PJAN PASTORALI

Pjan Pastorali 2009 - 2011

(1) Parroċċa li tinbena f'komunita`ta' Dixxipli ta' Ġesu`Kristu
Responsabbli: Kunsill Pastorali Parrokkjali


Vizjoni
Il-Parroċċa trid tkun komunita' ta' dixxipli ta' Ġesu` Kristu, li jimxu warajH, li jsibu fiH it-triq, il-verita` u l-ħajja, u li jħalluH isawwarhom fi strumenti ta' komunjoni.

X'ser isir :


  • Hekk kif jiġi approvat dan il-PJAN mill-Kunsill Pastorali Parrokkjali ssir laqgħa għal-lajċi impenjati u kull min hu nteressat biex jiġi mxandar il-PJAN PARROKKJALI 2009-11
  • Wara, isiru laqgħat imsejħin KONFERENZI PARROKKJALI għal kategoriji partikolari bħal għal dawk li se jaħdmu fl-oqsma tal-Familja, Djakonija, Kateketika, Zgħazagħ u oħrajn biex tiġi mfissra u diskussa fid-dettall il-parti mill-Pjan li tinvolvi lilhom u x'tip ta' azzjoni tkun se tittieħed għat-twettieq tiegħu.
  • Dan il-Pjan ghandu jwassalna ghall-VIZTA PASTORALI ta' Mons. Arcisqof fl-2011.
  • Il-Pjan ghandu jitqieghed fil-website tal-parrocca ghal kull min irid jikkonsultah u t-taqsimiet tieghu jigu ppubblikati fil-FLIMKIEN xahar wara l-iehor mill-harga ta' Marzu 2009.
  • Il-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu (KIS) tkun responsabbli ghat-twettieq tieghu f'dawn it-tlett snin.
  • Inkomplu bl-isforzi taghna biex aktar lajci jimpenjaw ruhhom fid-diversi oqsma tal-parrocca halli b'hekk is-Saltna tal-Mulej tkompli tinfirex fostna.
  • Inħabirku biex aktar kategoriji mill-parroċċa jkollhom laqgħa ta' formazzjoni mill-anqas darba f'sena bħal ma' diġa' qed isir mal-letturi, katekisti u tobba. Dawn jistgħu jinkludu l-ġenituri bi tfal li għandhom bzonnijiet speċjali u professjonisti oħra bħal għalliema, nurses u oħrajn;
  • Ninvolvu l-parroċċi l-oħra ta' l-Unita' għal-laqgħat flimkien bħal ma' hemm il-ħsieb li jsir għal dawk tat-tobba, animaturi u letturi;
  • Insaħħu l-parteċipazzjoni tar-rapprezentanti taz-zoni tas-Sghajtar u San Pawl tat-Targa fil-Kunsill Parrokkjali, fil-Kummissjonijiet kif ukoll fil-Liturġija, kif diġa' jsir fin-Novena tal-Milied u ta' Marija Bambina;
  • Naraw kif iz-zewg komunitajiet tar-Religjuzi fil-parrocca taghna: il-patrijiet Gezwiti u s-sorijiet Dumnikani, ikomplu jinvolvu ruhhom fil-hidma tal-parrocca skond il-karizma taghhom. Tkun haga xierqa li jippartecipaw flimkien fl-Ewkaristija fil-Knisja parrokkjali fil-Jum iddedikat lill-Hajja Kkonsagrata fit-2 ta' Frar – Jum il-Prezentazzjoni tal-Mulej fit-Tempju.
  • Il-Kelma ta' l-Arċipriet fin-NIEQA tiġi tradotta bl-Ingliz fuq il-website tal-parroċċa biex jintlaħqu dawk li jitkellmu b'din il-lingwa;
  • Tibda' ssir Adorazzjoni Komunitarja kull l-ewwel Ġimgħa tax-xahar wara l-quddiesa tas-6.30pm bil-parteċipazzjoni tal-Holy Trinity Group;
  • Isiru aktar home visits matul is-sena biex jonqos il-bulk minn wara l-Għid;
  • Jintgħazlu xi korsijiet ta' formazzjoni għall-Adulti. Jista' jsir kors kull sena b'suġġetti bħal Bibbja, Liturġija, Psikoloġija u oħrajn;
  • Isir sforz biex kull min hu nvolut f'xi ħidma ta' tagħlim (speċjalment fl-oqsma tal-Familja, Kateketika, Djakonija u Zgħazagħ) jifforma ruħu b'mod regolari f'korsijiet li joffru s-Segretarjati u l-Istitut ta' Formazzjoni tad-Djocesi;
  • Tinħoloq aktar awareness għall-korsijiet li jkunu organizzati għal kulħadd minn diversi entitajiet barra mill-parroċċa;
  • Isir sforz biex il-lajċi kollha impenjati fil-parroċċa jattendu l-ħames ċelebrazzjonijiet komunitarji ta' l-Ewkaristija matul is-sena – bidu tas-sena soċjali, Avvent, Randan, Pentekoste, u l-Festa titulari, bħala mument qawwi ta' komunjoni bejnietna;
  • Tingħata attenzjoni partikolari lil dawk it-tfal u zgħazagħ li juru sinjali ta' vokazzjoni. Il-parroċċa tieħu ħsieb tlaqqa' lil dawn iz-zgħazagħ minn zmien għall-ieħor. Il-Grupp ta' l-Abbatini jkun fuq quddiem ta' din il-ħidma;
  • Jinhatar team ta' 3 persuni biex naraw kif nistghu “nadottaw” lid-dar ta' l-Anzjani Sagra Familja li ghandna fil-parrocca. Nifthemu mad-Direttur tad-Dar biex il-parrocca tibda taghti zewg rigali lil din id-Dar: fil-Milied u fl-Ghid.
  • Isir Kalendarju Parrokkjali b'dawk l-attivitajiet li normalment ikunu fissi minn sena għall-oħra biex kulħadd ikun infurmat bihom minn kmieni u b'hekk issir pjanifikazzjoni aħjar;
  • Isir sforz biex jinġabru l-E-mail addresses tal-lajċi impenjati ħalli tiġi ffaċilitata l-informazzjoni bejnietna.

2) Parroċċa li tirċievi u twassal il-kelma t'Alla
Responsabbli: Kummissjoni Kateketika

Vizjoni
Il-parroċċa trid tkun dejjem miftuħa għall-Kelma ta' Alla biex tilqagħha bil-qalb, tgħinha tagħmel l-għazliet neċessarji llum, u twassalha b'fedelta' u b'impenn lill-bniedem tal-lum.

X'ser isir

  • Tiġi ntrodotta l-quddiesa fil-bidu ta' sena Kateketika u l-katekisti jiġu ntrodotti lill-Komunita';
  • Jibqa' jsir is-Seminar għall-Katekisti tat-tlett zoni flimkien f'Ottubru sabiex isir qsim ta' ideat bejn il-Katekisti kollha tal-parroċċa;
  • Zjarat aktar spissi minn saċerdoti fl-oqsma tad-duttrina biex it-tfal jidentifikaw ruħhom magħhom;
  • Tiġi mħeġġa l-parteċipazzjoni minn zmien għall-ieħor tat-tfal mal-katekisti fil-quddiesa ta' matul il-ġimgħa u possibilment, iqerru wkoll;
  • Billi l-parroċċa hija responsabbli mis-servizzi reliġjuzi tat-tfal li jattendu l-iskola Primarja, dawn is-servizzi jkomplu jsiru billi: (a) tissaħħah il-quddiesa ta'l-ewwel Ġimgħa tax-xahar; (b) tkompli ssir l-Ewkaristija fil-klassijiet fejn tiġi spjegata aħjar il-quddiesa; (c) isir il-qrar tat-tfal kollha mill-anqas darba kull term jiġifieri tliet darbiet fis-sena;
  • Jiġi stabbilit in-numru ta' drabi matul is-sena fejn it-tfal li jattendu għall-quddiesa tat-8.30am mal-katekisti jkollhom Liturġija aktar parteċipattiva u li għaliha jiġu mistiedna l-ġenituri tagħhom;
  • Ikun hemm ukoll okkazjonijiet oħra matul is-sena fejn it-tfal jipparteċipaw b'mod aktar ħaj fil-Liturġija tal-Ħadd bħal Penetekoste (tfal tal-Grizma, ġenituri u parrini), ċelebrazzjoni tal-Magħmudija, apposta għalihom, Novena tal-Festa u tal-Milied;
  • Fil-quddiesa tal-11.00am tal-Ħadd, tissaħħah l-inizjattiva li bdiet dan l-aħħar fejn it-tfal ikollhom l-ispjega tal-Vanġelu apposta għalihom. Dan diġa qed isir fiz-zoni tas-Sgħajtar u San Pawl tat-Tarġa;
  • Tiġi ntrodotta ċ-ċerimonja tat-tberik tal-Girlandi fil-bidu ta' l-Avvent u tal-Bambini qrib il-Milied. Fir-Randan, jiġu mħeġġa għall-Karus ta' Mħabba;
  • Tissaħħah l-idea tal-ġenituri bħala għalliema ta' uliedhom fil-fidi u allura għandhom jinvolvu ruħhom aktar fl-edukazzjoni nisranija ta' wliedhom;
  • Jissaħħu l-laqgħat ta' formazzjoni għall-ġenituri matul is-snin kollha tal-katekizmu. Isiru s-Seminars speċifiċi għall-ġenituri u tfal tal-Grizma;
  • Jinħoloq team zgħir biex jorganizza l-parteċipazzjoni tat-tfal fil-quddies tat-7.45am ta' matul il-ġimgħa. Jista' jkun hemm numru ta' inċentivi biex iħajru lil dawk it-tfal li jkunu jistgħu, jipparteċipaw f'din il-quddiesa. Dan ikun jgħodd għall-quddiesa tad-8.45am fis-sajf.

(3) Parroċċa li tiċċelebra l-għaqda ma' Alla u ma' xulxin
Responsabbli: Kummissjoni Liturgija

Vizjoni
Il-Parroċċa trid tiċċelebra b'mod ħaj l-għaqda ma' Alla u ma' xulxin. Il-liturġija trid tiġġedded kontinwament biex tibqa' tkun esperjenza ta' din l-għaqda.

X'ser isir

  • Jibqa' jsir is-Seminar ta' formazzjoni u diskussjoni għal kull min hu nvolut fil-Liturġija għal nofs Jannar;
  • Jissaħħu l-animaturi/kanturi b'rehearsals mal-Kor Gaudete in Domino biex jitgħallmu l-kant taz-zmien magħruf bħala “tempo forte” i.e. Avvent-Milied, randan-Għid;
  • Ikomplu jinġabru u jinqraw il-ħsibijiet ta' qabel il-quddies ta' kuljum matul l-Avvent-Milied, Randan-Għid u s-solennitajiet li fihom spjega tal-Vanġelu tal-ġurnata;
  • Jitwaħħlu monitors taħt in-navi sabiex dawk prezenti fil-ġnub tal-knisja waqt il-quddies isegwu aħjar il-liturġija;
  • Isir training individwali għal-Letturi;
  • Jibqgħu jintbagħtu minn zmien għal zmien, notamenti lil kull min hu nvolut fil-Liturġija biex din dejjem titjieb;
  • Il-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin jiġġeddidilhom il-Mandat ta' kull sena f'waħda mill-quddies tan-Novena tal-Milied;
  • Isiru CD's b'kant ta' l-Avvent, Randan u Għid biex l-animaturi/kanturi u anki gruppi tal-parroċċa jkunu jistgħu jitgħallmuhom waqt il-laqgħat tagħhom. Il-korijiet Jubilate u Gaudete jiddedikaw parti mill-provi tagħhom għal dawn l-innijiet.

(4) Parroċċa li taqdi u taħdem għall-ġustizzja
Responsabbli: Kummissjoni Djakonija

Vizjoni
Il-Parroċċa trid taqdi, fuq l-ezempju ta' Ġesu` Kristu u bl-istess stil u spirtu tiegħu. Dan il-qadi bl-imħabba trid issieħbu wkoll mal-kontribut għal soċjeta` aktar ġusta.

X'ser isir

  • Tissaħħah il-Kummissjoni Djakonija b'membri ġodda kif ukoll b'oħrajn li diġa' kellhom esperjenza f'dan il-qasam;
  • Il-Kummissjoni Djakonija tikkoordina bejn id-diversi għaqdiet u gruppi l-ħidmiet li jsiru favur in-nies li jkollhom bzonn ta' xi għajnuna fid-diversi forom tagħha;
  • Isiru surveys biex jiġu magħrufa l-bzonnijiet tal-parroċċa – nies b'mard kroniku, nies jgħixu waħedhom, bed-ridden u oħrajn – ħalli jiġi mħejji pjan ta' azzjoni. F'dawn s-surveys jiġu nvoluti d-distributuri tal-fuljett;
  • Waqt iz-zjajjar fid-djar mil-lajċi, it-tqarbin tal-morda, it-tberik u l-home visits issir dejjem aktar konoxxenza tan-nies u l-bzonnijiet tagħhom;
  • Tiġi studjata l-possibilta' li ssir quddiesa darba fis-sena fid-dar ta' kull persuna li ma toħroġx mid-dar u li titqarben kull ġimgħa. F'din il-ħidma jistgħu jgħinu l-Ministri tat-Tqarbin. Jiġu mħeġġa l-qraba biex ikunu prezenti. Wieħed jara min mill-patrijiet Ġizwiti jista' jgħin f'din l-attivita';
  • Ikompli jissaħħah l-ispecial needs group, u jerġgħu jibdew jintbagħtu s-sympathy cards lil min ikun ġarrab xi telfa;
  • Jiġu mgħejjuna wkoll ir-romol, is-separati, is-single parents, familji li jkollhom lil xi ħadd b'mard serju;
  • Jiġu identifikati social workers, counsellors u family therapists li b'mod volontarju jgħinu lil min jeħtieġ l-għajnuna. Jinħaseb uffiċċju biex fih jilqgħu lin-nies;
  • Iċ-Ċentru Soċjali għall-Anzjani jinvolvi lill-anzjani stess f'diskussjonijiet bejniethom quddiem udjenza biex jgħinhom iikunu zjed mentalment attivi u juzaw aktar l-immaġinazzjoni tagħhom;
  • Isirulhom ukoll xi ħarġiet kulturali, fosthom kunċerti biex jiġu ddiversifikati l-ħarġiet;
    Jintlaħqu wkoll l-ex-membri bi zjarat fi djarhom.

(5) Parroċċa favur iz-zwieġ u l-familja
Responsabbli: Kummissjoni Familja

Vizjoni
Il-parroċċa trid taħdem b'impenn sħiħ għat-tisħiħ taz-zwieġ u tal-familja. F'dan, il-parroċċa trid tagħti kontribut validu lis-soċjeta` Maltija biex l-għazliet li jsiru jkunu tassew għall-ġid komuni. Trid tkompli tgħin ukoll lil min għaddej mit-tbatija fi ħdan il-familja.

X'ser isir

  • Titwaqqaf b'mod strutturat il-Kummissjoni Familja;
  • Jizdied in-numru ta' koppji mexxejja biex aktar għarajjes jiġu aċċettati għall-Kors ta' Kana;
  • B'kollaborazzjoni mal-Moviment ta' Kana naraw li jsir it-taħriġ meħtieġ ta' dawn il-koppji mexxejja jekk inhu possibli fil-parroċċa tagħna. Dan ikun miftuħ għall-koppji oħra mill-parroċċi ta' l-Unita;
  • Il-koppji mexxejja jkollhom nofs ta' nhar ta' tħejjija spiritwali qabel ma jibdew imexxu l-Kors ta' tħejjija għall-għarajjes;
  • Is-Seminar għal dawk il-koppji li jkunu waslu biex jizzewġu matul is-sena jkun mifrux fuq tliet nofs ta' nhari;
  • Il-koppji mexxejja jiġu mħeġġa jzommu kuntatt regolari mal-koppji li kienu fil-gruppi tagħhom ta' tħejjija u jzommuhom infurmati bl-attivitajiet li jsiru għall-familji fil-parroċċa;
  • Naraw kemm mill-koppji mexxejja jaċċettaw li jagħtu servizz ta' counselling lil min jeħtieġu u li jirreferu jekk ikun hemm bzonn, għal counselling professjonali;
  • Jibdew isiru laqgħat ta' formazzjoni għall-għarajjes u dawk going steady;
  • Isiru wkoll laqgħat għall-mizzewġin li jkunu fl-ewwel ħames snin taz-zwieġ tagħhom;
  • Jiġu identifikati koppji ġodda biex jgħinu fit-tħejjija tal-ġenituri għall-magħmudija ta' wliedhom.

(6) Parroċċa b'post speċjali għaz-zgħazagħ u adoloxxenti

Vizjoni
Il-parroċċa trid tkun post fejn l-adoloxxenti u z-zgħazagħ iħossuhom f'darhom u fejn huma stess iħossu l-ħtieġa li jwasslu lill-oħrajn lejn Ġesu` Kristu.

X'ser isir

  • Fiċ-ċentru tas-Sgħajtar tkompli tinħass il-prezenza taz-zgħazagħ permezz ta' l-attivitajiet li jsiru fosthom xogħol volontarju;
  • Tkompli l-formazzjoni permezz ta' katekezi li tinkludi 7 laqgħat fuq id-dixxipulat, laqgħat b'temi marbutin mal-fidi, it-tagħlim soċjali tal-Knisja, bioetika u morali, irtiri u live-in.
  • Impenn li jipparteċipaw fil-quddies mhux il-Ħadd biss imma ta' lanqas darba fil-ġimgħa;
  • Tkompli ċ-ċelebrazzjoni komunitarja tas-sagrament tal-qrar;
  • Ikunu evanġelizzaturi permezz ta' ezerċizzi tar-Randan, irtir għall-adoloxxenti (Forms 1-3) u attivitajiet li jkunu miftuħa għal dawk li mhumiex membri.
  • Fl-Annexe tal-Knisja Parrokkjali jkompli jissaħħah il-grupp ta' zgħazagħ li beda jiltaqa' dan l-aħħar;
  • Jara li jizdiedu l-membri ta' l-eta' tagħhom biex wara formazzjoni xierqa jibdew jieħdu ħsieb gruppi oħrajn ta' eta' izgħar minnhom;
  • Jaħsbu biex jagħmlu live-in kull sena biex isaħħu aktar ir-relazzjonijiet ta' bejniethom u fejn issir ukoll evalwazzjoni tal-ħidma tagħhom;
  • Jieħdu sehem aktar f'Liturġija animata minnhom stess speċjalment tal-Ħadd u li fiha jingħataw esperjenzi miz-zgħazagħ għall-komunita';
  • Isiru ezerċizzi tar-Randan b'mod li jolqtu liz-zgħazagħ mill-qrib;
  • Izommu kuntatt mal-KDZ biex jagħmlu uzu mir-rizorsi li l-Kummissjoni għandha;
  • Ikollhom opportunita' ta' ħidma ma' nies bi bzonnijiet partikulari fil-parroċċa u ‘l quddiem anke barra minn Malta. Parti mill-ħidma tagħhom tkun fid-Dar Sagra Familja;
  • Tinħoloq struttura biex zgħazagħ li jħallu ċ-ċentri ta' tagħlim tat-tfulija, u jħossu li jridu jkomplu jiffurmaw ruħhom, isibu lil dawn il-gruppi ta' zgħazagħ li jilqgħuhom.

Approvat, 15 ta' Jannar, 2009 waqt laqgħa ordinarja tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, Naxxar.

L-AĦĦAR POSTS