MERHBA TA' L-ARCIPRIET DUN DAVID GAUCI


Messagg tal-Arcipriet


Dan huwa l-ewwel messagg tieghi lilkom ilkoll il-familji li toqghodu f'din il-parrocca ghaziza taghna tan-Naxxar iddedikata lit-twelid tal-Vergni Mqaddsa Marija - il-Bambina.

Qed jaslilkom fil-bidu ta’ xahar gdid ta sena gdida minn Arcipriet gdid. Irrid min hawn f'isimkom irrodd hajr lill-predecissuri tieghi li hadmu f'din il-parrocca matul is-snin. Irrid min hawn insellem personalment lil kull wiehed u wahda minnkom.

Il-quddiem ikollna cans niltaqghu f'diversi okkazzjonijiet.
Ix-xewqa tieghi hi li nghinkom ilkoll, u jien maghkom, ninbnew f'komunita ta’ fidi, tama u imhabba. U hsiebi jmur lejn kull membru ta’ din il-komunita parrokkjali; miz-zghar taghna sal-anzjani taghna; tislima specjali tmur lejn dawk li jhossuhom imwarrbin, dawk li huma wehidhom, il-morda taghna.

Irrid inkun qrib ta’ dawk li huma fil-periferija; fil-periferija nifhem nghid mhux biss dawk li joqghodu fiz-zoni tas-Sghajtar u ta’ San Pawl tat-Targa u Birguma; dawk ukoll; imma fil-periferija qed nifhem (anke kif inhi ix-xewqa tal-papa frangisku) inkun qrib ta dawk li jhossuhom il-boghod mill-knisja.

Ghax kif tafu intom stess, tista tkun tghix taht il-kampnar tal-knisja u xorta wahda thossok il-boghod minnha.

insellem lill-familji kollha li joqghodu fil-qalbha tar-rahal taghna tan-naxxar.

Ix-xewqa tieghi hi li inkun tassew raghaj tal-merhla kbira afdata f'idejja u li bil-kelma u bl-ezempju ikolli tassew fuqi ir-riha tan-nghag.

Minn qalbi nawgura sena mimlija barka fil-Mulej u Marija Bambina tkun maghna.


Fr David Gauci 
Arcipriet


L-AĦĦAR POSTS