NOTA LILL-ANIMATURI U LETTURI


NOTI MILL-ARĊIPRIET                                  25 ta’ Mejju  2012

Għeżież animaturi u letturi

Parroċċa  Naxxar


►      Ippruvaw imxu mar-roster ħalli ma neħdux xogħol għal xejn biex nifformulawha.


►      Meta xi ħadd ikun jaf minn kmieni li ma jkunx jista’ f’xi Ħadd partikulari, għandu javża lil Lawrence Giordano fil-bidu tax-xahar.  



►      Min ikun ser jaqra fil-week-ends għandu jiċċekkja qabel il-quddiesa jekk il- qari jkunx qiegħed f’postu fuq l-Ambone.


►      Min jaqra s-salm responsorjali, għandu jmexxi ‘l-kongregazzjoni fir-ritornell u mhux jistenna lill-animatur.


►      L-animaturi għandhom jirrispondu bil-mod lis-saċerdot ħalli jgħinu lin-nies jitolbu. L-animatur irid ikun moħħu fil-quddiesa għax inkella jispiċċa jgħaġġel aktar minn-nies.


►      Nittama li KULĦADD jattendi għall-laqgħa ta’ formazzjoni li se ssir minn Dun Jesmond Manicalo, Delegat tal-Arċisqof għall- Liturġija, l- Erbgħa 20 ta’ Ġunju fis 7.00pm fil-knisja parrokkjali. Is-suġġett se jkun: ‘50 sena mir-riforma fil-Liturġija mill- Konċilju Vatikan II. F’hiex wasalna?’ Din se tkun flok is-Seminar li soltu jsir f’ Ġunju. Grazzi ħafna tas-servizz tagħkom.


Rev. Fr Evan Caruana

Arċipriet

Fr Evan Ġunju 2012



L-AĦĦAR POSTS