FORMAZZJONI

Thejjija ghall-Maghmudija

WARA t-twelid tat-tarbija, il-genituri ghandhom imorru fl-Ufficcju Parrokkjali biex jiftehmu fuq id-data tal-Maghmudija. Il-Knisja titlob li ssir thejjija tal-genituri sabiex dawn jiftakru fid-doveri taghhom li jrabbu lit-tarbija fil-fidi nisranija. Fil-kaz taghna, sacerdot jew lajci jzuru d-dar tal-genituri ghal din it-thejjija.

Il-parrini ghandhom jiksbu nota minghand il-Kappillan ta' fejn joqoghdu li jiddikjara li huma kapaci (idonei), jaghmluha ta' parrini. Il-parrini jridu jkun kattolici prattikanti. Iridu jintaghzlu ragel u mara ghax qed jirrapprezentaw lill-genituri. Din in-nota trid tingabar mill-parrini stess u mhux permezz ta' haddiehor. Il-parrini ghandhom jinghazlu skond il-kriterji li titlob il-Knisja (ara nru 4 isfel, re: Parrini)

Dawk il-genituri li joqoghdu n-Naxxar u jixtiequ jghammdu t-tarbija taghhom barra mill-parrocca, ghandhom l-ewwel jinfurmaw lill-Kappillan tal-parrocca fejn jixtiequ jghammdu, imbaghad jigu fl-Ufficcju Parrokkjali taghna biex jiksbu l-permess halli jghammdu barra mill-parrocca. Anke ghal dawn ikun jehtieg li ssir it-thejjija.






Formazzjoni tat-Tfal
L-ISKOP li t-tfal jattendu fic-centri tad-duttrina hu differenti minn dak ta' l-iskola. Filwaqt li fl-iskola it-tfal jitghallmu is-suggett tar-religjon l-aktar fuq livell akkademiku, tant li joqoghdu ghall-ezami fih, fic-centri huma jghixu fil-komunita' dak li jkunu tghallmu. Ghalhekk, fic-centri t-tfal ma jkollhomx biss “taghlim” izda jkollhom opportunita' kif jghixu dan b'diversi manjieri fil-komunita' li fiha jghixu. Ic-centri tat-taghlim fil-parrocci huma ftit minn dawk il-postijiet fejn tfal minn skejjel ta'l-istat, tal-privat u tal-knisja jithalltu flimkien. Ghalhekk, ghandna nhabirkulhom ghal dan. Ic-centri tat-taghlim Nisrani fil-parrocca huma dawn: (a) Museum Subien (Tel:21410308); (b) Museum Bniet (Tel:21412429); (c) Centru Sghajtar (Tel: 21419515/21410341); Centru Gesu' Hniena Divina (bl-Ingliz) (Tel:21581266/21581353).

Ir-registrazzjoni tat-tfal ghall-klassijiet tad-duttrina issir f'Mejju. Ghandhom jigu rregistrati t-tfal kollha li jattendu t-taghlim nisrani biex il-klassijiet jibdew b'mod regolari f'Settembru. It-tfal huma mitluba jattendu mill-anqas darbtejn fil-gimgha ghat-taghlim nisrani matul is-snin kollha ta' formazzjoni.

It-tfal ghandhom l-opportunita' li l-Evangelju tal-Hadd jigi spjegat lilhom minn katekisti apposta. Dawn isiru hekk: fil-quddiesa ta' l-10.15am fil-kappella tas-Sghajtar; fil-quddiesa tal-11.00am fil-Knisja parrokkjali; fil-quddiesa bl-Ingliz tal-11.30am fis-Santwarju Gesu' Hniena Divina.

Infakkru li matul is-sena jsiru laqghat ta' formazzjoni ghall-genituri tat-tfal fis-snin kollha li jattendu d-duttrina. Haga xierqa li jattendu l-genituri bhala koppja.





Thejjija ta' l-Gharajjes

L-gharajjes huma mhegga jahsbu ghall-kors ta' thejjijja, maghruf bhala ta' Kana, mill-anqas sentejn qabel iz-zwieg. Ikun aktar ta' gid ghalihom li jhejju ruhhom bil-kwiet minn kmieni u mhux b'hafna ghaggla. Fil-parrocca taghna dan il-kors jibda fit-tieni gimgha ta' Jannar, fl-Oratorju, mifrux fuq tmien sessjonijiet. Madwar sitt xhur qabel iz-zwieg huma ghandhom jaghmlu seminar jew xi laqghat ohra ta' thejjija mill-qrib. Generalment tigu mistiedna miz-zewg parrocci li gejjin minnhom. Fiz-zewg okkazzjonijiet huma jinghataw certifikat li jipprezentawh lill-Kappillan taghhom ghal meta jmorru ghandu ghall-“Istharrig qabel iz-Zwieg”.

Madwar 3 xhur qabel iz-zwieg ghandhom jaghmlu appuntament mal-Kappillan jew Arcipriet biex isir l-Istharrig ta qabel iz-zwieg, dak li nafuh bhala “l-ezami”. Ghandhom jipprezentaw dawn id-dokumenti (a) certifikat tal-Maghmudija; (b) certifikat tal-Grizma ta' l-Isqof; (c) Certifikat ta' thejjija ta' qabel iz-zwieg (ta' Kana); (d) Certifikat ta' thejjija mill-qrib.

Ikollkom bzonn tmorru l-Kurja bil-karti lesti wara li tkunu rajtu lill-Kappillan taghkom. Tmorru wkoll il-Public Registry biex taghtu l-informazzjoni mehtiega. Il-Public Registry jew Insinwa ma tmorrux biex tizzewgu. Ghal min se “jizzewweg bil-Knisja” ma jergax isir zwieg iehor civilment. Il-parrocca tghaddi l-karti mehtiega li l-gharajjes jiffirmaw fil-knisja lill-Public Registry biex dawn jirregistraw iz-zwieg li jkun sar fil-Knisja.

Importanti li ssibu hin mas-sacerdot li jkun se jzewwigkom halli thejju l-quddiesa u r-rit tas-sagrament taz-zwieg. Imporatnti wkoll li ssibu hin biex tersqu lejn is-sagrament tar-rikonciljazzjoni (qrar) bil-kwiet.

Araw li tissiehbu f'xi grupp ta' formazzjoni ta' mizzewgin godda, specjalment fl-ewwel snin taz-zwieg halli jkollkom is-support mehtieg ghall-hajja taghkom.






Parrini
Ghall-Maghmudija ghandhom jintghazlu ragel u mara bhala parrini ghax dawn ikunu qed jirrapprezentaw lill-genituri. Ghall-Grizma ta' l-Isqof jistghu jintghazlu mara wahda jew ragel wiehed.

Min se jaghmilha ta' parrinu jew parrina ghandu jmur hu jew hi personalment fl-Ufficcju Parrokkjali ghal nota li turi l-idoneita' tal-parrinu u mhux jibghat ‘l xi hadd minfloku. Dan jghodd kemm ghal min se jaghmilha ta' parrinu fil-parrocca tan-Naxxar kif ukoll barra mill-parrocca. Il-knisja tixtieq li l-parrini jintghazlu fuq dawn il-kriterji:

Ikunu ghalqu s-16 il-sena;
Ikunu rcevew is-sagramenti ta' l-Ewkaristija u l-Grizma ta' l-Isqof;
Ikunu qeghdin jghixu hajja nisranija;
Ma jkunux l-omm jew il-missier;
Huwa rakkomandabbli li l-parrinu/a tal-Grizma ikun dak stess tal-Maghmudija.
Ma ninsewx li l-parrini jridu jkunu ta' ezempju tajjeb ghal dawk li se jircevu l-Grizma ghalhekk, ghandna naghzlu parrini li qed jipprattikaw ir-religjon u jghixu skond kif titlob minnhom il-fidi nisranija.

Is-Sagrament tar-Rikonciljazzjoni

Dan is-sagrament jigi amministrat fil-Knisja parrokkjali u fil-kappelli l-ohra b'mod regolari, specjalment qabel il-quddies. Ghandna nhabirku biex nircevuh ghax permezz tieghu nkunu qed niksbu l-mahfra tal-Mulej li tant ghandna bzonn f'hajjitna. Ghandna nevitaw li nidhlu nqerru fl-ahhar minuti qabel tibda l-quddiesa. Aktar ma jsir bil-galbu, aktar ihalli gid fina. Min jahseb li jkollu bzonn iqerr fit-tul tajjeb li jaghmel appuntament mal-konfessur u jkun xieraq li jevita l-week-ends meta jkun hemm aktar nies li jiffrekwentaw dan is-sagrament.









Tberik tal-Familji u Konsagrazzjoni tal-Familji lill-Qlub ta'Gesu' u Marija

It-tberik tal-familji ma jsirx biss fil-jiem ta' wara l-Ghid izda matul is-sena kollha. Ghalhekk, min forsi ma jkunx prezenti meta jsir it-tberik fit-triq tieghu u jixtieq li sacerdot jigi ghandu, javza fis-sagristija. Dan jghodd ukoll ghal min ikun gie gdid fil-parrocca.

Anke min ikun jixtieq li ssir il-Konsagrazzjoni tal-Familja lill-Qlub ta' Gesu' u Marija, javza fis-sagristija.





Laqghat ghall-Professjonisti

Fil-parrocca jsiru laqghat ta' formazzjoni ghal diversi kategoriji. F'dawn l-ahhar snin, il-parrocca qed tiehu hsieb torganizza laqghat ghal xi kategoriji ta' professjonisti billi dawn qeghdin dejjem jizdiedu. S'issa qed isiru laqghat ghat-tobba u ghalliema. ‘Il quddiem nifthuhom ghall-kategoriji l-ohra. Min irid aktar informazzjoni jista jikkuntattja lil Mr. John Treeby, Ko-ordinatur  Tistghu thallu wkoll l-e-mail address taghkom u tintbghatilkom cirkolari meta jsiru l-laqghat. Min jixtieq jitqarben id-dar, anke jekk ghal zmien temporanju, javza lill-Arcipriet jew lil Dun Stefan Galea.

L-AĦĦAR POSTS