PROGRAMM TAL-ĠIMGĦA MQADDSA 2014
PROGRAMM TAL-ĠIMGĦA MQADDSA
2014
Wara, l-purcissjoni tkompli minn Triq Santa Luċija għall-knisja parrokkjali fejn fil-11.00am issir Konċelebrazzjoni bir-rakkont tal-Passjoni skond San Mattew. Il-ġabra tallum tmur għall-ispejjeż tal-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira u l-Irxoxt.
Tnejn 14: Fis-7.30pm
Programm għall-Ġimgħa Mqaddsa b’riflessjonijiet u kant gregorjan u polifoniku
mill-Kor Iubilate Deo fil-knisja parrokkjali.
Tlieta 15: Fis-7.00pm
fil-knisja parrokkjali, Konferenza ghal kulħadd mill-Kan. Carmelo Attard,
Biblista, dwar “Il-Kantiċi tal-Qaddej ta’ Yahweh ta’ Iżaija li jintużaw matul
il-Ġimgħa Mqaddsa”.
Ħamis 17: Ħamis
ix-Xirka
Fid-9.30am Konċelebrazzjoni f’San Ġwann, il-Belt
immexxija mill-Arċisqof li fiha jitbierku ż-żjut imqaddsa. Fis-6.30pm Konċelebrazzjoni solenni li fiha
nfakkru l-Aħħar Ikla tal-Mulej u t-twaqqif tas-Saċerdozju, B204.
Fiha jsir ħasil riġlejn l-Appostli.
Wara Translazzjoni tas-Sagrament sal-Altar tar-Repożizzjoni. Il-Fratelli mħeġġa jieħdu sehem. Il-Viżti jsiru fit-8.30pm u d-9.30pm. Mill-10.30pm sal-11.15pm Adorazzjoni komunitarja li tispiċċa bil-Kompieta (it-Talba ta’ Għeluq il-Jum). Il-membri tal-għaqdiet imħeġġin jattendu għaliha. (L-adorazzjoni fis-Santwarju Ġesu’ Ħniena Divina tibda fit-8.00pm u tibqa’ sejra l-lejl kollu.

Ġimgħa 18 : Il-Ġimgħa
l-Kbira, B211 Jum ta’
Sawm u Astinenza.
Il-Viżti jsiru fis-6.30am u s-7.30am. Bejn
it-8.30am u 12.00pm konfessuri għall-qrar. Fit-8.30am kant
tal-Uffiċċju tal-Qari (Matutin) u t-Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum (Lawdi) flimkien
mas-saċerdoti tal-parroċċa. Dan l-Uffiċċju
jista’ jsir minflok il-Viżti. Ikun hemm folji apposta biex insegwu. Fl-9.45am Siegħa Mqaddsa u fil-10.45am isiru
l-aħħar Viżti.
Fis-2.00pm ċelebrazzjoni għall-persunaġġi u reffiegħa fl-Oratorju. Fis-2.30pm tingħad il-Via Sagra fil-Knisja u fit-3.00pm Tifkira Solenni tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej bil-qari tal-passjoni skond San Ġwann, Adorazzjoni tas-Salib u Tqarbin.

Sibt 19: Sibt
il-Għid, B232
Fit-8.00pm tibda ċ-ċelebrazzjoni tal-Vġili tal-Għid. Isir it-tberik tan-Nar ġdid u l-mixgħela
tal-Blandun, kant tat-Tħabbira tal-Għid (Exultet), qari mill-Antik u l-Ġdid
Testment, ċelebrazzjoni tal-Magħmudija u tal-Ewkaristija.
Ħadd 20: Ħadd
il-Għid, B271
Fit-8.30am Konċelebrazzjoni
Solenni tal-Għid il-Kbir. Fid-9.30am
tibda ħierġa l-purċissjoni bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt.
Fl-10.00am u fil-11.00am quddies ieħor. Għall-ħabta ta’ 12.00pm fuq iz-zuntier, qabel
id-dħul tal-purċissjoni fil-knisja, tberik tal-Ħrief tal-Għid tat-tfal. Il-ġbir tallum imur għall-ispejjeż
ta’ dawn il-festi.
RESURREXIT
SICUT DIXIT, ALLELUIA