L-AHHAR MESSAGG TAL-ARCIPRIET Rev. EVAN CARUANA
L-AHHAR MESSAGG TAL-ARCIPRIET
Rev. EVAN CARUANA
Gheziez,
Din hi l-ahhar darba li qed nikkomunika maghkom qabel ma ghada ntemm il-ministeru tieghi wara hdax-il sena Arcipriet ta’ din il-parrocca ghaziza.
Kif konna habbarna xi zmien ilu fl-okazzjoni tas-Sinodu tal-Familja li beda jiltaqa’ din is-sena f’Ruma u se jkompli f’Ottubru li gej, kif ukoll, fiz-zmien tal-Avvent, il-parrocca qed toffri dan it-talb għall-familja kollha sabiex inqaddsu ahjar il-jum tal-Hadd.
Diversi jaħsbu li hu biżżejjed il-quddiesa tal-Hadd imma min irid jiehu l-fidi tieghu nisranija b’aktar serjeta, ghandu jaghmel xi haga iktar. Il-Knisja qed tirrakkomanda li l-lajci, bhal ma jaghmlu s-sacerdoti, ghandhom jissiehbu maghha f’dak li jissejjah l-Ufficcju Divin...aghfas hawn
Dan jikkonsisti f’talb matul diversi hinijiet tal-gurnata. Ghalhekk bi pjacir qed inwasslilkom dan it-talb ghall-familja mehud mill-Ufficcju Divin tal-Knisja biex tghiduh flimkien. Tistghu tghidu parti minnu jew inkella kollu kemm hu.
Inheggigkom hafna biex il-jum tal-Hadd tqaddsuh mhux biss bil-quddiesa imma anke b’dan it-talb flimkien.
Jiena nawguralkom li l-familja taghkom tissahhah halli b’hekk ikollna familji aktar umani u aktar insara.
Nirringrazzjakom hafna tal-imhabba u apprezzament li dejjem urejtuni u nittama li tkomplu taghmlu l-istess mal-Arcipriet il-gdid.
Insellmilkom u nittama li narakom ghada l-Hadd 14 ta’ Dicembru fis-6.30 ghall-quddiesa ta’ radd il-hajr li jiena se niccelebra. Wara nsellmu lil xulxin fl-Oratorju.
Minn issa stess nawguralkom il-festi t-tajba.
Arcipriet Evan Caruana
GRAZZI TA' KOLLOX, GHAZIZ Fr EVAN - AHNA L-PARRUCCANI TAN-NAXXAR NIRRINGRAZZJAWK MINN QALBNA TA' DAK KOLLU LI GHAMILT MAGHNA U NACCERTAWK LI TKUN FIT-TALB TAGHNA -
AWGURI MILL-ISBAH U L-FESTI TAJBA
***************************