omelija. Imheggin niehdu sehem.
NOTI
Matul din il-gimgha is-sacerdoti taghna jkomplu bil Family Visits fiz-zona ta’ Birguma
u San Pawl tat-Targa. Xieraq li possibilment il-membri tal-familja jkunu
prezenti.
Nhar il-Hamis 10 ta’ Marzu ser norganizzaw buffet breakfast f’lukanda ewlenija
fl-okkazzjoni ta’ Jum il-Mara; biljetti jinkisbu minghand il-helpers.
F’dawn il-granet qed jitqassam il-magazine Flimkien. Fost ohrajn issibu l-programm tal-gimgha
imqaddsa kif ukoll tat-tberik tal-familji.
Fl-okkazzjoni tas-Sena
tal-Hniena, l-Arcisqof Charles Scicluna se jmexxi pellegrinagg fl-art
imqaddsa mill-4 sat- 12 ta’ Mejju; min jixtieq jissieheb f’dan il-pellegrinagg
ghandu jinforma fl-ufficcju parrokkjali.
Ninfurmawkom li fil-knisja ta’ San Pawl tat-Targa mit-Tnejn sal-Gimgha qed ikun hemm quddiesa
fil-5.30 p.m, u s-Sibt fis-6.00pm.
Nitolbu
ghar-ruh: Cikku Dimech, u Joseph Cordina; Aghtihom o Mulej .....