GENESIS2 - MARRIAGE ENRICHMENT COURSE

 Genesis2 ENG logo-01 2

STEDINA
 
Genesis2, Istitut għaż-Żwieġ u Familja, qed jistieden lill-koppji miżżewġin għall-Marriage Enrichment Course li ser jibda fit-2 ta’ Mejju. Dan il-kors jikkonsisti f’ sitt laqgħat darba kull ħmistax. L-għan tal-kors huwa li l-koppja miżżewġa ttejjeb iż-żwieġ tagħha. Il-kors joffri l-opportunita’ lill-koppji biex jieqfu mir-rutina ta’ kuljum u jinvestu fiż-żwieġ tagħhom.

Il-laqgħat isiru f’ambjent kalm fejn il-koppja jkollha opportunita’ tqatta ftit ħin flimkien. Il-koppji jkollhom ukoll xi xogħol x’jagħmlu bejniethom għad-dar. Għalhekk qabel kull laqgħa jkun hemm ikla ħafifa u wara talks, testimonjanzi w’ eżercizzi bejn il-koppja.  Is-suġġetti tal-laqgħat huma varji u l-għan tagħhom huwa li jsaħħu r-relazzjoni matrimonjali u fejn hemm bżonn jixħtu ftit dawl fuq id-dgħjufijiet li  wieħed għandu jaħdem fuqhom biex din ir-relazzjoni tissaħħaħ.

Dan il-kors huwa t’għajnuna biex il-koppji jibqgħu maqgħudin, jissudaw fir-relazzjoni tagħhom u jgħożżu r-rigal li Alla tagħhom f’xulxin.

Is-suġġetti jkopru:
Il-pjan ta’ Alla għaż-żwieġ; kif nibnu pedamenti sodi għal żwieġ b’saħħtu; kif nistgħu nikkomunikaw aħjar; kif nistgħu nsolvu l-konflitti; kif naħfru lil xulxin u nfejqu l-weġgħat tal-passat; kif nistgħu ngħinu lil xulxin biex inħossuna maħbuba; is-sesswalità fiż-żwieġ u kif nistgħu ngawdu l-ħajja flimkien.
L-aħħar sessjoni tkun ċelebrazzjoni tal-quddiesa fejn inġeddu l-wegħdiet taż-żwieġ tagħna. Wara ikun hemm party tal-għeluq.

Għal min hu indirizzat dan il-kors?
  • Għal dawk li jixtiequ jsaħħu ż-żwieġ tagħhom
  • Għal dawk li jridu jkunu ppreparati jegħlbu d-diffikultajiet li jinqalgħu fiż-żwieġ minn żmien għal żmien.

X’qalu dwar dan il-kors

“Qarrabni aktar lejn marti u għinni nifhem aktar kif għandi naġixxi f’mumenti diffiċli fir-relazzjoni ta’ bejnietna.”

“Ħassejtu għinni nara l-iżbalji banali li kont nagħmel ma’ żewġi; xtaqt li l-kors ħadtu qabel.”

“Kors fejn sibna aktar lil xulxin u ndunajna kemm għandna nħobbu lil xulxin.”
 
Jekk tixtiequ aktar informazzjoni, tistgħu ċċemplu fuq 99429907 jew ibagħtulna email fuq info@genesis2.org.mt jew żuru l-website tagħna http://www.genesis2.org.mt

Indirizz: 1, Oratory Street, Naxxar, Malta; Email: info@genesis2.org.mt; Tel. 7920 2477 / 9942 9907.
 
Marriage Enrichment Course - Article Flimkien_opt_001




Genesis2
1, Oratory Street,
Naxxar, NXR2505
Malta




L-AĦĦAR POSTS