YOUTH CENTRE : ADOLEXXENTI
Youth Centre: Adolexxenti
Formazzjoni u Talb – Adoloxxenti u Zghazagh
Navitas. Enerġija. Meta l-grupp ta’ żgħażagħ li kienu jiltaqgħu darba fil-ġimgħa fiċ-Ċentru Pastorali tas-Sgħajtar beda dejjem jikber, inħasset il-ħtieġa li dan il-grupp ikollu isem. U flimkien mar-Rettur u l-youth leaders bħala isem intgħażlet il-kelma mil-Latin, “Navitas” li tfisser enerġija. L-enerġija hija l-akbar assi li għandhom iż-żgħażagħ u meta mħaddma bi ftit kreattività u proattività jistgħu jsiru ħafna affarijiet interessanti, varjati u li fl-aħħar mill-aħħar iressquna aktar lejn Alla.
U dawn l-affarijiet li jressquna lejn Alla huma l-għan aħħari ta’ dan il-grupp. Kulħadd attenda għal-lezzjonijiet tar-Reliġjon fl-iskejjel u għall-klassijiet tad-duttrina fil-knisja jew il-M.U.S.E.U.M., però Navitas huwa aktar minn hekk. F’Navitas ma jsirux laqgħat ġenerali dwar il-Bibbja u l-ħajja ta’ Ġesù u lanqas ma jingħata talb ġdid biex wieħed jitgħallem bl-amment. Navitas ikompli jibni fuq dawn l-aspetti li aħna tgħallimna fi tfulitna fl-iskejjel u d-duttrina u jeħodna pass ’il quddiem. Permezz ta’ diskussjonijiet fi grupp u bl-użu ta’ għodod multimedjali, Navitas, fost affarijiet oħra, jgħinek tifhem aħjar talb li diġà taf bl-amment u li forsi qatt ma tajt kas partikolari tiegħu, bħall-Kredu, jgħinek tifhem aħjar il-pożizzjoni tal-Knisja rigward temi soċjali permezz ta’ għarfien dwar id-dokumenti u l-enċikliċi tal-Knisja u jagħtik ukoll l-għodod biex titgħallem titlob b’mod li jagħmel sens u bl-aktar mod komdu għalik.
Barra minn hekk, kull fejn ikun hemm iż-żgħażagħ, ma tistax titħalla barra l-parti tal-iżvilupp soċjali. Minbarra l-laqgħa ta’ matul il-ġimgħa, iż-żgħażagħ iħobbu jiddevertu wkoll u jorganizzaw bejniethom diversi attivitajiet soċjali bħal safar, jattendu għal xi kunċert, isajru xi ħlewwiet li l-flus li jaqilgħu mill-bejgħ tagħhom jingħata lill-karità jew jintużaw biex itaffu l-piż finanzjarju taċ-Ċentru stess jew sempliċement imorru jieklu jew jixorbu xi ħaġa flimkien.
Jekk għandek il-ħajra li tingħaqad ma’ grupp ta’ dan it-tip, jew forsi tixtieq taqta’ l-kurżità dwar x’isir f’Navitas, ejja attendi għal-laqgħa organizzata għall-grupp tal-età tiegħek li ssir:
Jekk għandek il-ħajra li tingħaqad ma’ grupp ta’ dan it-tip, jew forsi tixtieq taqta’ l-kurżità dwar x’isir f’Navitas, ejja attendi għal-laqgħa organizzata għall-grupp tal-età tiegħek li ssir:
• Is-Sibt bejn it-3:45 u l-5:00 għaż-żgħażagħ ta’ Form 2 (Navitas 12)
• Il-Ġimgħa fit-8pm għaż-żgħażagħ ta’ Form 3-6 (Navitas 13-16)
• It-Tnejn fid-9pm għal dawk li għandhom ’il fuq minn 18-il sena (Navitas 18+)
• Il-Ġimgħa fit-8pm għaż-żgħażagħ ta’ Form 3-6 (Navitas 13-16)
• It-Tnejn fid-9pm għal dawk li għandhom ’il fuq minn 18-il sena (Navitas 18+)
Idhol fil-link > http://centrupastoralisghajtar.org/adoloxxenti-u-zghazagh-2/
Mixed (13+ )
Fejn Tiltaqa': Sghajtar
Gurnata: Il-Gimgha
Hin: 5.15pm - 7.30pm
Lil Min Tikkuntatja: Mrs. M Ciantar, Mrs. D. Muscat