Avviżi tal-Parroċċa
Frar 2025 09/02/2025 L- EVANĠELJU Telqu kollox u marru warajh. Lq 5:1-11 IT-TNEJN L-10 ta’ Frar, solennità tan-Nawfraġju ta’ San Pawl. Għalkemm mhux festa kmandata, xorta waħda hemm l-obbligu għas-smigħ tal-quddies. Il-ħin ikun bħal nhar ta’ Ħadd. Il-mobile unit tad-demm se tkun fil-parkeġġ ta’ Pama Supermarket bejn it-8:30 a.m. u s-1:00 p.m. Importanti li wieħed jieħu miegħu l-karta tal-identità. IT-TLIETA Se jkollna Coffee Morning fl-Oratorju. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-helpers. L-ERBGĦA Fil-quddiesa tas-6:30 p.m. se jingħata uffiċjalment il-mandat lil-letturi u lill-animaturi dwar is-sehem tagħhom fiċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi li jsiru fil-Kolleġġjata. IL-ĦAMIS Fis-6:00 p.m. ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni mill-Grupp tal-Ħniena Divina u fis-6:30 p.m. il-quddiesa. NOTI Infakkru li ċ-ċertifikati tal-Magħmudija ta’ minuri taħt is-sittax-il sena jistgħu jinġabru biss mill-ġenituri tagħhom. Dawn iridu jmorru l-Uffiċċju Parrokkjali u jieħdu ma...