AVVENT 2014
AVVENT 2014
Din is-sena l-Avvent bi
tħejjijja għall-miġja tal-Mulej Ġesu’ se jibda l-Ħadd 30 ta’ Novembru u
jispiċċa l-Erbgħa 24 ta’ Dicembru qabel il-quddiesa tal-Vġili. F’dan iż-żmien il-parroċċa tagħna qed
toffrilek dawn l-opportunitajiet:
- Fil-Ħdud tal-Avvent: 29 ta’ Novembru; 7, 14, 21 ta’ Diċembru,
jitkanta t-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum (il-Lawdi) mas-saċerdoti
tal-parroċċa fil-knisja parrokkjali fit-8.00am. Ikun hemm folji apposta biex kulħadd jipparteċipa.
- Se jibdew jitqassmu l-folji b’talb u salmi meħudin mill-Uffiċċju Divin sabiex il-familja tqaddes il-Jum tal-Ħadd. Barra l-quddiesa, il-familji huma mħeġġa jinġabru f’diversi ħinijiet tal-ġurnata tal-Ħadd biex jitolbu flimkien f’darhom. Din hi inizjattiva li l-parroċċa qed tieħu fl-okkażjoni tas-Sinodu tal-Familja.
- Fil-knisja parrokkjali hemm l-envelopes għar-rigal li se nagħtu lid-Dar tal-Anzjani Familja Mqaddsa fi żmien il-Milied. Tistgħu tieħdu envelope u tirritoranawh bl-offerta tagħkom fis-sagristija.

KUNCERT TAL-MILIED
Il-kunċert
annwali tal-Milied mill-kor Iubilate Deo fil-knisja
Arċipretali
din is-sena se jsir
it-Tnejn 15 ta’ Diċembru fit-8.00pm.
Programm:
·
Adeste Fideles – JF Wade
·
A solis ortu cardine – Josef
Bugeja
·
Joy to the World – Karl Jenkin
(solista: Adriana Zammit)
Jieħdu sehem:
il-Kor Iubilate Deo;
il-kor Pueri Cantores (Direttriċi:
Daniela Callus);
l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta
(leader: Marcelline Agius)
Direttur: Christopher Muscat.
(Biljetti jkunu jistgħu
jinkisbu - b’xejn – matul il-ġimgħa ta’ qabel mill-Annexe)
Comments
Post a Comment